+Artikolu 75 Sorveljanza tas-suq u kontroll tas-sistemi tal-IA u assistenza reċiproka
---+Artikolu 75 1.
---+Artikolu 75 1a.
---+Artikolu 75 1b.
---+Artikolu 75 1c.
---+Artikolu 75 1d.
---+Artikolu 75 1e.
---+Artikolu 75 2.
---+Artikolu 75 2a.
---+Artikolu 75 3.
|
Artikolu 75 Sorveljanza tas-suq u kontroll tas-sistemi tal-IA u assistenza reċiproka
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 75 1.
|
L-Uffiċċju għall-IA għandu jkun esklużivament kompetenti għas-superviżjoni u l-infurzar tal-obbligi skont dan ir-Regolament fir-rigward tas-sistemi tal-IA li ġejjin:
(a)
sistemi tal-IA bbażati fuq mudelli tal-IA bi skop ġenerali fejn il-mudell u s-sistema jiġu żviluppati mill-istess fornitur, jew minn fornituri li jiffurmaw parti mill-istess impriża bħal dak il-fornitur, bl-eċċezzjoni ta’:
(i)
sistemi tal-IA relatati ma’ prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I;
(ii)
sistemi tal-IA msemmija fil-punt 2 tal-Anness III;
(iii)
sistemi tal-IA pprovduti mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, mill-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri u mill-istituzzjonijiet finanzjarji, sa fejn dawk is-sistemi tal-IA jaqgħu taħt l-Artikolu 74(6); u
(iv)
sistemi tal-IA msemmija fil-punt 8 tal-Anness III fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja;
(b)
sistemi tal-IA li jikkostitwixxu jew li huma integrati fi pjattaforma online kbira ħafna jew f’magna tat-tiftix online kbira ħafna ddeżinjati f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2065.
Il-kompetenza esklużiva msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika għall-fornituri ta’ dawk is-sistemi. Għandha tapplika għall-implimentaturi ta’ dawk is-sistemi biss meta jkunu wkoll il-fornitur jew jiffurmaw parti mill-istess impriża bħall-fornitur.
|
|
Artikolu 75 1a.
|
B’deroga mill-Artikolu 73, il-fornituri ta’ sistemi tal-IA b’riskju għoli soġġetti għall-kompetenza tal-Uffiċċju għall-IA skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jirrapportaw kwalunkwe inċident serju lill-Uffiċċju għall-IA. L-Artikolu 73 (2) sa (9), għandhom japplikaw mutatis mutandis. L-Uffiċċju għall-IA għandu jibgħat minnufih l-informazzjoni rilevanti lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab il-fornitur jew ir-rappreżentant legali tiegħu.
|
|
Artikolu 75 1b.
|
L-awtoritajiet involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkooperaw b’mod attiv mal-Uffiċċju għall-IA u jipprovdu lill-Uffiċċju għall-IA l-assistenza meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu, inkluż, fejn meħtieġ, b’rabta ma’ spezzjonijiet jew miżuri oħra ta’ infurzar imwettqa fit-territorju ta’ Stat Membru. Għal dak l-għan, dawk l-awtoritajiet għandhom igawdu s-setgħat previsti skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2019/1020, u fejn rilevanti u limitat għal dak li huwa meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan il-paragrafu, f’konformità mal-proċeduri nazzjonali applikabbli.
|
|
Artikolu 75 1c.
|
Meta jieħu azzjoni investigattiva jew ta’ infurzar fit-territorju ta’ Stat Membru li tinvolvi aċċess għad-data jew għas-sistema tal-IA ta’ awtorità pubblika, l-Uffiċċju għall-IA għandu jiġi assistit mill-awtorità rilevanti tas-sorveljanza tas-suq.
|
|
Artikolu 75 1d.
|
Qabel ma jieħu deċiżjoni li jkollha l-effett li tipprojbixxi jew tirrestrinġi s-sistema tal-IA milli ssir disponibbli jew titqiegħed fis-servizz f’suq nazzjonali, jew deċiżjoni li jirtira jew isejjaħ lura s-sistema tal-IA minn tali suq, l-Uffiċċju għall-IA għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq kompetenti għal dak is-suq bl-intenzjoni tiegħu li jieħu tali deċiżjoni. L-Uffiċċju għall-IA għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fejn xieraq, dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 75 1e.
