+Artikolu 71 Bażi tad-data tal-UE għal sistemi tal-IA b'riskju għoli elenkati fl-Anness III
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.
---+Artikolu 71 4.
---+Artikolu 71 5.
---+Artikolu 71 6.

Artikolu 71 Bażi tad-data tal-UE għal sistemi tal-IA b'riskju għoli elenkati fl-Anness III

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 71 1.
F'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data tal-UE li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu dwar is-sistemi tal-IA b'riskju għoli msemmijin fl-Artikolu 6(2) li huma rreġistrati f'konformità mal-Artikoli 49 u 60 u s-sistemi tal-IA li ma humiex ikkunsidrati bħala riskju għoli skont l-Artikolu 6(3) u li huma rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 6(40 u l-Artikolu 49. Meta tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali ta' tali bażi tad-data, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti rilevanti, u meta taġġorna l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali ta' tali bażi tad-data, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Bord.
Artikolu 71 2.
Id-data elenkata fit-Taqsimiet A u B tal-Anness VIII, għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-UE mill-fornitur, jew fejn applikabbli, mir-rappreżentant awtorizzat.
Artikolu 71 3.
Id-data elenkata fit-Taqsima C tal-Anness VIII, għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data tal-UE mill-implimentatur li huwa, jew li jaġixxi f'isem, awtorità, aġenzija jew korp pubbliċi, f'konformità mal-Artikolu 49(4) u (4).
Artikolu 71 4.
Bl-eċċezzjoni tat-taqsima msemmija fl-Artikolu 49(4) u l-Artikolu 60(4), il-punt (c), l-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data tal-UE rreġistrata f’konformità mal-Artikolu 49 għandha tkun aċċessibbli u disponibbli għall-pubbliku b’mod faċli għall-utent. L-informazzjoni għandha tkun faċilment navigabbli u tinqara mill-magni. L-informazzjoni rreġistrata f’konformità mal-Artikolu 60 għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u għall-Kummissjoni, sakemm il-fornitur jew il-fornitur prospettiv ma jkunx ta l-kunsens tiegħu biex l-informazzjoni tkun aċċessibbli wkoll għall-pubbliku.
Artikolu 71 5.
Il-bażi tad-data tal-UE għandu jkun fiha data personali biss sa fejn tkun meħtieġa għall-ġbir u għall-ipproċessar ta’ informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni fiżiċi li huma responsabbli għar-reġistrazzjoni tas-sistema u li għandhom l-awtorità legali biex jirrappreżentaw lill-fornitur jew lill-implimentatur, kif applikabbli.
Artikolu 71 6.
Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur tal-bażi tad-data tal-UE. Għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornituri, il-fornituri prospettivi u l-implimentaturi appoġġ tekniku u amministrattiv adegwat. Il-bażi tad-data tal-UE għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.