+ANNESS XXIII

ANNESS XXIII




ANNESS XXIII

STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI TAL-FORMOLA TAL-ISKALA TAL-MATURITÀ TAL-ANNESS XXII

PARTI I: STRUZZJONIJIET ĠENERALI

PARTI II: STRUZZJONIJIET DWAR RINGIELI SPEĊIFIĊI

PARTI I: STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1. Sabiex ikopru d-diskrepanza fil-maturità tal-attivitajiet ta’ istituzzjoni (“l-iskala tal-maturità”) fil-formola tal-Anness XXII, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw l-istruzzjonijiet li jinsabu f’dan l-Anness.

2. L-għodda ta’ monitoraġġ tal-iskala tal-maturità għandha tkopri l-flussi kuntrattwali u l-flussi ta’ ħruġ kontinġenti. Il-flussi kuntrattwali li jirriżultaw mill-ftehimiet legalment vinkolanti u l-maturità residwa mid-data ta’ rapportar għandhom jiġu rapportati f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet legali.

3. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jgħoddu l-influssi darbtejn.

4. Fil-kolonna “stokk inizjali”, għandu jiġi rapportat l-istokk tal-entrati fid-data ta’ rapportar.

5. Għandhom jimtlew biss iċ-ċelloli bojod vojta tal-formola fl-Anness XXII.

6. It-taqsima tal-formola tal-iskala tal-maturità intitolata “Flussi ta’ ħruġ u influssi” għandha tkopri flussi ta’ flus kuntrattwali futuri mill-entrati kollha li huma fil-karta bilanċjali u dawk barra l-karta bilanċjali. Għandhom jiġu rapportati biss flussi ta’ ħruġ u influssi skont kuntratti validi fid-data ta’ rapportar. Il-flussi ta’ ħruġ u influssi tal-imgħax mill-istrumenti kollha fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali għajr il-garanziji għandhom jiġu inklużi fl-entrati rilevanti kollha tat-taqsimiet “flussi ta’ ħruġ” u “influssi”, fil-medda ta’ żmien korrispondenti li fiha jsiru dovuti. Il-pagamenti u r-riċevuti tal-imgħax li jsiru dovuti wara ħames snin mid-data ta’ referenza ta’ rapportar għandhom jiġu esklużi mill-iskala tal-maturità.

7. It-taqsima tal-formola tal-iskala tal-maturità intitolata “Kapaċità ta’ kontrobilanċ” għandha tirrappreżenta l-istokk ta’ assi mhux aggravati jew sorsi oħra ta’ finanzjament li huma legalment u prattikament disponibbli għall-istituzzjoni fid-data ta’ rapportar biex ikopru diskrepanzi kuntrattwali potenzjali. Għandhom jiġu rapportati biss flussi ta’ ħruġ u influssi skont kuntratti eżistenti fid-data ta’ rapportar.

8. Flussi ta’ ħruġ u influssi ta’ flus fit-taqsimiet rispettivi “flussi ta’ ħruġ” u “influssi” għandhom jiġu rapportati fuq bażi grossa b’simbolu pożittiv. L-ammonti dovuti għall-ħlas u riċevuti għandhom jiġu rapportati rispettivament fit-taqsimiet ta’ flussi ta’ ħruġ u ta’ influssi.

9. Għat-taqsima tal-formola tal-iskala tal-maturità intitolata “kapaċità ta’ kontrobilanċ” tal-flussi ta’ ħruġ u tal-influssi għandhom jiġu rapportati fuq bażi netta b’simbolu pożittiv jekk dawn jirrappreżentaw influssi u b’simbolu negattiv jekk dawn jirrappreżentaw flussi ta’ ħruġ. Għall-flussi ta’ flus, għandhom jiġu rapportati l-ammonti dovuti. Flussi ta’ titoli għandhom jiġu rapportati bil-valur tas-suq kurrenti. Flussi li jirriżultaw fuq linji ta’ kreditu u ta’ likwidità għandhom jiġu rapportati bl-ammonti kuntrattwali disponibbli.

