+Artikolu 11 2.

Artikolu 11 2.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa kif ġej:

(a) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 1, bi frekwenza trimestrali;

(b) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 3, bi frekwenza semiannwali;

(c) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 4, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni speċifikata fil-formola 47, bi frekwenza annwali;

(d) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 2, il-formola 20, bi frekwenza trimestrali meta l-istituzzjoni taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu;

(e) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 2, il-formola 21, bi frekwenza trimestrali fejn assi tanġibbli soġġetti għal kirjiet operattivi huma ugwali għal jew ogħla minn 10 % tal-assi tanġibbli totali kif irrapportat skont l-Anness III, il-Parti 1, il-formola 1.1;

(f) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 2, il-formola 22, bi frekwenza trimestrali fejn l-introjtu nett mit-tariffi u mill-kummissjonijiet huwa ugwali għal jew ogħla minn 10 % tas-somma tal-introjtu nett mit-tariffi u mill-kummissjonijiet u introjtu mill-imgħax nett kif irrapportat skont l-Anness III, il-Parti 1, il-formola 2;

(g) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 2, il-formoli 23 sa 26, bi frekwenza trimestrali, fejn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(i) 

l-istituzzjoni mhijiex istituzzjoni żgħira u mhijiex mhux kumplessa;

(ii) 

il-proporzjon bejn l-ammont ta’ self u avvanzi riportat gross tal-istituzzjoni li jaqa’ taħt l-Artikolu 47a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-ammont ta’ self u avvanzi riportat gross totali li jaqa’ taħt l-Artikolu 47a(1) ta’ dak ir-Regolament huwa ta’ 5 % jew aktar;

(h) 

l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 4, il-formola 47, bi frekwenza annwali meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu.

Għall-finijiet tal-punt (g)(ii), il-proporzjon ma għandux jinkludi self u avvanzi kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ, bilanċi ta’ flus f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn jew fid-denominatur jew fin-numeratur.

Għall-finijiet tal-punti (d) sa (h) ta’ dan il-paragrafu, għandhom japplikaw il-kriterji tad-dħul u tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 4(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.