+Artikolu 9 Trasparenza ta' investimenti sostenibbli f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 4a.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.

Artikolu 9 Trasparenza ta' investimenti sostenibbli f'divulgazzjonijiet prekuntrattwali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

Fejn prodott finanzjarju jkollu investiment sostenibbli bħala l-objettiv tiegħu u jiġi indikat indiċi bħala parametru referenzjarju, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3) għandha tkun akkumpanjata minn dawn li ġejjin:

(a) 

informazzjoni dwar kif l-indiċi indikat huwa allinjat ma’ dak l-objettiv;

(b) 

spjegazzjoni għaliex u kif dak l-indiċi indikat allinjat ma’ dak l-objettiv huwa differenti minn indiċi wiesa’ tas-suq.

Artikolu 9 2.
Fejn prodott finanzjarju jkollu investimenti sostenibbli bħala l-objettiv tiegħu u ma jkun ġie indikat l-ebda indiċi bħala parametru referenzjarju, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3) għandha tinkludi spjegazzjoni dwar kif għandu jintlaħaq dak l-objettiv.
Artikolu 9 3.
Fejn prodott finanzjarju jkollu tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju bħala l-objettiv tiegħu, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3) għandha tinkludi l-objettiv tal-iskopertura għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi kontra t-tisħin globali.

B'deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fejn l-ebda Parametru Referenzjarju tat-Transizzjoni tal-Klima tal-UE jew Parametru Referenzjarji tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) ma jkun disponibbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 għandha tinkludi spjegazzjoni dettaljata dwar kif l-isforz kontinwu biex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju jiġi żgurat bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi kontra t-tisħin globali.

Artikolu 9 4.
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu fl-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 6(1) u (3) indikazzjoni ta' fejn għandhom jinstabu l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-indiċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-parametri referenzjarji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 9 4a.
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu fl-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità mal-Artikolu 6(1) u (3) ta’ dan ir-Regolament l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2020/852.
Artikolu 9 5.
L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f’konformità mal-paragrafi 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu.

Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, L-ESAs għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, l-objettivi tagħhom kif imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u d-differenzi ta’ bejniethom kif ukoll l-għan li divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi, u konċiżi.

L-ESAs għandhom jippreżentaw dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 9 6.
L-ESAs għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4a ta’ dan l-Artikolu.

Meta jkunu qed jiżviluppaw l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESAs għandhom jieħdu kont tad-diversi tipi ta’ prodotti finanzjarji, l-objettivi tagħhom kif imsemmija fil-paragrafu 4a ta’ dan l-Artikolu u d-differenzi bejniethom kif ukoll l-objettiv li d-divulgazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi, ġusti, ċari, mhux qarrieqa, sempliċi u konċiżi u, fejn meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv, għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ emendi għall-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. L-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-dati rispettivi ta’ applikazzjoni stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 fir-rigward tal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament.

L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni:

(a) 

fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2021; u

(b) 

fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, sal-1 ta’ Ġunju 2022.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R2088
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.