+Artikolu 60a Ittestjar tas-sistemi tal-IA b’riskju għoli koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima B tal-Anness I f’kundizzjonijiet tad-dinja reali barra minn ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA
---+Artikolu 60a 1.
---+Artikolu 60a 2.
---+Artikolu 60a 3.
---+Artikolu 60a 4.
---+Artikolu 60a 5.
---+Artikolu 60a 6.

Artikolu 60a Ittestjar tas-sistemi tal-IA b’riskju għoli koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima B tal-Anness I f’kundizzjonijiet tad-dinja reali barra minn ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 60a 1.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu, f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-ittestjar ta’ sistemi tal-IA b’riskju għoli f’kundizzjonijiet tad-dinja reali barra mill-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA minn fornituri jew minn fornituri prospettivi ta’ prodotti li jużaw l-IA koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima B tal-Anness I, bil-ħsieb li jivvalutaw u jivverifikaw il-konformità ta’ dawk is-sistemi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 15.
Artikolu 60a 2.
L-Istati Membri li jagħżlu li jippermettu l-ittestjar kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom, individwalment jew b’mod konġunt, jadottaw oqfsa għall-ittestjar fid-dinja reali.
Artikolu 60a 3.
Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe qafas ta’ ttestjar fid-dinja reali li jadotta qabel ma jimplimentah. Dan ma għandux jaffettwa l-kompetenzi tal-Kummissjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima B tal-Anness I.
Artikolu 60a 4.
L-Istati Membri li adottaw oqfsa ta’ ttestjar fid-dinja reali għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti, l-awtoritajiet u l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti responsabbli għall-ġestjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura u l-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima B tal-Anness I jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u in bona fide, u jneħħu kull ostaklu prattiku, inkluż dwar ir-regoli proċedurali li jipprovdu aċċess għall-infrastruttura pubblika fiżika, meta dan ikun meħtieġ, biex dawk l-oqfsa tal-ittestjar fid-dinja reali jiġu implimentati b’suċċess u jiġu ttestjati l-prodotti li jużaw l-IA koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima B tal-Anness I.
Artikolu 60a 5.

L-oqfsa għall-ittestjar fid-dinja reali għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti li skonthom għandu jsir l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali. Dawk l-oqfsa għandhom:

(a) 

jinkludu l-forniment ta’ pjan obbligatorju ta’ ttestjar fid-dinja reali li għandu jiġi miftiehem bejn il-fornitur jew il-fornitur prospettiv u l-awtorità nazzjonali kompetenti jew l-awtorità rilevanti f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima B tal-Anness I;

(b) 

jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 60(2), (3), (4)(d)-(j) u (5)-(9), meta kwalunkwe referenza għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f’dawk id-dispożizzjonijiet għandha tinqara bħala referenza għall-awtorità nazzjonali kompetenti, jew għall-awtorità rilevanti, kif xieraq f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima B tal-Anness I;

(c) 

jinkludu arranġamenti effettivi ta’ governanza u ta’ obbligu ta’ rendikont;

(d) 

jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza u tad-drittijiet fundamentali.

Artikolu 60a 6.
L-ittestjar fid-dinja reali għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima B tal-Anness I. Kwalunkwe rekwiżit stabbilit f’dawk id-dispożizzjonijiet m’għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu sal-punt neċessarju li jippermetti l-ittestjar imsemmi fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.