10. Il-flussi kuntrattwali għandhom jiġu allokati fuq it-tnejn u għoxrin medda ta’ żmien f’konformità mal-maturità residwa tagħhom, bil-jiem jirrappreżentaw jiem kalendarji.

11. Għandhom jiġu rapportati l-flussi kuntrattwali kollha, inklużi l-flussi ta’ flus kollha minn attivitajiet mhux finanzjarji bħal taxxi, bonusijiet, dividendi u kirjiet. Il-flussi ta’ flus minn attivitajiet mhux finanzjarji għandhom jiġu rapportati fil-medda ta’ żmien korrispondenti li fiha jsiru dovuti. Dawn il-flussi ta’ flus għandhom jiġu esklużi mill-iskala tal-maturità li fiha jsiru dovuti wara ħames snin mid-data ta’ referenza ta’ rapportar.

12. Sabiex l-istituzzjonijiet japplikaw approċċ konservattiv meta jiddeterminaw il-maturitajiet kuntrattwali tal-flussi, dawn għandhom jiżguraw dan kollu li ġej:

(a) 

meta teżisti opzjoni ta’ differiment ta’ pagament jew li tirċievi pagament antiċipat, l-opzjoni għandha tkun preżunta li tiġi eżerċitata meta din tkun tmexxi ’l quddiem il-flussi ta’ ħruġ mill-istituzzjoni jew tiddifferixxi l-influssi minn ġewwa l-istituzzjoni;

(b) 

meta l-opzjoni li tmexxi ’l quddiem flussi ta’ ħruġ mill-istituzzjoni tkun biss għad-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-opzjoni għandha tiġi preżunta li tiġi eżerċitata biss meta jkun hemm aspettattiva tas-suq li l-istituzzjoni se tagħmel hekk. L-opzjoni għandha tkun preżunta li ma ġietx eżerċitata meta din tkun tmexxi ’l quddiem l-influssi lill-istituzzjoni jew tiddifferixxi l-flussi ta’ ħruġ mill-istituzzjoni. Kwalunkwe fluss ta’ ħruġ ta’ flus li jiskatta b’mod kuntrattwali minħabba dan l-influss – bħal f’finanzjament pass-through – għandu jiġi rapportat fl-istess data bħal dan l-influss;

(c) 

depożiti li jimmaturaw mil-lum għal għada, inklużi depożiti ta’ bla avviż u depożiti mingħajr maturità, għandhom jiġu rapportati bħala mil-lum għal għada fil-kolonna 0020. Barra minn hekk, dawk it-tranżazzjonijiet mingħajr maturità speċifikata kuntrattwalment għandhom jiġu rapportati fil-kolonna 0025;

(d) 

riakkwisti miftuħa jew retroriakkwisti u tranżazzjonijiet simili li jistgħu jiġu terminati minn kwalunkwe waħda mill-partijiet fi kwalunkwe jum għandhom jitqiesu li jimmaturaw mil-lum għal għada sakemm il-perjodu ta’ avviż ikun itwal minn jum wieħed, f’liema każ għandhom jiġu rapportati fil-medda ta’ żmien rilevanti f’konformità mal-perjodu ta’ avviż;

(e) 

depożiti b’terminu fil-livell tal-konsumatur b’opzjoni ta’ rtirar bikri għandhom jitqiesu li jimmaturaw fil-perjodu ta’ żmien li matulu l-irtirar bikri tad-depożitu ma jirriżultax f’penali f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 25(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

(f) 

meta l-istituzzjoni ma tkunx kapaċi tistabbilixxi skeda tal-pagamenti kuntrattwali minimi għal element partikolari jew parti minnu skont ir-regoli stipulati f’dan il-paragrafu, din għandha tirrapporta l-entrata jew parti minnha bħala akbar minn ħames snin fil-kolonna 0220.

