+ANNESS II SETTURI KRITIĊI OĦRA

ANNESS II SETTURI KRITIĊI OĦRA




ANNESS II

SETTURI KRITIĊI OĦRA



Settur

Sottosettur

Tip ta' entità

1.  Servizzi postali u tal-kurrier

 

Fornituri ta' servizzi postali kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1a), tad-Direttiva 97/67/KE, inklużi fornituri ta' servizzi ta' kurrier

2.  Immaniġġjar tal-iskart

 

Impriżi li jwettqu l-immaniġġjar tal-iskart kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (9), tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għajr impriżi li għalihom l-immaniġġjar tal-iskart mhux l-attività ekonomika prinċipali tagħhom

3.  Manifattura, produzzjoni u distribuzzjoni ta' sustanzi kimiċi

 

Impriżi li jwettqu l-manifattura ta' sustanzi u d-distribuzzjoni ta' sustanzi jew taħlitiet, kif imsemmija fl-Artikolu 3, il-punti (9) u (14), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) U impriżi li jwettqu l-produzzjoni ta' oġġetti, kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (3), ta' dak ir-Regolament, minn sustanzi jew taħlitiet

4.  Produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni alimentari

 

Negozji tal-ikel kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (2), tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li huma involuti fid-distribuzzjoni bl-ingrossa u fil-produzzjoni u l-ipproċessar industrijali

5.  Manifattura

(a)  Manifattura ta' apparat mediku u apparat mediku dijanjostiku in vitro

Entitajiet li jimmanifatturaw apparati mediċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u entitajiet li jimmanifatturaw apparati mediċi dijanjostiċi in vitro kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għajr entitajiet li jimmanifatturaw apparati mediċi msemmija fl-Anness I, il-punt 5, il-ħames inċiż, ta' din id-Direttiva

(b)  Manifattura ta' prodotti għall-kompjuters, prodotti elettroniċi u prodotti ottiċi

Impriżi li jwettqu kwalunkwe attività mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 26 tan-NACE Rev. 2

(c)  Manifattura ta' tagħmir elettriku

Impriżi li jwettqu kwalunkwe attività mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 27 tan-NACE Rev. 2

(d)  Manifattura ta' makkinarju u tagħmir m.k.b.

Impriżi li jwettqu kwalunkwe attività mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 28 tan-NACE Rev. 2

(e)  Manifattura ta' vetturi motorizzati, trejlers u semitrejler

Impriżi li jwettqu kwalunkwe attività mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 29 tan-NACE Rev. 2

(f)  Manifattura ta' tagħmir ieħor għat-trasport

Impriżi li jwettqu kwalunkwe attività mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fit-Taqsima C, id-Diviżjoni 30 tan-NACE Rev. 2

6.  Fornituri diġitali

 

— Fornituri ta' swieq online

— Fornituri ta' magni tat-tiftix online

— Fornituri ta' pjattaformi ta' servizzi tan-networking soċjali

7.  Riċerka

 

Organizzazzjonijiet tar-riċerka

(1)   

Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(2)   

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(3)   

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(4)   

Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

(5)   

Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.12.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022L2555
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.