+Artikolu 65 Stabbiliment u struttura tal-Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
---+Artikolu 65 4.
---+Artikolu 65 5.
---+Artikolu 65 6.
---+Artikolu 65 7.
---+Artikolu 65 8.
|
Artikolu 65 Stabbiliment u struttura tal-Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 65 1.
|
B'dan huwa stabbilit Bord Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali (il-“Bord”).
|
|
Artikolu 65 2.
|
Il-Bord għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jipparteċipa bħala osservatur. L-Uffiċċju għall-IA għandu jattendi wkoll il-laqgħat tal-Bord mingħajr ma jieħu sehem fil-votazzjonijiet. Awtoritajiet, korpi jew esperti nazzjonali u tal-Unjoni oħrajn jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat mill-Bord fuq bażi ta' każ b'każ, fejn il-kwistjonijiet diskussi jkunu ta' rilevanza għalihom.
|
|
Artikolu 65 3.
|
Kull rappreżentant għandu jiġi ddeżinjat mill-Istat Membru tiegħu għal perjodu ta' tliet snin, li jista' jiġġedded darba.
|
|
Artikolu 65 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tagħhom fil-Bord:
(a)
ikollhom il-kompetenzi u s-setgħat rilevanti fl-Istat Membru tagħhom sabiex jikkontribwixxu b'mod attiv għall-kisba tal-kompiti tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 66;
(b)
jiġu ddeżinjati bħala punt ta' kuntatt uniku vis-à-vis il-Bord u, fejn xieraq, b'kont meħud tal-ħtiġijiet tal-Istati Membri, bħala punt ta' kuntatt uniku għall-partijiet ikkonċernati;
(c)
jingħataw is-setgħa li jiffaċilitaw il-konsistenza u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istat Membru tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż permezz tal-ġbir ta' data u informazzjoni rilevanti bl-għan li jwettqu l-kompiti tagħhom fuq il-Bord.
|
|
Artikolu 65 5.
|
Ir-rappreżentanti ddeżinjati tal-Istati Membri għandhom jadottaw ir-regoli ta' proċedura tal-Bord b'maġġoranza ta' żewġ terzi. Ir-regoli ta' proċedura għandhom, b'mod partikolari, jistabbilixxu proċeduri għall-proċess tal-għażla, id-durata tal-mandat u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kompiti tal-President, l-arranġamenti ddettaljati tal-votazzjoni, u l-organizzazzjoni tal-attivitajiet tal-Bord u dawk tas-sottogruppi tiegħu.
|
|
Artikolu 65 6.
|
Il-Bord għandu jistabbilixxi żewġ sottogruppi permanenti biex jipprovdu pjattaforma għall-kooperazzjoni u l-iskambju fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jinnotifikaw lill-awtoritajiet dwar kwistjonijiet relatati mas-sorveljanza tas-suq u l-korpi notifikati rispettivament. Jenħtieġ li s-sottogrupp permanenti għas-sorveljanza tas-suq jaġixxi bħala l-grupp ta' kooperazzjoni amministrattiva (ADCO) għal dan ir-Regolament skont it-tifsira tal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2019/1020. Il-Bord jista' jistabbilixxi sottogruppi permanenti jew temporanji oħra kif xieraq għall-fini tal-eżaminazzjoni ta' kwistjonijiet speċifiċi. Fejn xieraq, rappreżentanti tal-forum konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 67 jistgħu jiġu mistiedna għal tali sottogruppi jew għal laqgħat speċifiċi ta' dawk is-sottogruppi bħala osservaturi.
|
|
Artikolu 65 7.
|
Il-Bord għandu jkun organizzat u mħaddem b'tali mod li jissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tiegħu.
|
|
Artikolu 65 8.
|
Il-Bord għandu jkun ippresedut minn wieħed mir-rappreżentanti tal-Istati Membri. L-Uffiċċju għall-IA għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Bord, isejjaħ il-laqgħat fuq talba tal-President, u jħejji l-aġenda f'konformità mal-kompiti tal-Bord skont dan ir-Regolament u r-regoli ta' proċedura tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|