13. [vojta]

14. Swaps tal-Munita Barranija (“FX”) li jimmaturaw għandhom jirriflettu l-valur nozzjonali li jimmatura tal-iswaps bejn il-muniti, tranżazzjonijiet forward FX u ftehimiet spot FX mhux saldati fil-meded ta’ żmien applikabbli tal-formola.

15. Il-flussi tal-flus minn tranżazzjonijiet mhux saldati għandhom jiġu rapportati fil-perjodu qasir qabel is-saldu, fir-ringieli u t-taqsimiet xierqa.

16. Entrati fejn l-istituzzjoni ma jkollha ebda operat sottostanti fihom, bħal meta ma jkollha l-ebda depożiti ta’ ċerta kategorija, għandhom jitħallew vojta.

17. Entrati dovuti skaduti u entrati li għalihom l-istituzzjoni jkollha raġuni għalfejn tistenna nuqqas ta’ prestazzjoni ma għandhomx jiġu rapportati.

18. Fejn kollateral riċevut ikun riipotekat fi tranżazzjoni li timmatura lil hinn mit-tranżazzjoni li fiha l-istituzzjoni tirċievi l-kollateral, il-fluss ta’ ħruġ ta’ titoli fl-ammont tal-valur ġust tal-kollateral riċevut għandu jiġi rapportat fit-taqsima tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ fil-medda rilevanti f’konformità mal-maturità tat-tranżazzjoni li ġġenerat ir-riċeviment tal-kollateral.

19. Meta skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 id-depożiti ta’ bla avviż li l-istituzzjoni ta’ kreditu relatriċi żżomm mal-istituzzjoni ċentrali jiġu trattati bħala assi likwidi, id-depożiti ta’ bla avviż għandhom jiġu trattati bħala influss kuntrattwali interbankarju fl-iskala tal-maturità.

20. Entrati intragrupp ma għandhomx jaffettwaw ir-rapportar fuq bażi konsolidata.

21. Il-parti mhux prelevabbli tar-riżervi tal-bank ċentrali ma għandha tiġi rapportata mkien fil-formola.

PARTI II: STRUZZJONIJIET DWAR RINGIELI SPEĊIFIĊI



Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

minn 0010 sa 0380

1 FLUSSI TA’ ĦRUĠ

L-ammont totali ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus għandu jiġi rapportat fis-subkategoriji li ġejjin:

0010

1.1 Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn titoli maħruġa (jekk mhux trattati bħala depożiti fil-livell ta’ konsumatur)

Flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw minn titoli ta’ dejn maħruġin mill-istituzzjoni rapportanti

jiġifieri ħruġ proprju.

0011

1.1.0.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS

L-ammont tal-flussi ta’ ħruġ fl-entrata 1.1 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0020

1.1.1 bonds mhux garantiti dovuti

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw minn titoli maħruġa rapportati fil-linja 1.1, li huwa dejn skopert maħruġ mill-istituzzjoni relatriċi lil partijiet terzi.

0030

1.1.2 bonds koperti regolati

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw minn titoli maħruġa, rapportati fil-linja 1.1, li huwa bonds eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE.

0040

1.1.3 titolizzazzjonijiet dovuti

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw minn titoli maħruġa, rapportati fil-linja 1.1, li huwa tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma’ partijiet terzi, f’konformità mal-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0050

1.1.4 oħrajn

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw minn titoli maħruġa rapportati fil-linja 1.1, għajr dawk rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn fuq.

0065

1.2 Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali, kollateralizzati minn (Kontroparti mhijiex Bank Ċentrali):

Ammont totali ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus kollha li jirriżultaw minn għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali li fihom il-kontroparti ma tkunx Bank Ċentrali, kif definiti fl-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Nota: Hawnhekk għandhom jiġu rapportati biss flussi ta’ flus, flussi ta’ titoli relatati ma’ għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali għandhom jiġu rapportati fit-taqsima “kapaċità ta’ kontrobilanċ”.

