+Artikolu 12 Fażi tal-għeluq
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
---+Artikolu 12 5
---+Artikolu 12 6
---+Artikolu 12 7

Artikolu 12 Fażi tal-għeluq

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1

1.   Wara t-tmiem tal-fażi attiva tal-ittestjar tat-tim l-aħmar, il-kap tat-tim ta’ kontroll għandu jinforma lit-tim il-blu li jkun sar TLPT.

Artikolu 12 2

2.   Fi żmien 4 ġimgħat mit-tmiem tal-fażi attiva tal-ittestjar tat-tim l-aħmar, it-testers għandhom jippreżentaw lit-tim ta’ kontroll rapport tat-test tat-tim l-aħmar li jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness V.

Artikolu 12 3

3.   It-tim ta’ kontroll għandu jipprovdi r-rapport tat-test tat-tim l-aħmar lit-tim il-blu u lill-maniġers tat-testijiet mingħajr dewmien żejjed.

Fuq talba tal-maniġers tat-testijiet, ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux ikun fih informazzjoni sensittiva.

Artikolu 12 4

4.   Malli jirċievi r-rapport tat-test tat-tim l-aħmar, u mhux aktar tard minn 10 ġimgħat wara t-tmiem tal-fażi attiva tal-ittestjar tat-tim l-aħmar, it-tim il-blu għandu jippreżenta lit-tim ta’ kontroll rapport tat-test tat-tim il-blu li jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI. It-tim ta’ kontroll għandu jipprovdi r-rapport tat-test tat-tim il-blu lit-testers u lill-maniġers tat-testijiet mingħajr dewmien żejjed.

Fuq talba tal-maniġers tat-testijiet, ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux ikun fih informazzjoni sensittiva.

Artikolu 12 5

5.   Mhux aktar tard minn 10 ġimgħat wara t-tmiem tal-fażi attiva tal-ittestjar tat-tim l-aħmar, it-tim il-blu u t-testers għandhom jirrepetu l-azzjonijiet offensivi u difensivi mwettqa matul it-TLPT. It-tim ta’ kontroll għandu jwettaq ukoll eżerċizzju bl-użu tat-tim il-vjola fuq suġġetti identifikati b’mod konġunt mit-tim il-blu u mit-testers, abbażi tal-vulnerabbiltajiet identifikati matul it-test u, fejn rilevanti, fuq kwistjonijiet li ma setgħux jiġu ttestjati matul il-fażi attiva tal-ittestjar tat-tim l-aħmar.

Artikolu 12 6

6.   Wara t-tlestija tal-eżerċizzji ta’ ripetizzjoni u bl-użu tat-tim il-vjola, it-tim ta’ kontroll, it-tim il-blu, it-testers, u l-fornituri tal-intelligence dwar it-theddid għandhom jipprovdu feedback lil xulxin dwar il-proċess tat-TLPT. Il-maniġers tat-testijiet jistgħu jipprovdu feedback.

Artikolu 12 7

7.   Hekk kif l-awtorità tat-TLPT tkun innotifikat lill-kap tat-tim ta’ kontroll li tkun ivvalutat li r-rapport tat-test tat-tim il-blu u r-rapport tat-test tat-tim l-aħmar ikun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi V u VI, l-entità finanzjarja għandha fi żmien 8 ġimgħat tippreżenta r-rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet rilevanti tat-TLPT lill-awtorità tat-TLPT, kif imsemmi fl-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) 2022/2554, li jkun fih l-elementi stabbiliti fl-Anness VII għall-approvazzjoni.

Fuq talba tal-awtorità tat-TLPT, ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux ikun fih informazzjoni sensittiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.06.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1190
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.