+Artikolu 76 Superviżjoni tal-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.
---+Artikolu 76 5.
|
Artikolu 76 Superviżjoni tal-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 76 1.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jkollhom il-kompetenzi u s-setgħat biex jiżguraw li l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali jkun f'konformità ma' dan ir-Regolament. Meta l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali jkun ibbażat fuq l-Artikolu 60a, kwalunkwe referenza għal awtorità tas-sorveljanza tas-suq f’dan l-Artikolu għandha tinftiehem bħala referenza għall-awtorità nazzjonali kompetenti jew għall-awtorità xierqa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima B tal-Anness I, u r-referenzi għall-Artikolu 60 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 60a, kif xieraq.
|
|
Artikolu 76 2.
|
Meta l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali jsir għal sistemi tal-IA li jkunu taħt superviżjoni f'ambjent ta' esperimentazzjoni regolatorja tal-IA skont l-Artikolu 58, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jivverifikaw il-konformità mal-Artikolu 60 bħala parti mir-rwol superviżorju tagħhom għall-ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA. Dawk l-awtoritajiet jistgħu, kif xieraq, jippermettu li l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali jitwettaq mill-fornitur jew mill-fornitur prospettiv, b'deroga mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 60(4), il-punti (f) u (g).
|
|
Artikolu 76 3.
|
Fejn awtorità tas-sorveljanza tas-suq tkun ġiet infurmata mill-fornitur prospettiv, mill-fornitur jew minn kwalunkwe parti terza b'inċident serju jew ikollha raġunijiet oħra biex tqis li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 60 u 61 ma ġewx ssodisfati, din tista' tieħu kwalunkwe waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin fit-territorju tagħha, skont il-każ:
(a)
tissospendi jew twaqqaf l-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali;
(b)
tirrikjedi li l-fornitur jew il-fornitur prospettiv u l-implimentatur jew l-implimentatur prospettiv jimmodifikaw kwalunkwe aspett tal-ittestjar fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali.
|
|
Artikolu 76 4.
|
Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq tkun ħadet deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew tkun ħarġet oġġezzjoni fis-sens tal-Artikolu 60(4), il-punt (b), id-deċiżjoni jew l-oġġezzjoni għandha tindika r-raġunijiet għaliha u kif il-fornitur jew il-fornitur prospettiv jista' jikkontesta d-deċiżjoni jew l-oġġezzjoni.
|
|
Artikolu 76 5.
|
Fejn applikabbli, meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq tkun ħadet deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3, hija għandha tikkomunika r-raġunijiet għal dan lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra li fihom is-sistema tal-IA tkun ġiet ittestjata f'konformità mal-pjan tal-ittestjar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|