0066

1.2.0.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS

L-ammont tal-flussi ta’ ħruġ fl-entrata 1.2 meta l-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0075

1.2.1 assi negozjabbli tal-Livell 1

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2 li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk ma kinux qed jiżguraw it-tranżazzjoni partikolari.

L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 1 għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.

0085

1.2.1.1 Livell 1 għajr bonds koperti

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.1, li huwa kollateralizzat minn assi li mhumiex bonds koperti.

0095

1.2.1.1.1 bank ċentrali tal-Livell 1

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.1.1, li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq banek ċentrali jew garantiti minnhom.

0105

1.2.1.1.2 Livell 1 (CQS 1)

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.1.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 1.2.1.1.1 li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0115

1.2.1.1.3 Livell 1 (CQS 2, CQS3)

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.1.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 1.2.1.1.1 li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0125

1.2.1.1.4 Livell 1 (CQS 4+)

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.1.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 1.2.1.1.1 li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 4 tal-kwalità kreditizja jew agħar minn ECAI nominata.

0135

1.2.1.2 bonds koperti tal-Livell 1(CQS1)

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.1, li huwa kollateralizzat minn assi li mhumiex bonds koperti. Innota li, f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, huma biss bonds koperti ta’ CQS 1 li huma eliġibbli bħala assi tal-Livell 1.

0145

1.2.2 assi negozjabbli tal-Livell 2 A

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2 li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 8 u 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk ma kinux qed jiggarantixxu t-tranżazzjoni partikolari.

L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2 A għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.

0155

1.2.2.1 bonds korporattivi tal-Livell 2 A (CQS 1)

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.2, li huwa kollateralizzat minn bonds korporattivi li huma assenjati fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0165

1.2.2.2 bonds koperti tal-Livell 2 A (CQS1, CQS2)

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.2, li huwa kollateralizzat minn bonds koperti li huma assenjati fl-iskala 1 jew 2 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0175

1.2.2.3 settur pubbliku tal-Livell 2 A (CQS1, CQS2)

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.2, li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku, jew garantiti minnhom. Innota li, f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, l-assi kollha tas-settur pubbliku eliġibbli bħala fil-Livell 2 A jridu jkunu fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja jew fl-iskala 2 tal-kwalità kreditizja.

0185

1.2.3 assi negozjabbli tal-Livell 2B

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2 li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 8 u 12 jew 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk ma kinux qed jiżguraw it-tranżazzjoni partikolari.

L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2B għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.

0195

1.2.3.1 titoli garantiti b’assi-ABS tal-Livell 2B (CQS 1)

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.3 li huwa kollateralizzat minn titoli garantiti b’assi, inkluż RMBS. Innota li, f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, it-titoli kollha garantiti b’assi li jikkwalifikaw bħala Livell 2B għandu jkollhom skala 1 tal-kwalità kreditizja.

0205

1.2.3.2 bonds koperti tal-Livell 2B (CQS 1-6)

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.3, li huwa kollateralizzat minn bonds koperti.

0215

1.2.3.3 bonds koperti tal-Livell 2B (CQS 1-3)

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.3, li huwa kollateralizzat minn titoli ta’ dejn korporattiv.

0225

1.2.3.4 ishma tal-Livell 2B

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.3 li huwa kollateralizzat minn ishma.

0235

1.2.3.5 settur pubbliku tal-Livell 2B (CQS 3-5)

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2.3, li huwa kollateralizzat minn assi tal-Livell 2B li mhumiex rapportati fl-entrati minn 1.2.3.1 sa 1.2.3.4.

0245

1.2.4 assi negozjabbli oħra

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2, li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli mhux rapportati fl-entrati 1.2.1, 1.2.2 jew 1.2.3.

0251

1.2.5 assi oħrajn

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2, li huwa kollateralizzat minn assi mhux rapportati fl-entrati 1.2.1, 1.2.2. 1.2.3 jew 1.2.4.

