+Artikolu 10 Rapportar dwar il-fondi proprji u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal gruppi li jikkonsistu biss f’ditti tal-investiment soġġetti għall-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
|
Artikolu 10 Rapportar dwar il-fondi proprji u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal gruppi li jikkonsistu biss f’ditti tal-investiment soġġetti għall-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Id-ditti tal-investiment li japplikaw id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tal-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif stabbilit f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar il-fondi proprji u dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata, bl-eċċezzjoni ta’ informazzjoni dwar il-proporzjon ta’ ingranaġġ, id-ditti tal-investiment ta’ gruppi li jikkonsistu biss minn ditti tal-investiment li jagħmlu użu mill-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 b’referenza għall-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jissottomettu l-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsolidata:
(a)
l-informazzjoni dwar il-fondi proprji u dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kif speċifikat fl-Anness I, il-formoli 1 sa 5, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 1, bi frekwenza trimestrali;
(b)
l-informazzjoni dwar fondi proprji u dwar rekwiżiti ta’ fondi proprji fir-rigward ta’ entitajiet inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 6, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 2, bi frekwenza semiannwali.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar il-fondi proprji u dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont l-Artikolu 430(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi konsolidata, id-ditti tal-investiment ta’ gruppi li jikkonsistu biss f’ditti tal-investiment soġġetti għall-Artikolu 95 u investimenti soġġetti għall-Artikolu 96 jew ta’ gruppi li jikkonsistu biss minn ditti tal-investiment li jagħmlu użu mill-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 b’referenza għall-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom jissottomettu l-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsolidata:
(a)
l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5, fil-paragrafi (1) sa (5) u fil-paragrafi (8) sa (13) tal-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament bil-frekwenza stabbilita f’dawk l-Artikoli;
(b)
l-informazzjoni rigward entitajiet inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni speċifikata fl-Anness I, il-formola 6, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 2, bi frekwenza semiannwali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|