+Artikolu 5 Obbligi għall-gwardjani
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 5 10.
|
Artikolu 5 Obbligi għall-gwardjani
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Il-gwardjan għandu jikkonforma mal-obbligi kollha stabbiliti f’dan l-Artikolu fir-rigward ta’ kull wieħed mis-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma tiegħu elenkati fid-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni skont l-Artikolu 3(9).
|
|
Artikolu 5 2.
|
Il-gwardjan ma għandux jagħmel dan li ġej:
(a)
jipproċessa, għall-fini tal-forniment ta’ servizzi ta’ reklamar online, data personali tal-utenti finali li jużaw servizzi ta’ partijiet terzi li jagħmlu użu minn servizzi ewlenin ta’ pjattaforma tal-gwardjan;
(b)
jikkombina data personali mis-servizz ewlieni ta’ pjattaforma rilevanti ma’ data personali minn kwalunkwe servizz ewleni ulterjuri ta’ pjattaforma jew minn kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-gwardjan jew ma’ data personali minn servizzi ta’ partijiet terzi;
(c)
juża b’mod inkroċjat data personali mis-servizz ewlieni ta’ pjattaforma rilevanti f’servizzi oħra pprovduti separatament mill-gwardjan, inkluż servizzi ewlenin oħra ta’ pjattaforma, u viċi versa; u
(d)
jikkonnettja utenti finali għal servizzi oħra tal-gwardjan sabiex jikkombina data personali,
sakemm l-utent finali ma jkunx ġie ppreżentat bl-għażla speċifika u ma jkunx ta l-kunsens fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4, punt (11), u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679. Meta l-kunsens mogħti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu jkun ġie rrifjutat jew irtirat mill-utent finali, il-gwardjan ma għandux jirrepeti t-talba tiegħu għal kunsens għall-istess fini aktar minn darba f’perjodu ta’ sena. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-gwardjan jiddependi fuq l-Artikolu 6(1), punti (c), (d) u (e) tar-Regolament (UE) 2016/679, fejn applikabbli.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Il-gwardjan ma għandux jipprevjeni lill-utenti kummerċjali milli joffru l-istess prodotti jew servizzi lill-utenti finali permezz tas-servizzi ta’ intermedjazzjoni online ta’ partijiet terzi jew permezz tal-kanal ta’ bejgħ dirett online tagħhom bi prezzijiet jew b’kundizzjonijiet differenti minn dawk offruti mis-servizzi ta’ intermedjazzjoni online tal-gwardjan.
|
|
Artikolu 5 4.
|
Il-gwardjan għandu jippermetti lill-utenti kummerċjali, mingħajr ħlas, jikkomunikaw u jippromwovu offerti, inkluż b’kondizzjonijiet differenti, lill-utenti finali akkwistati permezz tas-servizz ewlieni ta’ pjattaforma tiegħu jew b’mezzi oħra, u jikkonkludu kuntratti ma’ dawk l-utenti finali, irrispettivament minn jekk jużawx is-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma tal-gwardjan għal dak l-iskop.
|
|
Artikolu 5 5.
|
Il-gwardjan għandu jippermetti lill-utenti finali jaċċessaw u jużaw, permezz tas-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma tiegħu, il-kontenut, l-abbonamenti, il-karatteristiċi jew oġġetti oħra billi jużaw l-applikazzjoni tas-software ta’ utent kummerċjali, inkluż meta dawk l-utenti finali jkunu akkwistaw tali oġġetti mingħand l-utent kummerċjali rilevanti mingħajr ma jużaw is-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma tal-gwardjan.
|
|
Artikolu 5 6.
|
Il-gwardjan ma għandux jipprevjeni jew jirrestrinġi direttament jew indirettament lill-utenti kummerċjali jew lill-utenti finali milli jqajmu kwalunkwe kwistjoni ta’ nonkonformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni jew dik nazzjonali mill-gwardjan ma’ kwalunkwe awtorità pubblika rilevanti, inkluż il-qrati nazzjonali, b’rabta ma’ kwalunkwe prattika tal-gwardjan. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-utenti kummerċjali u tal-gwardjani li jistabbilixxu fil-ftehimiet tagħhom it-termini tal-użu tal-mekkaniżmi legali għat-trattament tal-ilmenti.