0252

1.2a Obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali, kollateralizzati minn (Kontroparti mhijiex Bank Ċentrali):

Ammont totali ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus kollha li jirriżultaw minn għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali fejn il-kontroparti ma tkunx Bank Ċentrali, kif definiti fl-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Nota: Hawnhekk għandhom jiġu rapportati biss flussi ta’ flus, flussi ta’ titoli relatati ma’ għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali għandhom jiġu rapportati fit-taqsima “kapaċità ta’ kontrobilanċ”.

0253

1.2a.1 assi negozjabbli tal-Livell 1

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.X li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk ma kinux qed jiżguraw it-tranżazzjoni partikolari.

L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 1 għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.

0254

1.2a.2 assi negozjabbli tal-Livell 2 A

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.X li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 8 u 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk ma kinux qed jiżguraw it-tranżazzjoni partikolari.

L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2 A għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.

0255

1.2a.3 assi negozjabbli tal-Livell 2B

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.X li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 8 u 12 jew 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jekk ma kinux qed jiżguraw it-tranżazzjoni partikolari.

L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2B għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.

0256

1.2a.4 assi negozjabbli oħrajn

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.2a, li huwa kollateralizzat mill-assi negozjabbli mhux rapportati fl-entrati 1.2a.1, 1.2a.2 jew 1.2a.3.

0257

1.2a.5 assi oħrajn

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.X, li huwa kollateralizzat mill-assi negozjabbli mhux rapportati fl-entrati 1.2a.1, 1.2a.2. 1.2a.3 jew 1.2a.4.

0260

1.3 Obbligazzjonijiet mhux rapportati fl-entrata 1.2, li jirriżultaw minn depożiti riċevuti (esklużi depożiti riċevuti bħala kollateral)

Flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw mid-depożiti kollha riċevuti bl-eċċezzjoni ta’ flussi ta’ ħruġ rapportati fl-entrata 1.2 u depożiti riċevuti bħala kollateral. Flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ derivattivi għandhom jiġu rapportati fl-entrati 1.4 jew 1.5.

Id-depożiti għandhom jiġu rapportati f’konformità mal-eqreb data ta’ maturità kuntrattwali possibbli tagħhom. Depożiti li jistgħu jiġu prelevati minnufih mingħajr avviż (“depożiti ta’ bla avviż”) jew depożiti mingħajr maturità għandhom jiġu rapportati fil-medda “mil-lum għal għada”.

0261

1.3.0.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ fil-linja 1.3 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0270

1.3.1 depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3 li jirriżulta minn depożiti fil-livell tal-konsumaturi, f’konformità mal-Artikolu 411(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-Artikolu 24 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

0280

1.3.2 depożiti oħra fil-livell tal-konsumatur

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3 li jirriżulta minn depożiti fil-livell tal-konsumatur f’konformità mal-Artikolu 411(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għajr dawk rapportati fl-entrata 1.3.1.

0290

1.3.3 depożiti operazzjonali

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3 li jirriżulta minn depożiti operazzjonali f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

0300

1.3.4 depożiti mhux operazzjonali minn istituzzjonijiet ta’ kreditu

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3, li jirriżulta minn depożiti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, għajr dawk rapportati fl-entrata 1.3.3.

0310

1.3.5 depożiti mhux operazzjonali minn klijenti finanzjarji oħrajn

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3 li jirriżulta minn depożiti minn klijenti finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 411(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għajr dawk rapportati fl-entrata 1.3.3 u 1.3.4.

0320

1.3.6 depożiti mhux operazzjonali minn banek ċentrali

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3, li jirriżulta minn depożiti mhux operazzjonali mqiegħda minn banek ċentrali.

0330

1.3.7 depożiti mhux operazzjonali minn impriżi mhux finanzjarji

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3, li jirriżulta minn depożiti mhux operazzjonali minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

0340

1.3.8 depożiti mhux operazzjonali minn kontropartijiet oħra

L-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus rapportati fl-entrata 1.3, li jirriżulta minn depożiti mhux rapportati fl-entrati 1.3.1 sa 1.3.7.