|
L-Uffiċċju għall-IA għandu jkun responsabbli għall-valutazzjonijiet u t-testijiet tal-konformità tas-sistemi tal-IA msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li huma klassifikati bħala ta’ riskju għoli u soġġetti għal valutazzjoni tal-konformità minn parti terza skont l-Artikolu 43 qabel tali sistemi tal-IA jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz. Dawk it-testijiet u l-valutazzjonijiet għandhom jivverifikaw li s-sistemi jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti ta’ dan ir-Regolament u jistgħu jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz fl-Unjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tafda t-twettiq ta’ dawk it-testijiet jew il-valutazzjonijiet f’idejn il-korpi notifikati ddeżinjati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, f’liema każ il-korp notifikat għandu jaġixxi f’isem il-Kummissjoni. Jekk korp notifikat li lilu l-Kummissjoni tkun iddelegat kompiti skont dan il-paragrafu ma jwettaqx dawk il-kompiti b’mod adegwat, il-Kummissjoni tista’ tirtira d-delega b’effett immedjat. It-tariffi għall-attivitajiet tal-ittestjar u l-valutazzjoni għandhom jiġu imposti fuq il-fornitur tas-sistema tal-IA b’riskju għoli li jkun applika għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ parti terza lill-Kummissjoni. Il-kostijiet relatati mas-servizzi fdati mill-Kummissjoni lill-korpi notifikati f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jitħallsu direttament mill-fornitur lill-korpi notifikat.
|
|
Artikolu 75 2.
|
Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti jkollhom raġuni suffiċjenti biex iqisu li s-sistemi tal-IA bi skop ġenerali li jistgħu jintużaw direttament mill-implimentaturi għal mill-inqas skop wieħed li jkun ikklassifikat bħala b'riskju għoli skont dan ir-Regolament bħala mhux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, huma għandhom jikkooperaw mal-Uffiċċju għall-IA biex iwettqu evalwazzjoni tal-konformità, u għandhom jinfurmaw lill-Bord u lill-awtoritajiet l-oħra tas-sorveljanza tas-suq kif xieraq.
|
|
Artikolu 75 2a.
|
Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ikollha raġunijiet fondati sew u suffiċjenti biex tissuspetta li fornitur jew implimentatur ta’ sistema tal-IA msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun kiser dan ir-Regolament, hija tista’ titlob, permezz tal-punt uniku ta’ kuntatt rilevanti ddeżinjat f’konformità mal-Artikolu 70(2), lill-Uffiċċju għall-IA jivvaluta l-kwistjoni sabiex jieħu l-miżuri superviżorji u ta’ infurzar meħtieġa biex jiżgura konformità fil-pront ma’ dan ir-Regolament. Tali talba għandha tkun debitament motivata u għandha mill-inqas tinkludi:
(a)
isem il-fornitur jew l-implimentatur ikkonċernat;
(b)
deskrizzjoni tal-fatti rilevanti, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li allegatament inkisru, u kwalunkwe raġuni fondata sew u suffiċjenti biex jiġi ssuspettat ksur, inkluż, fejn applikabbli, id-deskrizzjoni tal-effetti negattivi tal-ksur allegat;
(c)
l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq li tagħmel it-talba.
L-Uffiċċju għall-IA għandu jqis bis-sħiħ it-talba u l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tikkoopera b’mod attiv u tipprovdi lill-Uffiċċju għall-IA l-assistenza meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f’konformità mal-paragrafu 1a. L-Uffiċċju għall-IA għandu, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn erba’ xhur wara li jirċievi t-talba, jinforma lill-punt uniku ta’ kuntatt bl-intenzjoni tiegħu li jeżerċita s-setgħat tiegħu f’konformità mal-Artikolu 75a jew bir-raġunijiet tiegħu talli ma eżerċitax is-setgħat tiegħu. Jekk l-Uffiċċju għall-IA jiddeċiedi li jeżerċita s-setgħat tiegħu f’konformità mal-Artikolu 75a, huwa għandu jinforma perjodikament lil dak il-punt uniku ta’ kuntatt dwar żviluppi ewlenin fil-proċedimenti u l-eżitu ta’ tali proċedimenti, mingħajr ma jiżvela l-ebda informazzjoni kunfidenzjali.
|
|
Artikolu 75 3.
|
Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq ma tkunx tista' tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha dwar is-sistema tal-IA b'riskju għoli minħabba li ma jkunx irnexxielha taċċessa ċerta informazzjoni relatata mal-mudell tal-IA bi skop ġenerali minkejja li tkun għamlet l-isforzi xierqa kollha biex tikseb dik l-informazzjoni, hija tista' tippreżenta talba motivata lill-Uffiċċju għall-IA, li biha l-aċċess għal dik l-informazzjoni għandu jiġi infurzat. F'dak il-każ, l-Uffiċċju għall-IA għandu jforni lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum, kwalunkwe informazzjoni li l-Uffiċċju għall-IA jqis li tkun rilevanti biex jistabbilixxi jekk sistema tal-IA b'riskju għoli tkunx konformi. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li huma jiksbu f'konformità mal-Artikolu 78 ta' dan ir-Regolament. Il-proċedura prevista fil-Kapitolu VI tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandha tapplika mutatis mutandis.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|