+Artikolu 9 Konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.

Artikolu 9 Konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

Meta tħejji l-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta u tqis il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, l-impriżi tas-settur privat, inklużi l-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-komunità tas-software b’sors miftuħ, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, l-akkademja, u l-aġenziji u l-korpi rilevanti tal-Unjoni kif ukoll il-gruppi ta’ esperti stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha, b’mod strutturat, fejn xieraq, tikkonsulta u titlob il-fehmiet ta’ dawk il-partijiet ikkonċernati meta:

(a) 

tkun qed tipprepara l-gwida msemmija fl-Artikolu 26;

(b) 

tkun qed tipprepara d-deskrizzjonijiet tekniċi tal-kategoriji ta’ prodotti stabbiliti fl-Anness III f’konformità mal-Artikolu 7(4), il-valutazzjoni tal-ħtieġa għal aġġornamenti potenzjali tal-lista ta’ kategoriji ta’ prodotti f’konformità mal-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8(2), jew it-twettiq tal-valutazzjoni tal-impatt potenzjali fuq is-suq imsemmija fl-Artikolu 8(1), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 61;

(c) 

tkun qed twettaq ħidma preparatorja għall-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9 2.
Il-Kummissjoni għandha torganizza b’mod regolari sessjonijiet ta’ konsultazzjoni u informazzjoni, mill-anqas darba fis-sena, biex tiġbor il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati msemmija fil-paragrafu 1 dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.