+Artikolu 70 Id-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-punti uniċi ta’ kuntatt
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.
---+Artikolu 70 5.
---+Artikolu 70 6.
---+Artikolu 70 7.
---+Artikolu 70 8.
---+Artikolu 70 9.
|
Artikolu 70 Id-deżinjazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tal-punti uniċi ta’ kuntatt
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 70 1.
|
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jiddeżinja bħala awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-inqas awtorità tan-notifika waħda u mill-inqas awtorità tas-sorveljanza tas-suq waħda għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod indipendenti, imparzjali u mingħajr preġudizzju sabiex jissalvagwardaw l-oġġettività tal-attivitajiet u l-kompiti tagħhom, u biex jiżguraw l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-membri ta’ dawk l-awtoritajiet ma għandhom iwettqu l-ebda azzjoni li ma tkunx kompatibbli ma’ dmirijiethom. Dment li dawk il-prinċipji jiġu rispettati, dawn l-attivitajiet u l-kompiti jistgħu jitwettqu minn awtorità ddeżinjata waħda jew aktar, f’konformità mal-ħtiġijiet organizzattivi tal-Istat Membru.
|
|
Artikolu 70 2.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-identità tal-awtoritajiet tan-notifika u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kif ukoll kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni dwar kif l-awtoritajiet kompetenti u l-punti uniċi ta’ kuntatt jistgħu jiġu kkuntattjati, b’mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika sat-2 ta’ Awwissu 2025. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità tas-sorveljanza tas-suq biex taġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt għal dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-identità tal-punt uniku ta’ kuntatt. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku lista tal-punti uniċi ta’ kuntatt.
|
|
Artikolu 70 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom jiġu pprovduti b’riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani adegwati, u b’infrastruttura biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom għadd suffiċjenti ta’ persunal disponibbli b’mod permanenti li l-kompetenzi u l-kompetenza esperta tiegħu għandhom jinkludu fehim fil-fond tat-teknoloġiji tal-IA, tad-data u tal-computing tad-data, tal-protezzjoni tad-data personali, taċ-ċibersigurtà, tad-drittijiet fundamentali, tar-riskji għas-saħħa u għas-sikurezza u għarfien tal-istandards u tar-rekwiżiti legali eżistenti. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u, jekk meħtieġ, jaġġornaw ir-rekwiżiti ta’ kompetenza u tar-riżorsi msemmija f’dan il-paragrafu fuq bażi annwali.
|
|
Artikolu 70 4.
|
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jieħdu miżuri opportuni biex jiżguraw livell adegwat ta' ċibersigurtà.
|
|
Artikolu 70 5.
|
Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaġixxu f'konformità mal-obbligi tal-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 78.
|
|
Artikolu 70 6.
|
Sat-2 ta’ Awwissu 2025 u darba kull sentejn wara dan, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-istatus tar-riżorsi finanzjarji u umani tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'valutazzjoni tal-adegwatezza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Bord għal diskussjoni u għal rakkomandazzjonijiet possibbli.
|
|
Artikolu 70 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
|
|
Artikolu 70 8.
|
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jipprovdu gwida u pariri dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari lill-SMEs, inkluż in-negozji ġodda, u lill-SMCs, filwaqt li jqisu l-gwida u l-pariri tal-Bord u tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq. Kull meta l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkun beħsiebhom jipprovdu gwida u pariri b’rabta ma’ sistema tal-IA f’oqsma koperti minn liġijiet oħra tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont dik il-liġi tal-Unjoni għandhom jiġu kkonsultati, kif xieraq.
|
|
Artikolu 70 9.
|
Meta l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi bħala l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|