+Artikolu 5 Trasferimenti ta’ fondi fl-Unjoni
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
|
Artikolu 5 Trasferimenti ta’ fondi fl-Unjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. B’deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kollha involuti fil-katina tal-pagamenti huma stabbiliti fl-Unjoni, it-trasferimenti ta’ fondi għandhom ikunu akkumpanjati tal-inqas min-numru tal-kont tal-pagamenti kemm tal-pagatur kif ukoll tal-prenditur jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(3), mill-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-informazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru 260/2012 fejn applikabbli.
|
|
Artikolu 5 2
|
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur għandu, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi talba għall-informazzjoni mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur jew mill-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta’ pagament, jagħmel disponibbli dawn li ġejjin:
|
(a)
|
għal trasferimenti ta’ fondi li jaqbżu l-EUR 1 000, kemm jekk tali trasferimenti jsiru fi tranżazzjoni waħda kif ukoll jekk isiru f’diversi tranżazzjonijiet li jkunu jidhru marbutin, l-informazzjoni dwar il-pagatur jew il-prenditur f’konformità mal-Artikolu 4;
|
|
(b)
|
għal trasferimenti ta’ fondi li ma jaqbżux l-EUR 1 000 u li ma jidhrux li huma marbuta ma’ trasferimenti oħra ta’ fondi li, flimkien mat-trasferiment inkwistjoni, jaqbżu l-EUR 1 000, tal-inqas:
|
(i)
|
l-isem tal-pagatur u l-isem tal-prenditur; u
|
|
(ii)
|
in-numri tal-kont tal-pagamenti kemm tal-pagatur kif ukoll tal-prenditur jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(3), l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.
|
|
|
|
Artikolu 5 3
|
3. B’deroga mill-Artikolu 4(4), fil-każ ta’ trasferimenti ta’ fondi msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur mhuwiex meħtieġ li jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur:
|
(a)
|
ma jkunx irċieva l-fondi li għandhom jiġu trasferiti fi flus jew fi flus elettroniċi anonimi; jew
|
|
(b)
|
ma jkollux raġunijiet raġonevoli għal suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.06.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1113
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|