+Artikolu 75c Nuqqas ta’ konformità, multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
---+Artikolu 75c 1.
---+Artikolu 75c 2.
---+Artikolu 75c 3.
---+Artikolu 75c 4.
---+Artikolu 75c 5.
---+Artikolu 75c 6.
---+Artikolu 75c 7.
---+Artikolu 75c 8.
---+Artikolu 75c 9.

Artikolu 75c Nuqqas ta’ konformità, multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 75c 1.
Meta l-Uffiċċju għall-IA jsib li operatur li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 75(1) ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jew mal-impenji magħmula vinkolanti skont l-Artikolu 75b, huwa għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi tali nuqqas ta’ konformità.
Artikolu 75c 2.
Qabel ma jadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-Uffiċċju għall-IA għandu jikkomunika s-sejbiet preliminari tiegħu lill-operatur ikkonċernat. Fis-sejbiet preliminari, l-Uffiċċju għall-IA għandu jispjega l-miżuri li jkun qed jikkunsidra jieħu, jew li jikkunsidra li għandu jieħu l-operatur ikkonċernat, sabiex jindirizza s-sejbiet preliminari b’mod effettiv.
Artikolu 75c 3.
Fid-deċiżjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Uffiċċju għall-IA għandu, meta rilevanti, jordna lill-operatur ikkonċernat jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament fi żmien raġonevoli u biex jipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri li dak l-operatur ikun beħsiebu jieħu biex jikkonforma mad-deċiżjoni. L-operatur ikkonċernat għandu jipprovdi lill-Uffiċċju għall-IA deskrizzjoni tal-miżuri li jkun ħa biex jiżgura l-konformità mad-deċiżjoni, meta dawn jiġu-implimentati. Qabel ma jitlob kwalunkwe miżura, l-Uffiċċju għall-IA jista’ jidħol fi djalogu strutturat mal-operatur tas-sistema tal-IA inkwistjoni. Matul dan id-djalogu, l-operatur jista’ jipproponi impenji f’konformità mal-Artikolu 75b.
Artikolu 75c 4.
Deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tkun akkumpanjata mill-impożizzjoni ta’ penali f’konformità mal-Artikolu 99(3) sa (7), liema dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Uffiċċju għall-IA fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu ta’ superviżjoni u infurzar imsemmija fl-Artikolu 75(1).

B’mod partikolari, dawn li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal multi amministrattivi kif imsemmi fl-Artikolu 99(4):

(a) 

ksur ta’ kwalunkwe dispożizzjoni applikabbli ta’ dan ir-Regolament, inklużi dawk mhux elenkati fl-Artikolu 99(4);

(b) 

nuqqas ta’ konformità ma’ deċiżjonijiet jew miżuri adottati skont is-setgħat elenkati fl-Artikolu 14(4) jew fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020, kif ukoll dawk speċifikati fl-Artikolu 75a ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

in-nuqqas ta’ konformità ma’ impenn magħmul vinkolanti b’deċiżjoni skont l-Artikolu 75b.

Il-forniment ta’ informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa lill-Uffiċċju għall-IA bi tweġiba għal talba għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi kif imsemmi fl-Artikolu 99(5).

Artikolu 75c 5.

L-Uffiċċju għall-IA jista’ jadotta deċiżjoni li timponi ħlasijiet perjodiċi ta’ penali biex jobbliga lill-operaturi soġġetti għall-kompetenza tiegħu skont l-Artikolu 75(1) għal li ġej:

(a) 

li jissottomettu ruħhom għal investigazzjoni;

(b) 

li jikkonformaw mat-talba għall-informazzjoni ordnata b’deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 75a(3);

(c) 

li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 75a(4);

(d) 

li jipprovdu tweġibiet jew spjegazzjonijiet korretti jew kompluti fil-kuntest ta’ spezzjoni ordnata b’deċiżjoni skont l-Artikolu 75a(4);

(e) 

li jikkonformaw mal-azzjonijiet korrettivi ordnati skont is-setgħa elenkata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/1020;

(f) 

li jikkonformaw mal-impenji magħmula legalment vinkolanti b’deċiżjoni skont l-Artikolu 75b; jew

(g) 

li jikkonformaw ma’ deċiżjoni skont il-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu.

Dawk il-ħlasijiet ta’ penali għandhom ikunu effettivi u proporzjonati, u, fejn applikabbli, ma għandhomx jaqbżu il-5 % tal-introjtu medju ta’ kuljum jew tal-fatturat annwali dinji fis-sena finanzjarja preċedenti għal kull jum, ikkalkulat mid-data maħtura bid-deċiżjoni.

Artikolu 75c 6.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata biex tirrieżamina deċiżjonijiet tal-Uffiċċju għall-IA li bihom ikun iffissa multa jew ħlas perjodiku ta’ penali skont dan l-Artikolu. Hi tista’ tikkanċella, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta jew il-ħlas perjodiku ta’ penali impost.
Artikolu 75c 7.
Il-fondi miġbura permezz tal-impożizzjoni ta’ multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali skont dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.
Artikolu 75c 8.
Is-setgħat mogħtija lill-Uffiċċju għall-IA b’dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jibda jgħodd mill-jum li fih jitwettaq il-ksur. Madankollu, f’każ ta’ ksur kontinwu jew ripetut, il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jibda jgħodd mill-jum li fih jintemm il-ksur.

Is-setgħa tal-Uffiċċju għall-IA li jinforza deċiżjonijiet meħuda skont dan l-Artikolu għandha tkun soġġetta għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jibda jgħodd fil-jum li fih id-deċiżjoni ssir finali.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 75d(3) għandu jispeċifika l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, inklużi ċ-ċirkostanzi li fihom il-perjodi ta’ preskrizzjoni għandhom jiġu interrotti.

Artikolu 75c 9.
Meta l-Uffiċċju għall-IA jiddetermina li ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi adottata deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ konformità, huwa għandu jagħlaq il-proċediment b’deċiżjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tapplika b’effett immedjat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.