+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20, ir-raba’ paragrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Biex jiġi żgurat li entitajiet finanzjarji jirrapportaw inċidenti kbar lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’mod konsistenti u jiġi żgurat li jipprovdu data ta’ kwalità tajba lil dawk l-awtoritajiet, jenħtieġ li jiġi speċifikat liema kampijiet tad-data l-entitajiet finanzjarji jeħtieġ jipprovdu fid-diversi stadji tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554. Huwa importanti li dik l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’mod li jippermetti ħarsa ġenerali unika tal-inċident. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit mudell uniku ta’ rapportar għal dawk l-għanijiet.
|
|
(2)
|
L-entitajiet finanzjarji jenħtieġ li jimlew dawk il-kampijiet tad-data tal-mudell ta’ rapportar li jikkorrispondu għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni tan-notifika jew tar-rapport rispettiv. Madankollu, l-entitajiet finanzjarji li diġà jkollhom informazzjoni u li għandhom jipprovdiha fi stadju aktar tard ta’ rapportar, jiġifieri fir-rapport intermedju jew finali, jenħtieġ li jitħallew jantiċipaw il-preżentazzjoni tad-data.
|
|
(3)
|
Peress li inċidenti multipli jew rikorrenti jistgħu jikkostitwixxu inċident kbir kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1772 (2), jenħtieġ li d-disinn tal-mudell ta’ rapportar u tal-kampijiet tad-data jippermetti lil entitajiet finanzjarji jirrapportaw tali inċidenti rikorrenti.
|
|
(4)
|
Biex tiġi żgurata informazzjoni preċiża u aġġornata, jenħtieġ li l-mudell ta’ rapportar jippermetti lill-entitajiet finanzjarji, meta jippreżentaw ir-rapport intermedju u dak finali, li jaġġornaw kwalunkwe informazzjoni li ġiet ippreżentata qabel, u meta meħtieġ, jikklassifikaw mill-ġdid inċidenti kbar bħala mhux kbar.
|
|
(5)
|
L-identifikazzjoni legali tal-entitajiet jenħtieġ li tiġi allinjata mal-identifikaturi speċifikati fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
(6)
|
Meta entitajiet finanzjarji jesternalizzaw l-obbligi ta’ rapportar ta’ inċident kbir relatat mal-ICT lil parti terza, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu konxji mill-identità tal-parti terza li tirrapporta f’isem l-entità finanzjarja qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel notifika jew rapportar, sabiex jivverifikaw il-leġittimità tal-parti terza ta’ rapportar.
|
|
(7)
|
Biex jiġi identifikat b’mod faċli l-impatt ta’ inċident li seħħ f’fornitur terz jew li kien ikkawżat minnu, u li jaffettwa diversi entitajiet finanzjarji fi Stat Membru wieħed, u biex jitnaqqas l-isforz ta’ rapportar għal entitajiet finanzjarji, jenħtieġ li l-mudell ta’ rapportar jippermetti l-preżentazzjoni ta’ rapport aggregat li jkopri informazzjoni aggregata dwar l-impatt tal-inċident fuq l-entitajiet finanzjarji impattati kollha li jkunu kklassifikaw l-inċident bħala kbir.
|
|
(8)
|
Il-mudell ta’ rapportar jenħtieġ li jiġi ddisinjat b’mod newtrali fir-rigward tat-teknoloġija biex jippermetti l-implimentazzjoni tiegħu f’diversi soluzzjonijiet ta’ rapportar ta’ inċidenti li diġà jeżistu jew li jistgħu jiġu żviluppati għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
(9)
|
Id-disinn tal-mudell ta’ rapportar u tal-kampijiet tad-data jenħtieġ li jiffaċilita r-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT minn partijiet terzi li lilhom l-entitajiet finanzjarji jkunu esternalizzaw l-obbligu ta’ rapportar tagħhom f’konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
(10)
|
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.
|
|
(11)
|
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbu l-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 (3), (UE) Nru 1094/2010 (4), u (UE) Nru 1095/2010 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
|
|
(12)
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ta opinjoni pożittiva fit-22 ta’ Lulju 2024. Kwalunkwe proċessar ta’ data personali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mal-prinċipji u mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/1725,
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0302
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|