+Artikolu 5 Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali — rapportar trimestrali
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 5 10.
---+Artikolu 5 11.
---+Artikolu 5 12.
---+Artikolu 5 13.
---+Artikolu 5 14.
---+Artikolu 5 15.

Artikolu 5 Rapportar dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq bażi individwali — rapportar trimestrali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar fondi proprji u dwar rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu bi frekwenza trimestrali.
Artikolu 5 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar fondi proprji u rekwiżiti ta’ fondi proprji kif speċifikat fl-Anness I, formoli 1 sa 5, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 1.
Artikolu 5 3.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar ir-riskju tal-kreditu u l-iskoperturi tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti ttrattati skont l-approċċ standardizzat kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 7, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 3.2.
Artikolu 5 4.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar ir-riskju ta’ kreditu u l-iskoperturi tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti ttrattati skont l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 8.1 u 8.2, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 3.3.
Artikolu 5 5.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar id-distribuzzjoni ġeografika tal-iskoperturi skont il-pajjiż, kif ukoll l-iskoperturi aggregati f’livell totali, kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 9, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 3.4.

L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-formoli 9.1 u 9.2, u b’mod partikolari informazzjoni dwar id-distribuzzjoni ġeografika ta’ skoperturi skont il-pajjiż, fejn l-iskoperturi oriġinali mhux domestiċi fil-pajjiżi mhux domestiċi kollha fil-klassijiet ta’ skopertura kollha, kif irrapportati skont l-Anness I, il-formola 4, ir-ringiela 0850, ikunu daqs jew akbar minn 10 % tat-total tal-iskoperturi oriġinali domestiċi u mhux domestiċi kif irrapportat skont l-Anness I, il-formola 4, ir-ringiela 0860. L-iskoperturi għandhom jitqiesu bħala domestiċi meta jkunu skoperturi għal kontropartijiet li jinsabu fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-istituzzjoni.

Il-kriterji tad-dħul u l-ħruġ stabbiliti fl-Artikolu 4 għandhom japplikaw.

Artikolu 5 6.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti kif speċifikat fl-Anness I, formoli 34.01 sa 34.05 u 34.08 sa 34.10, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 3.9.
Artikolu 5 7.
L-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ standardizzat jew il-metodu tal-formola interna għall-kalkolu tal-iskoperturi tar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 6, it-Taqsimiet 3 u 6, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jissottomettu informazzjoni dwar ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 34.06, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 3.9.7.
Artikolu 5 8.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar l-iskoperturi tal-ekwità ttrattati skont l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjonijiet interni kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 10, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 3.5.
Artikolu 5 9.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar ir-riskju tas-saldu kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 11, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 3.6.
Artikolu 5 10.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar l-iskoperturi tat-titolizzazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 13.01, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 3.7.
Artikolu 5 11.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji u t-telf relatat mar-riskju operazzjonali kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 16, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 4.1.
Artikolu 5 12.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju tas-suq kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 18 sa 24, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punti 5.1 sa 5.7.
Artikolu 5 13.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji relatati mar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 25, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 5.8.
Artikolu 5 14.

L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar valwazzjoni prudenti kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 32, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 6, kif ġej:

(a) 

l-istituzzjonijiet kollha għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, il-formola 32.1, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 6;

(b) 

l-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ewlieni skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 ( 1 ) għandhom, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, jirrapportaw l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, il-formola 32.2, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 6;

(c) 

l-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ ewlieni f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/101 u li jaqbżu l-limitu msemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament għandhom, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, jirrapportaw l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I, il-formoli 32.3 u 32.4, f’konformitàmal-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 6.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-kriterji tad-dħul u l-ħruġ stabbiliti fl-Artikolu 4 ma għandhomx japplikaw.

Artikolu 5 15.
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar il-garanzija ta’ kontinġenza prudenzjali għal skoperturi improduttivi (NPEs) kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 35.01, 35.02 u 35.03, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 8.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.