+Artikolu 21 Formati tal-iskambju tad-datau informazzjoni li takkumpanja s-sottomissjonijiet
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
|
Artikolu 21 Formati tal-iskambju tad-datau informazzjoni li takkumpanja s-sottomissjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni fil-formati u r-rappreżentazzjonijiet tal-iskambju tad-data speċifikati mill-awtoritajiet kompetenti u filwaqt li jirrispettaw id-definizzjoni tal-punt tad-data tal-mudell tal-punt tad-data msemmi fl-Anness XIV u l-formoli ta’ validazzjoni msemmija fl-Anness XV kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
(a)
informazzjoni li mhijiex meħtieġa jew li mhijiex applikabbli ma tiġix inkluża f’sottomissjoni ta’ data;
(b)
il-valuri numeriċi għandhom jiġu sottomessi kif ġej:
(i)
il-punti ta’ data bit-tip ta’ data“Monetarja” għandhom jiġu rrapportati bl-użu minimu ta’ preċiżjoni ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet;
(ii)
il-punti ta’ data bit-tip ta’ data“Perċentwali” għandhom jiġu espressi bħala unità b’minimu ta’ preċiżjoni ekwivalenti għal erba’ ċifri deċimali;
(iii)
il-punti ta’ data bit-tip ta’ data“Integer” għandhom jiġu rrapportati billi ma jintużawx deċimali u preċiżjoni ekwivalenti għal unitajiet;
(c)
l-istituzzjonijiet u l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jiġu identifikati biss permezz tal-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tagħhom;
(d)
l-entitajiet ġuridiċi u l-kontropartijiet għajr l-istituzzjonijiet u l-impriżi tal-assigurazzjoni oħrajn għandhom jiġu identifikati mil-LEI tagħhom meta disponibbli.
|
|
Artikolu 21 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jakkumpanjaw id-data sottomessa bl-informazzjoni li ġejja:
(a)
rapportar ta’ data ta’ referenza u perjodu ta’ referenza;
(c)
standard tal-kontabilità;
(d)
Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tal-istituzzjoni tar-rapportar;
(e)
ambitu ta’ konsolidazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|