+Artikolu 96 Linji gwida mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament
---+Artikolu 96 1.
---+Artikolu 96 2.
|
Artikolu 96 Linji gwida mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 96 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida dwar l-implimentazzjoni prattika ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari dwar:
▼M1
(a)
l-applikazzjoni tar-rekwiżiti u l-obbligi msemmija fl-Artikoli 8 sa 15 u fl-Artikoli 25 u 26;
▼B
(b)
il-prattiki pprojbiti msemmija fl-Artikolu 5;
(c)
l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet relatati ma' modifika sostanzjali;
(d)
l-implimentazzjoni prattika tal-obbligi ta' trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 50;
(e)
informazzjoni dettaljata dwar ir-relazzjoni ta' dan ir-Regolament mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fl-Anness I, kif ukoll ma' liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-konsistenza fl-infurzar tagħhom;
(f)
l-applikazzjoni tad-definizzjoni ta' sistema tal-IA kif stipulat fl-Artikolu 3, il-punt (1);
▼M1
(g)
l-implimentazzjoni prattika tal-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(10) u l-Artikolu 17(3) f’konformità mal-prinċipju tal-komplementarjetà u l-proporzjonalità, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza, tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu minimizzati l-piżijiet addizzjonali meta titwettaq konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness I; tali linji gwida għandhom jiġu ppubblikati sal-1 ta’ Awwissu 2027.
Meta joħorġu tali linji gwida, il-Kummissjoni għandha tinvolvi l-Bord u tagħti attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tal-SMEs, inkluż in-negozji ġodda, u l-SMCs, tal-awtoritajiet pubbliċi lokali u tas-setturi li aktarx jiġu affettwati minn dan ir-Regolament. Il-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom iqisu kif xieraq l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku ġeneralment rikonoxxut dwar l-IA, kif ukoll l-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet komuni rilevanti msemmija fl-Artikoli 40 u 41, jew dawk l-istandards armonizzati jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li huma stipulati skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.
|
|
Artikolu 96 2.
|
Fuq talba tal-Istati Membri jew tal-Uffiċċju għall-IA, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-linji gwida adottati preċedentement meta jitqies li jkun meħtieġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|