+Artikolu 59 Ipproċessar ulterjuri ta' data personali għall-iżvilupp ta' ċerti sistemi tal-IA fl-interess pubbliku fl-ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.

Artikolu 59 Ipproċessar ulterjuri ta' data personali għall-iżvilupp ta' ċerti sistemi tal-IA fl-interess pubbliku fl-ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 59 1.

Fl-ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA, id-data personali miġbura legalment għal skopijiet oħra tista' tiġi pproċessata biss għall-fini tal-iżvilupp, it-taħriġ u l-ittestjar ta' ċerti sistemi tal-IA fl-ambjent ta' esperimentazzjoni meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

is-sistemi tal-IA għandhom jiġu żviluppati għas-salvagwardja tal-interess pubbliku sostanzjali minn awtorità pubblika jew persuna fiżika jew ġuridika oħra u f'wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:

(i) 

is-sikurezza pubblika u s-saħħa pubblika, inkluż l-identifikazzjoni, id-dijanjożi, il-prevenzjoni, il-kontroll u t-trattament tal-mard u titjib tas-sistemi tal-kura tas-saħħa;

(ii) 

livell għoli ta' protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent, il-protezzjoni tal-bijodiversità, il-protezzjoni kontra t-tniġġis, miżuri tat-tranżizzjoni ekoloġika, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u miżuri għall-adattament għalih;

(iii) 

sostenibbiltà tal-enerġija;

(iv) 

is-sikurezza u r-reżiljenza tas-sistemi tat-trasport u l-mobbiltà, l-infrastruttura u n-networks kritiċi;

(v) 

l-effiċjenza u l-kwalità tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi;

(b) 

id-data pproċessata tkun meħtieġa għall-konformità ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti msemmija fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2 meta dawk ir-rekwiżiti ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati b'mod effettiv billi tiġi pproċessata data anonimizzata, sintetika jew data mhux personali oħra;

(c) 

ikun hemm mekkaniżmi effettivi ta' monitoraġġ biex jidentifikaw jistgħux jinħolqu xi riskji għoljin għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, kif imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament(UE) 2016/679 u fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2018/1725, waqt l-esperimentazzjoni fl-ambjent ta' esperimentazzjoni kif ukoll mekkaniżmi ta' rispons biex jiġu mmitigati minnufih dawk ir-riskji u, meta meħtieġ, jitwaqqaf l-ipproċessar;

(d) 

kwalunkwe data personali li għandha tiġi pproċessata fil-kuntest tal-ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja tkun f'ambjent ta' pproċessar tad-data funzjonalment separat, iżolat u protett fil-kontroll tal-fornitur prospettiv u persuni awtorizzati biss ikollhom aċċess għal dik id-data;

(e) 

il-fornituri jistgħu jkomplu jikkondividu d-data oriġinarjament miġbura biss f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data; kwalunkwe data personali maħluqa fl-ambjent ta' esperimentazzjoni ma tistax tiġi kondiviża barra mill-ambjent ta' esperimentazzjoni;

(f) 

kwalunkwe pproċessar ta' data personali fil-kuntest tal-ambjent ta' esperimentazzjoni la ma jwassal għal miżuri jew għal deċiżjonijiet li jaffettwaw lis-suġġetti tad-data u lanqas ma jaffettwa l-applikazzjoni tad-drittijiet tagħhom stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali;

(g) 

kwalunkwe data personali pproċessata fil-kuntest tal-ambjent ta' esperimentazzjoni hija protetta permezz ta' miżuri tekniċi u organizzattivi u titħassar ladarba l-parteċipazzjoni fl-ambjent ta' esperimentazzjoni tintemm jew id-data personali tkun laħqet it-tmiem tal-perjodu ta' żamma tagħha;

(h) 

ir-reġistrazzjonijiet tal-ipproċessar ta' data personali fil-kuntest tal-ambjent ta' esperimentazzjoni jinżammu għad-durata tal-parteċipazzjoni fl-ambjent ta' esperimentazzjoni, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali;

(i) 

deskrizzjoni sħiħa u dettaljata tal-proċess u tar-raġunament wara t-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni tas-sistema tal-IA tinżamm flimkien mar-riżultati tal-ittestjar bħala parti mid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness IV;

(j) 

sommarju qasir tal-proġett tal-IA żviluppat fl-ambjent ta' esperimentazzjoni, l-objettivi tiegħu u r-riżultati mistennija huwa ppubblikat fuq is-sit web tal-awtoritajiet kompetenti; Dan l-obbligu ma għandux ikopri data operazzjonali sensittiva fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-kontroll fil-fruntieri, tal-immigrazzjoni jew tal-ażil.

Artikolu 59 2.
Għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra theddid għas-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni tiegħu, taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-ipproċessar ta' data personali fl-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA għandu jkun ibbażat fuq liġi speċifika tal-Unjoni jew nazzjonali u soġġett għall-istess kundizzjonijiet kumulattivi kif imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 59 3.
Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali li teskludi l-ipproċessar ta' data personali għal skopijiet oħra għajr għal dawk imsemmija b'mod espliċitu f'dik il-liġi, kif ukoll għal-liġijiet tal-Unjoni jew nazzjonali li jistabbilixxu l-bażi għall-ipproċessar ta' data personali li hija meħtieġa għall-fini tal-iżvilupp, l-ittestjar jew it-taħriġ ta' sistemi innovattivi tal-IA jew ta' kwalunkwe bażi ġuridika oħra, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.