+Artikolu 8 Trasparenza tal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 2a.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.

Artikolu 8 Trasparenza tal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.

Fejn prodott finanzjarju jippromwovi, fost karatteristiċi oħra, karatteristiċi ambjentali jew soċjali, jew taħlita ta’ dawk il-karatteristiċi, dment li l-kumpanniji li fihom isiru l-investimenti jsegwu prattiki ta’ governanza tajba, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3) għandha tinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

informazzjoni dwar kif dawk il-karatteristiċi jiġu sodisfatti;

(b) 

jekk ġie indikat indiċi bħala parametru referenzjarju, informazzjoni dwar jekk u kif dan l-indiċi huwa konsistenti ma' dawk il-karatteristiċi.

Artikolu 8 2.
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu, fl-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3), indikazzjoni dwar fejn għandha tinstab il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-indiċi msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 8 2a.
Fejn parteċipanti fis-swieq finanzjarji jagħmlu disponibbli prodott finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), huma għandhom jinkludu fl-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata taħt l-Artikolu 6(1) u (3) ta’ dan ir-Regolament l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2020/852.
Artikolu 8 3.
L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESAs għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi tagħhom u d-differenzi ta’ bejniethom kif ukoll l-għan li d-divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiżi.

L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8 4.
L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu.

Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESAs għandhom jieħdu kont tad-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, il-karatteristiċi tagħhom u d-differenzi bejniethom kif ukoll l-objettiv li d-divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiżi u, fejn meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ emendi għall-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-dati rispettivi ta’ applikazzjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 fir-rigward tal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament.

L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni:

(a) 

fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2021; u

(b) 

fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2022.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2088
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.