0350

1.4 Swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju li jimmaturaw

Ammont totali ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżulta mill-maturità ta’ tranżazzjonijiet ta’ swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju bħall-kambju ta’ ammonti ta’ kapital fi tmiem il-kuntratt.

0360

1.5 Ammont pagabbli fuq derivattivi għajr dawk rapportati fl-entrata 1.4

Ammont totali ta’ flussi ta’ ħruġ ta’ flus li jirriżulta minn pożizzjonijiet pagabbli tad-derivattivi mill-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-eċċezzjoni ta’ flussi ta’ ħruġ li jirriżultaw minn swaps tal-valuti skont ir-rati tal-kambju li jimmaturaw li għandhom jiġu rapportati fl-entrata 1.4.

L-ammont totali għandu jirrifletti l-ammonti tas-saldu inkluż l-appelli għall-marġni mhux saldati mid-data ta’ rapportar.

L-ammont totali għandu jkun it-total ta’ (1) u (2) kif ġej, fil-meded ta’ żmien differenti kollha:

1.  il-flussi ta’ flus u ta’ titoli relatati ma’ derivattivi li għalihom hemm fis-seħħ ftehim ta’ kollateral li jeħtieġ il-kollateralizzazzjoni sħiħa jew adegwata ta’ skoperturi ta’ kontropartijiet, għandhom jiġu esklużi mill-formoli ta’ skala tal-maturità; il-flussi ta’ flus, titoli, kollateral fi flus u kollateral f’titoli kollha relatati ma’ dawn id-derivattivi għandhom jiġu esklużi mill-formoli. L-esklużjoni ma għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:

(a)  Assi eliġibbli għal kapaċità ta’ kontrobilanċ li jkunu diġà ġew riċevuti jew ipprovduti fil-kuntest ta’ derivattivi kollateralizzati fid-data ta’ referenza ta’ rapportar (jiġifieri fil-kolonna “stokk” tat-Taqsima 3 tal-iskala tal-maturità jekk mhux aggravati u disponibbli għal aggravar).

(b)  Flussi ta’ flus u ta’ titoli fil-kuntest ta’ appelli għall-marġni (“flussi ta’ flus jew ta’ titoli”) li huma pagabbli fi żmien debitu iżda li għadhom ma ġewx saldati. Dawn għandhom jiġu riflessi fil-linji 1.5 “flussi ta’ ħruġ ta’ flus ta’ derivattivi” u 2.4 “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” fil-każ ta’ kollateral fi flus u fit-Taqsima 3 “kapaċità ta’ kontrobilanċ” fil-każ ta’ kollateral f’titoli

(c)  Derivattivi b’saldu fiżiku (eż. kuntratt forward tad-deheb saldat fiżikament) fejn dawn id-derivattivi jkunu kollateralizzati b’mod sħiħ jew adegwat. Għal dawn id-derivattivi, apparti l-punti (a) u (b) hawn fuq, għandu jiġi rapportat ukoll il-fluss tas-saldu fis-saldu finali (normalment madwar il-maturità). Il-fluss ta’ flus mistenni għandu jiġi inkluż fil-medda ta’ żmien xierqa fil-linja 1.5 “flussi ta’ ħruġ ta’ flus ta’ derivattivi” fil-każ ta’ fluss ta’ ħruġ ta’ flus, u l-linja 2.4 “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” fil-każ ta’ influss ta’ flus. Jekk l-assi saldat fiżikament jikkwalifika bħala kapaċità ta’ kontrobilanċ fit-Taqsima 3, dan il-fluss għandu jiġi inkluż fil-medda ta’ żmien xierqa u fir-ringiela xierqa f’din it-Taqsima. Għandu jkun ammont negattiv fil-każ ta’ fluss ta’ ħruġ u pożittiv fil-każ ta’ influss;

