+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1502 tat-22 ta’ Frar 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiċi għall-entitajiet finanzjarji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Approċċ tal-valutazzjoni
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
---+Artikolu 2 L-impatt sistemiku tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fuq l-istabbiltà, il-kontinwità jew il-kwalità tal-forniment tas-servizzi finanzjarji
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 2 3
------+Artikolu 2 4
------+Artikolu 2 5
---+Artikolu 3 Il-karattru sistemiku u l-importanza tas-servizzi tal-ICT ipprovduti lill-entitajiet finanzjarji
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
---+Artikolu 4 Il-kritikalità jew l-importanza tal-funzjonijiet
---+Artikolu 5 Grad ta’ sostitwibbiltà
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
------+Artikolu 5 5
---+Artikolu 6 Sorsi ta’ informazzjoni li jippermettu l-valutazzjoni tal-kritikalità
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
---+Artikolu 7 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
|
English -
European Union -
Financial Industry -
DORA -
ICT -
Cybersecurity -
Outsourcing -
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1502 tat-22 ta’ Frar 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiċi għall-entitajiet finanzjarji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1502
tat-22 ta’ Frar 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiċi għall-entitajiet finanzjarji
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(6) tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Sabiex jiġi vvalutat jekk fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT huwiex kritiku għall-entitajiet finanzjarji, u filwaqt li jitqiesu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) jenħtieġ li jużaw subkriterji f’valutazzjoni tal-approċċ f’żewġ stadji. Meta jitqies l-għadd importanti ta’ servizzi tal-ICT u d-diversità u l-għadd ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jużaw dawn is-servizzi, jenħtieġ li jittieħed approċċ f’żewġ stadji ta’ dan it-tip, biex tiġi ffiltrata l-popolazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u jiġu identifikati l-aktar fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT. Is-subkriterji kwantitattivi li jridu jitqiesu bħala parti mill-ewwel stadju tal-valutazzjoni huma meħtieġa biex titwettaq l-ewwel għażla tal-popolazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li għalihom huwa rilevanti li titwettaq analiżi fil-fond ulterjuri fid-dawl tas-subkriterji kwalitattivi li jridu jitqiesu bħala parti mit-tieni stadju tal-valutazzjoni.
|
|
(2)
|
Il-punt sa fejn servizz tal-ICT ipprovdut minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jappoġġa funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja jitqies bħala element kruċjali tal-valutazzjoni tal-kritikalità b’mod ġenerali. Għalhekk, l-importanza tal-attivitajiet tal-entitajiet finanzjarji li huma appoġġati mis-servizzi tal-ICT jenħtieġ li tiġi integrata fis-subkriterji kollha meqjusa bħala parti mill-ewwel stadju. Konsegwentement, jenħtieġ li ma jkunx hemm valutazzjoni kwantitattiva distinta relatata mal-kritikalità tal-funzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji bħala parti mill-ewwel stadju tal-valutazzjoni. Minflok, huwa xieraq li l-ASE jqisu l-kritikalità u l-importanza tal-funzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji appoġġati mis-servizzi tal-ICT bħala parti mit-tieni stadju kwalitattiv tal-valutazzjoni.
|
|
(3)
|
Jenħtieġ li l-valutazzjoni titwettaq għal kull fornitur terz individwali ta’ servizzi tal-ICT jew, fejn applikabbli, għal kull grupp ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT f’każ li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jappartjeni għal grupp skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2022/2554. Sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni komprensiva tal-impatt sistemiku potenzjali fuq is-settur finanzjarju tal-Unjoni, is-subkuntratturi tal-ICT tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jenħtieġ li jkunu soġġetti wkoll għall-valutazzjoni mill-ASE, u fejn applikabbli, iddeżinjati bħala fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
(4)
|
Sabiex jiġi ddeterminat l-impatt sistemiku tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fuq l-istabbiltà, il-kontinwità jew il-kwalità tal-forniment tas-servizzi finanzjarji, huwa ta’ importanza kbira li tiġi żviluppata stampa ċara dwar il-portata u n-natura tal-impatt sistemiku li ħsara operattiva fuq skala kbira ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikollha fuq l-entitajiet finanzjarji, li jiddependu fuq is-servizzi pprovduti minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, u fuq is-sistema finanzjarja. Għalhekk, huwa xieraq li jitqies l-għadd ta’ entitajiet finanzjarji ta’ kategorija speċifika ta’ entitajiet finanzjarji li jużaw l-istess servizzi tal-ICT, kif ukoll il-valur tal-assi tagħhom biex jiġi vvalutat jekk huwiex rilevanti li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li joffri dawk is-servizzi tal-ICT jitqies bħala kritiku. Barra minn hekk, jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni kwalitattiva tal-interkonnettività u l-importanza sistemika tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, kif ukoll l-importanza tas-servizzi pprovduti minn fornitur terz tal-ICT fuq il-forniment ta’ servizzi finanzjarji mill-entitajiet finanzjarji filwaqt li jitqiesu l-istabbiltà u l-kontinwità tas-servizzi biex jiġi ddeterminat l-impatt sistemiku tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fuq l-attivitajiet tal-entitajiet finanzjarji.
