+Artikoli 57 Prodotti b’elementi diġitali konformi li jippreżentaw riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà
---+Artikoli 57 1.
---+Artikoli 57 2.
---+Artikoli 57 3.
---+Artikoli 57 4.
---+Artikoli 57 5.
---+Artikoli 57 6.
---+Artikoli 57 7.
---+Artikoli 57 8.
---+Artikoli 57 9.
---+Artikoli 57 10.
---+Artikoli 57 11.

Artikoli 57 Prodotti b’elementi diġitali konformi li jippreżentaw riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikoli 57 1.

L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru għandha tesiġi li operatur ekonomiku jieħu l-miżuri xierqa kollha fejn, wara li tkun wettqet evalwazzjoni skont l-Artikolu 54, issib li għalkemm prodott b’elementi diġitali u l-proċessi stabbiliti mill-manifattur ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament, dawn jippreżentaw riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà kif ukoll riskju għal dan li ġej:

(a) 

is-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni;

(b) 

il-konformità mal-obbligi skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali maħsuba biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali;

(c) 

id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tas-servizzi offruti permezz ta’ sistema ta’ informazzjoni elettronika mill-entitajiet essenzjali kif imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555; jew

(d) 

aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu miżuri maħsuba biex jiżguraw li l-prodott b’elementi diġitali kkonċernat u l-proċessi stabbiliti mill-manifattur ma jibqgħux jippreżentaw ir-riskji rilevanti meta l-prodott b’elementi diġitali kkonċernat isir disponibbli fis-suq, jiġi rtirat mis-suq jew jissejjaħ lura, u għandhom ikunu jaqblu man-natura ta’ dawk ir-riskji.

Artikoli 57 2.
Il-manifattur jew operaturi ekonomiċi rilevanti oħra għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward tal-prodotti b’elementi diġitali kkonċernati li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Unjoni kollha fl-iskeda ta’ żmien stabbilita mill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1.
Artikoli 57 3.
L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri li jkun ħa skont il-paragrafu 1. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b’mod partikolari d-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-prodotti b’elementi diġitali kkonċernati, l-oriġini u l-katina tal-provvista ta’ dawk il-prodotti b’elementi diġitali, in-natura tar-riskju involut u n-natura u tad-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda.
Artikoli 57 4.
Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tidħol f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħudin. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura tkunx ġustifikata jew le, u fejn ikun meħtieġ, tipproponi miżuri xierqa.
Artikoli 57 5.
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 lill-Istati Membri.
Artikoli 57 6.
Fejn il-Kummissjoni jkollha raġuni suffiċjenti biex tikkunsidra, fosthom abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ENISA, li prodott b’elementi diġitali, għalkemm konformi ma’ dan ir-Regolament, jippreżenta r-riskji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tinforma lill-awtorità jew lill-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq u titlobhom iwettqu evalwazzjoni u jsegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 54 u fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.
Artikoli 57 7.
F’ċirkostanzi li jiġġustifikaw intervent immedjat biex jiġi ppreservat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u fejn il-Kummissjoni jkollha raġuni suffiċjenti biex tqis li l-prodott b’elementi diġitali msemmi fil-paragrafu 6 jkompli jippreżenta r-riskji msemmija fil-paragrafu 1, u ma tkun ittieħdet l-ebda miżura effettiva min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tas-sorveljanza tas-suq, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tar-riskji ppreżentati minn dak il-prodott b’elementi diġitali u tista’ titlob lill-ENISA tipprovdi analiżi b’appoġġ għal dik l-evalwazzjoni u għandha tinforma lill-awtoritajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq kif xieraq. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw mal-ENISA kif meħtieġ.
Artikoli 57 8.
Abbażi tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi li miżura korrettiva jew restrittiva hija meħtieġa fil-livell tal-Unjoni. Għal dak il-għan, hija għandha tikkonsulta mingħajr dewmien lill-Istati Membri kkonċernati u lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti.
Artikoli 57 9.
Abbażi tal-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddeċiedi dwar miżuri korrettivi jew restrittivi fil-livell tal-Unjoni, inkluż li tesiġi li l-prodotti b’elementi diġitali kkonċernati jiġu rtirati mis-suq, jew imsejħa lura, fi żmien perjodu raġonevoli, li jkun jaqbel man-natura tar-riskju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 62(2).
Artikoli 57 10.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika minnufih l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 9 lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dawk l-atti ta’ implimentazzjoni mingħajr dewmien u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
Artikoli 57 11.
Il-paragrafi 6 sa 10 għandhom japplikaw għad-durata tas-sitwazzjoni eċċezzjonali li ġġustifikat l-intervent tal-Kummissjoni u sakemm il-prodott b’element diġitali kkonċernat jibqa’ jippreżenta r-riskji msemmija fil-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2847
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.