2.  Għal influssi u flussi ta’ ħruġ ta’ flus u titoli relatati ma’ derivattivi li għalihom ma hemm fis-seħħ l-ebda ftehim ta’ kollateral jew fejn hija meħtieġa kollateralizzazzjoni parzjali biss, għandha ssir distinzjoni bejn kuntratti li jinvolvu opzjonalità u kuntratti oħrajn:

(a)  flussi relatati ma’ derivattivi li huma simili għall-opzjonijiet għandhom jiġu inklużi biss meta l-prezz tal-eżerċitar ikun inqas mill-prezz tas-suq għal opzjoni call, jew ogħla mill-prezz tas-suq għal opzjoni put (“favorevoli”). Dawn il-flussi għandhom jiġu indikati billi jiġu applikati dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(i)  il-valur tas-suq kurrenti jew il-valur preżenti nett tal-kuntratt bħala jiġi inkluż bħala influss fil-linja 2.4 tal-iskala tal-maturità “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” fl-aħħar data tal-eżerċitar tal-opzjoni fejn il-bank ikollu d-dritt li jeżerċita l-opzjoni;

(ii)  il-valur tas-suq kurrenti jew il-valur preżenti nett tal-kuntratt jiġi inkluż bħala fluss ta’ ħruġ fil-linja 1.5 tal-iskala tal-maturità “flussi ta’ ħruġ ta’ flus ta’ derivattivi” fl-aktar data tal-eżerċitar tal-opzjoni bikrija fejn il-kontroparti tal-bank ikollha d-dritt li teżerċita l-opzjoni;

(b)  flussi relatati ma’ kuntratti oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a) għandhom jiġu inklużi billi jiġu projettati l-flussi kuntrattwali gross tal-flus fil-meded ta’ żmien rispettivi fil-linji 1.5 “flussi ta’ ħruġ ta’ flus derivattivi” u 2.4 “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” u l-flussi kuntrattwali ta’ titoli likwidi tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ tal-iskala tal-maturità, billi jintużaw ir-rati forward kurrenti implikati mis-suq applikabbli fid-data ta’ rapportar fejn l-ammonti jkunu għadhom ma ġewx iffissati.

F’konformità ma’ dan ta’ hawn fuq:

Rigward derivattivi skont il-punt 1, ir-redditu tal-kollateral li kien diġà riċevut jew imħallas ma għandux jiġi rapportat fl-iskala tal-maturità.

Rigward derivattivi skont il-punt 2, ir-redditu tal-kollateral li kien diġà riċevut jew imħallas għandu jiġi rapportat fit-Taqsima 3 tal-iskala tal-maturità. Ir-redditu ta’ kollateral diġà riċevut (imħallas) għandu jiġi rifless bħala mutazzjoni negattiva (pożittiva) fil-medda ta’ żmien li tikkorrispondi għall-maturità tad-derivattiv. Mutazzjoni pożittiva għandha tiġi rikonoxxuta biss jekk tikkwalifika bħala kapaċità ta’ kontrobilanċ mar-redditu. Jekk ir-redditu tal-kollateral diġà riċevut (imħallas) jirrappreżenta kollateral fi flus, ir-redditu tal-kollateral għandu jiġi rapportat fir-ringiela 1.6 flussi ta’ ħruġ oħrajn (ir-ringiela 2.6 influssi oħrajn) fil-medda ta’ żmien xierqa

Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, sitwazzjoni li fiha kollateral skambjat ma’ kontroparti ma jkunx kompletament ugwali għall-bidliet fil-valur fid-derivattiv, xorta għandha tiġi trattata bħala kollateralizzata b’mod adegwat jekk id-diskrepanza ma taqbiżx l-ammont ta’ trasferiment minimu.

0370

1.6 Flussi ta’ ħruġ oħrajn

Ammont totali tal-flussi ta’ ħruġ ta’ flus kollha oħrajn, mhux rapportati fl-entrati 1.1, 1.2, 1.3, 1.4 jew 1.5. Il-flussi ta’ ħruġ kontinġenti ma għandhomx jiġu rapportati hawnhekk.