|
|
Artikolu 5 7.
|
Il-gwardjan ma għandux jirrikjedi lill-utenti finali jużaw, jew lill-utenti kummerċjali jużaw, joffru, jew jinteroperaw ma’ servizz ta’ identifikazzjoni, web browsers jew servizz ta’ pagament, jew servizzi tekniċi li jappoġġjaw il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament, bħal sistemi ta’ pagament għal xiri in-app, ta’ dak il-gwardjan fil-kuntest ta’ servizzi pprovduti mill-utenti kummerċjali li jużaw is-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma ta’ dak il-gwardjan.
|
|
Artikolu 5 8.
|
Il-gwardjan ma għandux jirrikjedi lill-utenti kummerċjali jew lill-utenti finali jabbonaw ma’, jew jirreġistraw ma’, kwalunkwe servizz ewlieni ulterjuri ta’ pjattaforma elenkat fid-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni skont l-Artikolu 3(9) jew li jilħaq il-limiti fl-Artikolu 3(2), punt (b), bħala kondizzjoni biex ikunu jistgħu jużaw, jaċċessaw, jirreġistraw għal jew jirreġistraw ma’ xi wieħed mis-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma ta’ dak il-gwardjan elenkati skont dak l-Artikolu.
|
|
Artikolu 5 9.
|
Il-gwardjan għandu, fuq talba tar-reklamatur, jipprovdi lil kull reklamatur li lilu jipprovdi servizzi ta’ reklamar online, jew lil partijiet terzi awtorizzati mir-reklamaturi, informazzjoni rigward dan li ġej, ta’ kuljum u mingħajr ħlas dwar kull reklam li jsir mir-reklamatur:
(a)
il-prezz u t-tariffi mħallsa minn dak ir-reklamatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u ħlas addizzjonali, għal kull wieħed mis-servizzi ta’ reklamar online rilevanti pprovduti mill-gwardjan,
(b)
ir-remunerazzjoni li jirċievi l-pubblikatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u ħlas addizzjonali, soġġett għall-kunsens tal-pubblikatur; u
(c)
il-metriċi li fuqhom jiġi kkalkulat kull wieħed mill-prezzijiet, it-tariffi u r-remunerazzjonijiet.
F’każ li pubblikatur ma jagħtix il-kunsens tiegħu għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni riċevuta, kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-gwardjan għandu jipprovdi lil kull reklamatur mingħajr ħlas informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni medja ta’ kuljum riċevuta minn dak il-pubblikatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u ħlas addizzjonali, għar-reklami rilevanti.
|
|
Artikolu 5 10.
|
Il-gwardjan għandu, fuq talba tal-pubblikatur, jipprovdi lil kull pubblikatur li lilu jipprovdi servizzi ta’ reklamar online, jew lil partijiet terzi awtorizzati mill-pubblikatur, informazzjoni rigward dan li ġej, ta’ kuljum u mingħajr ħlas dwar kull reklam muri fuq l-inventarju tal-pubblikatur:
(a)
ir-remunerazzjoni riċevuta u t-tariffi mħallsa minn dak il-pubblikatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u ħlas addizzjonali, għal kull wieħed mis-servizzi ta’ reklamar online rilevanti pprovduti mill-gwardjan;
(b)
il-prezz imħallas mir-reklamatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u ħlas addizzjonali, soġġett għall-kunsens tar-reklamatur; u
(c)
il-metriċi li fuqhom jiġi kkalkulat kull wieħed mill-prezzijiet u r-remunerazzjonijiet.
F’każ li reklamatur ma jagħtix il-kunsens tiegħu għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, il-gwardjan għandu jipprovdi lil kull pubblikatur informazzjoni mingħajr ħlas dwar il-prezz medju ta’ kuljum imħallas minn dak ir-reklamatur, inkluż kwalunkwe tnaqqis u ħlas addizzjonali, għar-reklami rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R1925
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|