+Artikolu 52 Is-sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti b’elementi diġitali fis-suq tal-Unjoni
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.
---+Artikolu 52 5.
---+Artikolu 52 6.
---+Artikolu 52 7.
---+Artikolu 52 8.
---+Artikolu 52 9.
---+Artikolu 52 10.
---+Artikolu 52 11.
---+Artikolu 52 12.
---+Artikolu 52 13.
---+Artikolu 52 14.
---+Artikolu 52 15.
---+Artikolu 52 16.

Artikolu 52 Is-sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti b’elementi diġitali fis-suq tal-Unjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1.
Ir-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għall-prodotti b’elementi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 52 2.
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità tas-sorveljanza tas-suq waħda jew aktar bl-iskop li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità eżistenti jew ġdida biex taġixxi bħala awtorità tas-sorveljanza tas-suq għal dan ir-Regolament.
Artikolu 52 3.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu responsabbli wkoll għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-obbligi għall-amministraturi tas-software b’sors miftuħ stabbiliti fl-Artikolu 24. Fejn awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li amministratur tas-software b’sors miftuħ ma jkunx konformi mal-obbligi stabbiliti f’dak l-Artikolu, għandha tirrikjedi li l-amministratur tas-software b’sors miftuħ jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha. L-amministraturi tas-software b’sors miftuħ għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
Artikolu 52 4.
Fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà maħtura skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2019/881 u jagħmlu skambju ta’ informazzjoni fuq bażi regolari. Fir-rigward tas-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura għandhom jikkooperaw u jagħmlu skambju ta’ informazzjoni fuq bażi regolari mas-CSIRTs maħtura bħala koordinaturi u mal-ENISA.
Artikolu 52 5.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu lis-CSIRT maħtura bħala koordinatur jew lill-ENISA jipprovdu pariri tekniċi dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Meta titwettaq investigazzjoni skont l-Artikolu 54, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu lis-CSIRT maħtura bħala koordinatur jew lill-ENISA jipprovdu analiżi b’appoġġ għall-evalwazzjonijiet tal-konformità tal-prodotti b’elementi diġitali.
Artikolu 52 6.
Fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkooperaw ma’ awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq maħtura abbażi ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni apparti minn dan ir-Regolament, u jagħmlu skambju ta’ informazzjoni fuq bażi regolari.
Artikolu 52 7.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkooperaw, kif xieraq, mal-awtoritajiet li jissorveljaw il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Tali kooperazzjoni tinkludi l-għoti ta’ informazzjoni lil dawk l-awtoritajiet dwar kwalunkwe sejba rilevanti għat-twettiq tal-kompetenzi tagħhom, inkluż meta joħorġu gwida u pariri skont il-paragrafu 10 jekk tali gwida u pariri jikkonċernaw l-ipproċessar ta’ data personali.

L-awtoritajiet li jissorveljaw il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu u jaċċessaw kwalunkwe dokumentazzjoni maħluqa jew miżmuma skont dan ir-Regolament meta l-aċċess għal dik id-dokumentazzjoni jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Huma għandhom jinformaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura tal-Istat Membru kkonċernat bi kwalunkwe talba bħal din.

Artikolu 52 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura jingħataw riżorsi tekniċi u finanzjarji adegwati, inkluż, fejn ikun xieraq, għodod għall-awtomatizzazzjoni tal-ipproċcessar, kif ukoll riżorsi umani bil-ħiliet meħtieġa fil-qasam taċ-ċibersigurtà sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.
Artikolu 52 9.
Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura.
Artikolu 52 10.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jipprovdu gwida u pariri lill-operaturi ekonomiċi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, tas-CSIRTs u tal-ENISA.
Artikolu 52 11.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-konsumaturi dwar fejn għandhom jippreżentaw ilmenti li jistgħu jindikaw nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1020, u għandhom jipprovdu informazzjoni lill-konsumaturi dwar fejn u kif jaċċessaw mekkaniżmi biex jiffaċilitaw ir-rapportar ta’ vulnerabbiltajiet, inċidenti u theddid ċibernetiku li jistgħu jaffettwaw prodotti b’elementi diġitali.
Artikolu 52 12.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiffaċilitaw, fejn ikun rilevanti, il-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet xjentifiċi, tar-riċerka u tal-konsumaturi.
Artikolu 52 13.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali l-eżiti tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura għandhom jirrapportaw, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fil-qasam tal-kompetizzjoni kwalunkwe informazzjoni identifikata matul l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq li jaf tkun ta’ interess potenzjali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.
Artikolu 52 14.
Għal prodotti b’elementi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li huma kklassifikati bħala sistemi ta’ IA b’riskju kbir skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2024/1689, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura għall-finijiet ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu l-awtoritajiet responsabbli għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq meħtieġa skont dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura skont ir-Regolament (UE) 2024/1689 għandhom jikkooperaw, kif xieraq, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura skont dan ir-Regolament u, fir-rigward tas-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament, mas-CSIRTs maħtura bħala koordinatur u mal-ENISA. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura skont ir-Regolament (UE) 2024/1689 għandhom b’mod partikolari jinformaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura skont dan ir-Regolament bi kwalunkwe sejba rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 52 15.
Għandu jiġi stabbilit ADCO għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020. L-ADCO għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura u, jekk xieraq, minn rappreżentanti tal-uffiċċji uniċi ta’ kollegament. L-ADCO għandu jindirizza wkoll kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-obbligi mqiegħda fuq l-amministraturi tas-software b’sors miftuħ.
Artikolu 52 16.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jissorveljaw kif il-manifatturi jkunu applikaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(8) meta jiddeterminaw il-perjodu ta’ appoġġ tal-prodotti b’elementi diġitali tagħhom.

L-ADCO għandu jippubblika f’forma aċċessibbli għall-pubbliku u faċli għall-utent statistika rilevanti dwar kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali, inkluż il-perjodi medji ta’ appoġġ, kif iddeterminati mill-manifattur skont l-Artikolu 13(8), kif ukoll jipprovdi gwida li tinkludi perjodi ta’ appoġġ indikattivi għall-kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali.

Fejn id-data tissuġġerixxi perjodi ta’ appoġġ inadegwati għal kategoriji speċifiċi ta’ prodotti b’elementi diġitali, l-ADCO jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiffukaw l-attivitajiet tagħhom fuq tali kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.