|
|
(5)
|
Sabiex jiġu ddeterminati l-karattru sistemiku u l-importanza tal-entitajiet finanzjarji li jiddependu fuq is-servizzi tal-ICT, jeħtieġ li titqies in-natura ta’ dawn l-entitajiet finanzjarji. Meta l-entitajiet finanzjarji li huma kklassifikati bħala G-SIIs u O-SIIs jew li huma identifikati bħala “sistemiċi” jiddependu fuq l-istess servizzi tal-ICT biex jappoġġaw il-funzjonijiet kritiċi jew importanti tagħhom, ikun xieraq li jiġi vvalutat jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi dawn is-servizzi jenħtieġx li jitqies bħala kritiku għas-settur finanzjarju tal-Unjoni. L-interkonnettività bejn l-entitajiet finanzjarji fis-settur finanzjarju tal-Unjoni li jiddependu fuq servizzi tal-ICT ipprovduti mill-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jenħtieġ li tiġi vvalutata wkoll biex tiġi ddeterminata d-dipendenza tal-entitajiet finanzjarji fuq dak il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
(6)
|
Jenħtieġ li s-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji jiġu vvalutati fir-rigward tat-tip tagħhom u n-natura kritika tagħhom għal dawn l-entitajiet, li għandhom bżonnhom sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom mingħajr ebda tfixkil.
|
|
(7)
|
Sabiex jiġi ddeterminat il-grad ta’ sostitwibbiltà tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, jeħtieġ li jitqies l-għadd ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT attivi f’suq partikolari, l-eżistenza ta’ soluzzjonijiet alternattivi għall-istess servizz tal-ICT, kif ukoll il-kostijiet tal-migrazzjoni tad-data u t-tagħbijiet ta’ xogħol tal-ICT għal fornituri terzi oħra ta’ servizzi tal-ICT bħala parti mill-valutazzjoni li trid titwettaq mill-ASE.
|
|
(8)
|
Sabiex tiġi żgurata s-solidità tal-proċess ta’ valutazzjoni, huwa importanti li l-ASE jiddependu fuq id-data mir-reġistri ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2022/2554, u kwalunkwe informazzjoni oħra faċilment disponibbli, meta jivvalutaw jekk jenħtieġx li l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jiġu ddeżinjati bħala kritiċi,
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
|
|
Artikolu 1 Approċċ tal-valutazzjoni
|
-
|
|
Artikolu 2 L-impatt sistemiku tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fuq l-istabbiltà, il-kontinwità jew il-kwalità tal-forniment tas-servizzi finanzjarji
|
-
|
|
Artikolu 3 Il-karattru sistemiku u l-importanza tas-servizzi tal-ICT ipprovduti lill-entitajiet finanzjarji
|
-
|
|
Artikolu 4 Il-kritikalità jew l-importanza tal-funzjonijiet
|
Artikolu 4
Il-kritikalità jew l-importanza tal-funzjonijiet
Meta jikkunsidraw il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-ASE għandhom iwettqu l-valutazzjoni tagħhom fid-dawl tas-subkriterju tal-“istadju 2” li ġej:
|
—
|
Is-subkriterju 3.1: is-servizz tal-ICT ipprovdut fl-aħħar mill-aħħar mill-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġa funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji jkun ta’ natura kritika għall-attivitajiet tal-entitajiet finanzjarji.
|
|
|
Artikolu 5 Grad ta’ sostitwibbiltà
|
-
|
|
Artikolu 6 Sorsi ta’ informazzjoni li jippermettu l-valutazzjoni tal-kritikalità
|
-
|
|
Artikolu 7 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
|
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, is-Sorveljant Ewlieni għandu japplika s-subkriterju 1.4 msemmi fl-Artikolu 2, il-paragrafu 5, il-punt (b) 16 Jannar 2025.
(1)
ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj.
(2) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1502
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|