+ANNESS I SETTURI TA' KRITIKALITÀ GĦOLJA

ANNESS I SETTURI TA' KRITIKALITÀ GĦOLJA




ANNESS I

SETTURI TA' KRITIKALITÀ GĦOLJA



Settur

Sottosettur

Tip ta' entità

1.  Enerġija

(a)  Elettriku

— Impriżi tal-elettriku kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (57), tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), li jwettqu l-funzjoni ta' "provvista" kif definita fil-punt (12), tal-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva

— Operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (29), tad-Direttiva (UE) 2019/944

— Operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2019/944

— Produtturi kif definiti f-Artikolu 2, il-punt (38), tad-Direttiva (UE) 2019/944

— Operaturi nominati tas-suq tal-elettriku kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

— Parteċipanti fis-suq kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2019/943 li jipprovdu servizzi ta' aggregazzjoni, ta' rispons għad-domanda jew ta' ħżin tal-enerġija kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (18), (20) u (59), tad-Direttiva (UE) 2019/944

— Operaturi ta' punt tal-irriċarġjar li huma responsabbli għall-ġestjoni u l-operazzjoni ta' punt tal-irriċarġjar, li jipprovdi servizz tal-irriċarġjar lill-utenti finali, inkluż f'isem fornitur ta' servizz ta' mobbiltà u minfloku;

(b)  Tisħin u tkessiħ distrettwali

— Operaturi ta' tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (19), tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)

(c)  Żejt

— Operaturi ta' pipelines għat-trażmissjoni taż-żejt

— Operaturi ta' faċilitajiet tal-produzzjoni, tar-raffinar u tat-trattament, tal-ħżin u tat-trażmissjoni taż-żejt

— Entitajiet ċentrali ta' ħżin kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (f), tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE (4)

(d)  Gass

— Impriżi tal-fornitura kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5)

— Operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (6), tad-Direttiva 2009/73/KE

— Operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (4), tad-Direttiva 2009/73/KE

— Operaturi tas-sistema tal-ħżin kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (10), tad-Direttiva 2009/73/KE

— Operaturi tas-sistema tal-LNG kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12), tad-Direttiva 2009/73/KE

— Impriżi tal-gass naturali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/73/KE

— Operaturi ta' faċilitajiet tar-raffinar u tat-trattament tal-gass naturali

(e)  Idroġenu

— Operaturi tal-produzzjoni, tal-ħżin u tat-trażmissjoni tal-idroġenu

2.  Trasport

(a)  Ajru

— Trasportaturi tal-ajru kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (4), tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 użati għal skopijiet kummerċjali

— Korpi ta' tmexxija tal-ajruport kif definiti f-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ajruporti kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), ta' dik id-Direttiva, inklużi l-ajruporti ewlenin elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u l-entitajiet li joperaw installazzjonijiet anċillari li jinsabu f'dawk l-ajruporti

— Operaturi għall-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku li jipprovdu servizzi ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru (KTA) kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)

(b)  Ferrovija

— Maniġers tal-infrastruttura kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (2), tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9)

— Impriżi ferrovjarji kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2012/34/UE, inklużi operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (12), ta' dik id-Direttiva

(c)  Ilma

— Kumpaniji għat-trasport ta' passiġġieri u merkanzija fuq l-ilma fl-ilmijiet interni, marittimu u kostali, kif definit għat-trasport marittimu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), li ma jinkludux il-bastimenti individwali mħaddma minn dawk il-kumpaniji

— Korpi ta' tmexxija ta' portijiet kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), inklużi l-faċilitajiet tal-port tagħhom kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, u entitajiet li jwettqu xogħlijiet u jħaddmu tagħmir f'dawk il-portijiet

— Operaturi ta' servizzi tat-traffiku tal-bastimenti (VTS) kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (o), tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12)

(d)  Triq

— Awtoritajiet tat-toroq kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (12), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 (13) responsabbli għall-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku, għajr l-entitajiet pubbliċi li għalihom il-ġestjoni tat-traffiku jew it-tħaddim ta' sistemi intelliġenti tat-trasport huma biss parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tagħhom

— Operaturi ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (1), tad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14)

3.  Settur bankarju

 

Istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15)

4.  Infrastrutturi tas-swieq finanzjarji

 

— Operaturi ta' ċentri ta' negozjar kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (24), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16)

— Kontropartijiet ċentrali (CCPs) kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17)

5.  Saħħa

 

— Fornituri tal-kura tas-saħħa kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (g), tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18)

— Laboratorji ta' referenza tal-UE msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19)

— Entitajiet li jwettqu attivitajiet ta' riċerka u żvilupp ta' prodotti mediċinali kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (2), tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20)

— Entitajiet li jimmanifatturaw prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi msemmija fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 21 tan-NACE Rev. 2

— Entitajiet li jimmanifatturaw apparati mediċi meqjusa kritiċi waqt emerġenza tas-saħħa pubblika (lista ta' apparati kritiċi ta' emerġenza tas-saħħa pubblika) skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21)

6.  Ilma tax-xorb

 

Fornituri u distributuri ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1)(a), tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), għajr id-distributuri li d-distribuzzjoni tagħhom tal-ilma għall-konsum mill-bniedem hi parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tagħhom ta' distribuzzjoni ta' komoditajiet u oġġetti oħrajn

7.  Ilma mormi

 

Impriżi li jiġbru, jarmu jew jittrattaw ilma mormi urban, ilma mormi domestiku jew ilma mormi industrijali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (1), (2) u (3), tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (23) għajr l-impriżi li għalihom il-ġbir, ir-rimi jew it-trattament ta' ilma mormi urban, ilma mormi domestiku jew ilma mormi industrijali huwa parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tagħhom

8.  Infrastruttura diġitali

 

— Fornituri ta' Punti ta' Skambju fuq l-Internet

— Fornituri ta' servizzi tad-DNS, għajr l-operaturi tar-root name servers

— Reġistraturi ta' isem TLD

— Fornituri ta' servizzi tal-cloud computing

— Fornituri ta' servizzi ta' ċentru tad-data

— Fornituri ta' network tal-konsenja tal-kontenut

— Fornituri ta' servizzi fiduċjarji

— Fornituri ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

— Fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament,

9.  Ġestjoni tas-servizzi tal-ICT (minn negozju għal negozju)

 

— Fornituri ta' servizzi ġestiti

— Fornituri ta' servizzi ta' sigurtà ġestiti

10.  Amministrazzjoni pubblika

 

— Entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika ta' gvernijiet ċentrali kif definiti minn Stat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali

— Entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika fil-livell reġjonali kif definiti minn Stat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali

11.  Spazju

 

Operaturi ta' infrastruttura terrestri, proprjetà tal-Istati Membri jew partijiet terzi, u ġestita u operata mill-istess Stati Membri jew partijiet privati, li jappoġġaw l-forniment ta' servizzi bbażati fl-ispazju, għajr fornituri ta' networks pubbliċi tal-komunikazzjoni elettronika

(1)   

Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).

(2)   

Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).

(3)   

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82)

(4)   

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta' Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta' ħażniet ta' żejt mhux maħdum u/jew ta' prodotti petroliferi (ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9).

(5)   

Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).

(6)   

Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti (ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11).

(7)   

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(8)   

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).

(9)   

Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).

(10)   

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6).

(11)   

Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet, (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28).

(12)   

Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).

(13)   

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21).

(14)   

Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).

(15)   

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(16)   

Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(17)   

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(18)   

Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

(19)   

Ir-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26).

(20)   

Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(21)   

Ir-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 1).

(22)   

Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).

(23)   

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.