+Artikolu 28 Awtoritajiet tan-notifika
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
---+Artikolu 28 6.
---+Artikolu 28 7.
---+Artikolu 28 8.
---+Artikolu 28 9.

Artikolu 28 Awtoritajiet tan-notifika

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.
Kull Stat Membru għandu jiddeżinja jew jistabbilixxi mill-inqas awtorità tan-notifika waħda responsabbli għall-istabbiliment u għat-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u n-notifika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ tagħhom. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu żviluppati b’kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tan-notifika tal-Istati Membri kollha.
Artikolu 28 2.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni skont it-tifsira ta’, u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u f’konformità miegħu.
Artikolu 28 3.
L-awtoritajiet tan-notifika għandhom ikunu stabbiliti, organizzati u mħaddma b’tali mod li ma jinħoloq l-ebda kunflitt ta’ interess mal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, u li l-oġġettività u li l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu salvagwardati.
Artikolu 28 4.
L-awtoritajiet tan-notifika għandhom ikunu organizzati b’tali mod li kull deċiżjoni relatata man-notifika tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuna kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni ta’ dawk il-korpi.
Artikolu 28 5.
L-awtoritajiet tan-notifika la għandhom joffru u lanqas jipprovdu xi attivitajiet li jwettqu l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u lanqas xi servizz ta’ konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.
Artikolu 28 6.
L-awtoritajiet tan-notifika għandhom jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jiksbu, f’konformità mal-Artikolu 78.
Artikolu 28 7.
L-awtoritajiet tan-notifika għandu jkollhom għadd adegwat ta’ persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħhom biex jagħmlu x-xogħol tagħhom sewwa. Il-persunal kompetenti għandu jkollu l-kompetenza esperta meħtieġa, fejn applikabbli, għall-funzjoni tiegħu, f’oqsma bħat-teknoloġiji tal-informazzjoni, l-IA u l-liġi, inkluż is-superviżjoni tad-drittijiet fundamentali.
Artikolu 28 8.
L-awtoritajiet tan-notifika ddeżinjati skont dan ir-Regolament li huma responsabbli għas-sistemi tal-IA koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I għandhom jiżguraw li l-korp tal-valutazzjoni tal-konformità li japplika għad-deżinjazzjoni kemm skont dan ir-Regolament kif ukoll skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I jingħata l-possibbiltà li jissottometti applikazzjoni unika u jgħaddi minn proċedura ta’ valutazzjoni unifikata li għandha tiġi ddeżinjata skont dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I, fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tipprevedi tali applikazzjoni unika u proċedura ta’ valutazzjoni unifikata. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet tan-notifika ddeżinjati skont dan ir-Regolament u dawk deżinjati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I għandhom jikkooperaw fil-valutazzjonijiet tagħhom.

L-applikazzjoni unika u l-proċedura tal-valutazzjoni unifikata msemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-korpi notifikati diġà ddeżinjati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I, meta dawk il-korpi notifikati japplikaw għal deżinjazzjoni skont dan ir-Regolament, diment li l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni tipprevedi proċedura bħal din.

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jinħatar skont aktar minn biċċa waħda tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I għandu jkollu japplika darba biss biex jiġi ddeżinjat skont dan ir-Regolament. Deżinjazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun applikabbli għal-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I li għaliha jkun inħatar il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità.

L-applikazzjoni unika u l-proċedura tal-valutazzjoni unifikata għandha tevita kwalunkweduplikazzjoni mhux meħtieġa, tibni fuq il-proċeduri eżistenti għad-deżinjazzjoni f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I, u tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti relatati mal-korpi notifikati kemm f’konformità ma’ dan ir-Regolament kif ukoll mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

Artikolu 28 9.
Awtorità tan-notifika li tkun ġiet iddeżinjata skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I hija wkoll l-awtorità tan-notifika għall-applikazzjoni tal-applikazzjoni unika u l-proċedura ta’ valutazzjoni unifikata msemmija fil-paragrafu 8, sakemm l-Istat Membru ma jiddeżinjax awtorità tan-notifika oħra għal dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.