+Artikolu 55 Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni
---+Artikolu 55 1.
---+Artikolu 55 2.
---+Artikolu 55 3.
---+Artikolu 55 4.
---+Artikolu 55 5.
|
Artikolu 55 Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 55 1.
|
Fejn, fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 54(5), isiru oġġezzjonijiet minn Stat Membru kontra miżura meħuda minn Stat Membru ieħor, jew fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżura tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f’konsultazzjoni mal-Istat Membru rilevanti u mal-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le fi żmien disa’ xhur min-notifika msemmija fl-Artikolu 54(5) u tinnotifika dik id-deċiżjoni lill-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 55 2.
|
Jekk il-miżura nazzjonali titqies bħala ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-prodott b’elementi diġitali li ma jkunx konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kif xieraq. Jekk il-miżura nazzjonali ma titqiesx bħala ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.
|
|
Artikolu 55 3.
|
Fejn il-miżura nazzjonali titqies bħala ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott b’elementi diġitali jkun attribwit għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
|
|
Artikolu 55 4.
|
Fejn il-miżura nazzjonali titqies bħala ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott b’elementi diġitali jkun attribwit għal nuqqasijiet fi skema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 27, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk għandhiex temenda jew tħassar kwalunkwe att delegat adottat skont l-Artikolu 27(9) li jispeċifika l-preżunzjoni ta’ konformità fir-rigward ta’ dik l-iskema ta’ ċertifikazzjoni.
|
|
Artikolu 55 5.
|
Fejn il-miżura nazzjonali titqies bħala ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-prodott b’elementi diġitali jkun attribwit għal nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet komuni kif imsemmi fl-Artikolu 27, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk għandhiex temenda jew tħassar l-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 27(2) li jistabbilixxi dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|