+Artikolu 15 Obbligu ta’ awditu
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
|
Artikolu 15 Obbligu ta’ awditu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Fi żmien sitt xhur wara d-deżinjazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 3, gwardjan għandu jippreżenta deskrizzjoni awditjata b’mod indipendenti lill-Kummissjoni ta’ kwalunkwe teknika għat-tfassil tal-profili dwar il-konsumaturi li l-gwardjan japplika għas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tiegħu elenkati fid-deċiżjoni tad-deżinjazzjoni skont l-Artikolu 3(9) jew fl-ambitu ta’ tali servizzi. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik id-deskrizzjoni awditjata lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Il-Kummissjoni tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 46(1), punt (g), biex tiżviluppa l-metodoloġija u l-proċedura tal-awditu.
|
|
Artikolu 15 3.
|
Il-gwardjan għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku ħarsa ġenerali tad-deskrizzjoni awditjata msemmija fil-paragrafu 1. Meta jagħmel dan, il-gwardjan għandu jkun jista’ jqis il-ħtieġa li jiġu rrispettati s-sigrieti kummerċjali tiegħu. Il-gwardjan għandu jaġġorna dik id-deskrizzjoni u dik il-ħarsa ġenerali mill-inqas darba fis-sena.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R1925
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|