+Artikolu 101 Multi għall-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali
---+Artikolu 101 1.
---+Artikolu 101 2.
---+Artikolu 101 3.
---+Artikolu 101 4.
---+Artikolu 101 5.
---+Artikolu 101 6.

Artikolu 101 Multi għall-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 101 1.

Il-Kummissjoni tista' timponi multi fuq il-fornituri ta' mudelli tal-IA bi skop ġenerali li ma jaqbżux it-3 % tal-fatturat globali totali annwali tagħhom fis-sena finanzjarja preċedenti jew EUR 15 000 000 , skont liema minnhom ikun l-ogħla, meta l-Kummissjoni issib li l-fornitur intenzjonalment jew b'negliġenza:

(a) 

kiser id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament;

(b) 

naqas milli jikkonforma ma' talba għal dokument jew għal informazzjoni skont l-Artikolu 91, jew ipprovda informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa;

(c) 

naqas milli jikkonforma ma' miżura mitluba skont l-Artikolu 93;

(d) 

naqas milli jagħmel disponibbli għall-Kummissjoni aċċess għall-IA bi skop ġenerali jew mudell tal-IA bi skop ġenerali b'riskju sistemiku bil-ħsieb li titwettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 92.

Meta jiġi stabbilit l-ammont tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta' penali, għandhom jitqiesu n-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur, filwaqt li jittieħed kont debitu tal-prinċipji tal-proporzjonalità u l-adegwatezza. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-impenji li jkunu saru f'konformità mal-Artikolu 93(3) jew fil-kodiċijiet ta' prattika rilevanti f'konformità mal-Artikolu 56.

Artikolu 101 2.
Qabel ma tadotta d-deċiżjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet preliminari tagħha lill-fornitur tal-mudell tal-IA bi skop ġenerali u tagħtih l-opportunità li jinstema'.
Artikolu 101 3.
Il-multi imposti f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom ikunu effettiv, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 101 4.
L-informazzjoni dwar il-multi imposti skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata wkoll lill-Bord kif xieraq.
Artikolu 101 5.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni mingħajr limiti sabiex tirrieżamina d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu multa skont dan l-Artikolu. Hija tista' tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta.
Artikolu 101 6.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li fihom arranġamenti dettaljati u salvagwardji proċedurali għal proċedimenti bil-ħsieb tal-adozzjoni possibbli ta' deċiżjonijiet skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 27.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1689
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.