+Artikolu 10 Fażi tal-ittestjar: Intelligence dwar it-theddid
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6

Artikolu 10 Fażi tal-ittestjar: Intelligence dwar it-theddid

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   Wara l-approvazzjoni tad-dokument tal-ispeċifikazzjoni tal-ambitu mill-awtorità tat-TLPT, il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid għandu janalizza intelligence dwar it-theddid ġenerika u speċifika għas-settur li tkun rilevanti għall-entità finanzjarja. Meta jkun ġie pprovdut xenarju ta’ theddid ġeneriku mill-awtorità tat-TLPT għas-settur finanzjarju ta’ Stat Membru, il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid jista’ juża dak ix-xenarju bħala linja bażi għax-xenarju ta’ theddid nazzjonali. Il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid għandu jidentifika t-theddid ċibernetiku u l-vulnerabbiltajiet eżistenti jew potenzjali li jikkonċernaw l-entità finanzjarja. Barra minn hekk, il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid għandu jiġbor informazzjoni fuq l-intelligence dwar il-mira u dwar it-theddid konkreta, azzjonabbli u f’kuntest li tikkonċerna lill-entità finanzjarja u janalizzaha, anki permezz ta’ konsultazzjoni mat-tim ta’ kontroll u mal-maniġers tat-testijiet.

Artikolu 10 2

2.   Il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid għandu jippreżenta t-theddid rilevanti u l-intelligence dwar it-theddid immirat, u jipproponi x-xenarji meħtieġa lit-tim ta’ kontroll, lit-testers u lill-maniġers tat-testijiet. Ix-xenarji proposti għandhom ivarjaw b’referenza għall-atturi ta’ theddid identifikati u t-tattiki, it-tekniki u l-proċeduri assoċjati u għandhom jimmiraw lejn kull funzjoni kritika jew importanti fl-ambitu tat-TLPT.

Artikolu 10 3

3.   Il-kap tat-tim ta’ kontroll għandu jagħżel mill-anqas tliet xenarji biex jagħmel it-TLPT abbażi tal-elementi kollha li ġejjin:

(a)

ir-rakkomandazzjoni mill-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid u n-natura ta’ kull xenarju bbażata fuq it-theddid;

(b)

l-input provdut mill-maniġers tat-testijiet;

(c)

il-fattibbiltà tax-xenarji proposti għall-eżekuzzjoni, abbażi tal-ġudizzju espert tat-testers;

(d)

id-daqs, il-kumplessità u l-profil ġenerali tar-riskju tal-entità finanzjarja u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tas-servizzi, l-attivitajiet, u l-operazzjonijiet tagħha.

Artikolu 10 4

4.   Mhux aktar minn wieħed mix-xenarji magħżula jista’ ma jkunx ibbażat fuq it-theddid u jista’ jkun ibbażat fuq theddida li tħares ’il quddiem u li tkun potenzjalment fittizja b’valur ta’ previżjoni, antiċipattiv, opportunistiku, jew prospettiv għoli fid-dawl tal-iżviluppi antiċipati tax-xenarju ta’ theddid li jikkonċerna l-entità finanzjarja.

Għat-TLPTs aggregati, mingħajr preġudizzju għax-xenarji li jimmiraw direttament lejn il-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji involuti fl-ittestjar, tal-anqas xenarju wieħed għandu jinkludi s-sistemi, il-proċessi, u t-teknoloġiji tal-ICT sottostanti rilevanti tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw il-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji li huma fl-ambitu.

Meta test ikun TLPT konġunt li jinvolvi fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT, mingħajr preġudizzju għax-xenarji li jimmiraw direttament lejn il-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji involuti fit-test, tal-anqas xenarju wieħed għandu jinkludi s-sistemi, il-proċessi, u t-teknoloġiji tal-ICT sottostanti rilevanti tal-fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġjaw il-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji li huma fl-ambitu.

Artikolu 10 5

5.   Il-fornitur tal-intelligence dwar it-theddid għandu jipprovdi r-rapport tal-intelligence dwar it-theddid immirat lit-tim ta’ kontroll, inklużi x-xenarji magħżula f’konformità mal-paragrafi 3 u 4. Ir-rapport tal-intelligence dwar it-theddid għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III.

Artikolu 10 6

6.   It-tim ta’ kontroll għandu jippreżenta r-rapport tal-intelligence dwar it-theddid immirat lill-maniġer tat-testijiet għall-approvazzjoni. Meta r-rapport tal-intelligence dwar it-theddid immirat ikun komplut u jiżgura t-twettiq ta’ TLPT effettiv, l-awtorità tat-TLPT għandha tapprova r-rapport tal-intelligence dwar it-theddid immirat u tinforma lill-kap tat-tim ta’ kontroll b’dan.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.06.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1190
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.