+Artikolu 6 3.

Artikolu 6 3.

L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar skoperturi sovrani kif ġej:

(a) 

meta l-ammont riportat aggregat ta’ assi finanzjarji mis-settur tal-kontroparti “Gvernijiet ġenerali” jkun daqs jew akbar minn 1 % tas-somma tal-ammont riportat totali għal “Titoli ta’ dejn” u “Self u avvanzi”, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 33, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 7, u għandhom isegwu l-istruzzjonijiet fl-Anness V rigward il-formola 4 fl-Anness III jew l-Anness IV, kif applikabbli, biex jikkalkulaw il-valuri rilevanti;

(b) 

meta l-valur irrapportat għal skoperturi domestiċi ta’ assi finanzjarji mhux derivattivi kif definit fir-ringiela 0010, il-kolonna 0010 fl-Anness I, il-formola 33, ikun inqas minn 90 % tal-valur irrapportat għal skoperturi domestiċi u mhux domestiċi għall-istess punt ta’ data, istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 33, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 7, b’diżaggregazzjoni sħiħa tal-pajjiżi;

(c) 

l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) u li ma jissodisfawx il-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-formola 33, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 7, bl-iskoperturi aggregati fi:

(i) 

il-livell totali; u

(ii) 

il-livell domestiku.

Il-kriterji tad-dħul u l-ħruġ tal-Artikolu 4(3) għandhom japplikaw.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.