+Artikolu 56 Kodiċijiet ta' prattika
---+Artikolu 56 1.
---+Artikolu 56 2.
---+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 56 4.
---+Artikolu 56 5.
---+Artikolu 56 6.
---+Artikolu 56 7.
---+Artikolu 56 8.
---+Artikolu 56 9.
|
Artikolu 56 Kodiċijiet ta' prattika
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 56 1.
|
L-Uffiċċju għall-IA għandu jħeġġeġ u jiffaċilita t-tfassil ta' kodiċijiet ta' prattika fil-livell tal-Unjoni biex jikkontribwixxi għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jqis l-approċċi internazzjonali.
|
|
Artikolu 56 2.
|
L-Uffiċċju għall-IA u l-Bord għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li l-kodiċijiet ta' prattika jkopru mill-inqas l-obbligi previsti fl-Artikoli 53 u 55, inkluż il-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)
il-mezzi biex jiġi żgurat li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 53(1), il-punti (a) u (b), tinżamm aġġornata fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi u tas-suq;
(b)
il-livell adegwat ta' dettall għas-sommarju dwar il-kontenut użat għat-taħriġ;
(c)
l-identifikazzjoni tat-tip u n-natura tar-riskji sistemiċi fil-livell tal-Unjoni, inkluż is-sorsi tagħhom, fejn xieraq;
(d)
il-miżuri, il-proċeduri u l-modalitajiet għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji sistemiċi fil-livell tal-Unjoni, inkluż id-dokumentazzjoni tagħhom, li għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji, iqisu s-severità u l-probabbiltà tagħhom kif ukoll l-isfidi speċifiċi tal-indirizzar ta' dawk ir-riskji fid-dawl tal-modi possibbli li bihom dawn ir-riskji jistgħu jitfaċċaw u jimmaterjalizzaw tul il-katina tal-valur tal-IA.
|
|
Artikolu 56 3.
|
L-Uffiċċju għall-IA jista' jistieden lill-fornituri kollha ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali, kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti, biex jipparteċipaw fit-tfassil tal-kodiċijiet ta' prattika. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-industrija, id-dinja akkademika u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, bħal fornituri downstream u esperti indipendenti, jistgħu jappoġġaw il-proċess.
|
|
Artikolu 56 4.
|
L-Uffiċċju għall-IA u l-Bord għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li l-kodiċijiet ta' prattika jistipulaw b'mod ċar l-objettivi speċifiċi tagħhom u jkun fihom impenji jew miżuri, inkluż indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kif xieraq, biex jiżguraw il-kisba ta' dawk l-objettivi u li jqisu kif xieraq il-ħtiġijiet u l-interessi tal-partijiet interessati kollha, inkluż il-persuni affettwati, fil-livell tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 56 5.
|
L-Uffiċċju għall-IA għandu jkollu l-għan li jiżgura li l-parteċipanti fil-kodiċijiet ta' prattika jirrapportaw lura regolarment lill-Uffiċċju għall-IA dwar l-implimentazzjoni tal-impenji u l-miżuri meħuda u l-eżiti tagħhom, inkluż kif imkejla skont l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kif xieraq. L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-impenji tar-rappurtar għandhom jirriflettu d-differenzi fid-daqs u fil-kapaċità bejn parteċipanti diversi.
|
|
Artikolu 56 6.
|
Il-Kummissjoni u l-Bord għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw regolarment il-kisba tal-objettivi tal-kodiċijiet ta’ prattika mill-parteċipanti u l-kontribut tagħhom għall-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis bis-sħiħ l-opinjoni tal-Bord, għandha tivvaluta jekk il-kodiċijiet ta’ prattika jkoprux l-obbligi previsti fl-Artikoli 53 u 55, u għandha timmonitorja u tevalwa regolarment il-kisba tal-objettivi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-valutazzjoni tagħha tal-adegwatezza tal-kodiċijiet ta’ prattika.
|
|
Artikolu 56 7.
|
L-Uffiċċju għall-IA jista' jistieden lill-fornituri kollha ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali biex jaderixxu mal-kodiċijiet ta' prattika. Għall-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali li ma jippreżentawx riskji sistemiċi din l-aderenza tista' tkun limitata għall-obbligi previsti fl-Artikolu 53, sakemm ma jiddikjarawx b'mod espliċitu l-interess tagħhom li jissieħbu fil-kodiċi sħiħ.
|
|
Artikolu 56 8.
|
L-Uffiċċju għall-IA għandu wkoll, kif xieraq, iħeġġeġ u jiffaċilita r-rieżami u l-adattament tal-kodiċijiet ta' prattika, b'mod partikolari fid-dawl tal-istandards emerġenti. L-Uffiċċju għall-IA għandu jassisti fil-valutazzjoni tal-istandards disponibbli.
|
|
Artikolu 56 9.
|
Il-kodiċijiet tal-prattika għandhom ikunu lesti mhux aktar tard mit-2 ta’ Mejju 2025. L-Uffiċċju għall-IA għandu jieħu l-passi meħtieġa, inkluż li jistieden lill-fornituri skont il-paragrafu 7. Jekk, sat-2 ta’ Awwissu 2025, kodiċi ta' prattika ma jkunx jista' jiġi ffinalizzat, jew jekk l-Uffiċċju għall-IA jqis li mhuwiex adegwat wara l-valutazzjoni tiegħu skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tipprovdi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-obbligi previsti fl-Artikoli 53 u 55, inkluż il-kwistjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|