0380

1.7 Flussi ta’ ħruġ oħrajn

Is-somma tal-flussi ta’ ħruġ rapportati fl-entrati 1.1, 1.2, 1.3, 1.4, 1.5 u 1.6.

minn 0390 sa 0700

2 INFLUSSI

0390

2.1 Flejjes dovuti minn għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali kollateralizzati minn:

Ammont totali ta’ influssi ta’ flus minn għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali kif definiti fl-Artikolu 192 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Hawnhekk għandhom jiġu rapportati biss flussi ta’ flus, flussi ta’ titoli relatati ma’ għoti ta’ self garantit u tranżazzjonijiet immotivati mis-suq kapitali għandhom jiġu rapportati fit-taqsima “kapaċità ta’ kontrobilanċ”.

0391

2.1.0.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS

L-ammont tal-influssi fl-entrata 2.1 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0400

2.1.1 assi negozjabbli tal-Livell 1

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1 li huwa kollateralizzat mill-assi negozjabbli, f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 1 għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.

0410

2.1.1.1 Livell 1 għajr bonds koperti

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.1, li huwa kollateralizzat minn assi li mhumiex bonds koperti.

0420

2.1.1.1.1 bank ċentrali tal-Livell 1

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.1.1, li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq banek ċentrali, jew garantiti minnhom.

0430

2.1.1.1.2 Livell 1 (CQS 1)

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.1.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 2.1.1.1.1 li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0440

2.1.1.1.3 Livell 1 (CQS 2, CQS3)

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.1.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 2.1.1.1.1 li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0450

2.1.1.1.4 Livell 1 (CQS 4+)

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.1.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 2.1.1.1.1 li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 4 jew agħar tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0460

2.1.1.2 Bonds koperti tal-Livell 1(CQS1)

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.1, li huwa kollateralizzat minn assi li mhumiex bonds koperti. Innota li, f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, huma biss bonds koperti ta’ CQS 1 li huma eliġibbli bħala assi tal-Livell 1.

0470

2.1.2 assi negozjabbli tal-Livell 2 A

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1 li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli, f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2 A għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.

0480

2.1.2.1 bonds korporattivi tal-Livell 2 A (CQS 1)

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.2, li huwa kollateralizzat minn bonds korporattivi li huma assenjati fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0490

2.1.2.2 Bonds koperti tal-Livell 2 A (CQS1, CQS2)

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.2, li huwa kollateralizzat minn bonds koperti li huma assenjati fl-iskala 1 jew 2 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0500

2.1.2.3 settur pubbliku tal-Livell 2 A (CQS1, CQS2)

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.2, li huwa kollateralizzat minn assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku, jew garantiti minnhom. Innota li, f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, l-assi kollha tas-settur pubbliku eliġibbli bħala fil-Livell 2 A għandhom ikunu fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja jew fl-iskala 2 tal-kwalità kreditizja.

0510

2.1.3 assi negozjabbli tal-Livell 2B

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1 li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli, f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 12 jew 13 tar-Regolament (UE) 2015/61.

L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2B għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.

0520

2.1.3.1 ABS tal-Livell 2B (CQS 1)

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.3, li huwa kollateralizzat minn titoli garantiti b’assi, inkluż RMBS.

0530

2.1.3.2 bonds koperti tal-Livell 2B (CQS 1-6)

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.3, li huwa kollateralizzat minn bonds koperti.

0540

2.1.3.3 bonds koperti tal-Livell 2B (CQS 1-3)

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.3, li huwa kollateralizzat minn titoli ta’ dejn korporattiv.

0550

2.1.3.4 ishma tal-Livell 2B

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.3, li huwa kollateralizzat minn ishma.

0560

2.1.3.5 settur pubbliku tal-Livell 2B (CQS 3-5)

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1.3, li huwa kollateralizzat minn assi tal-Livell 2B li mhumiex rapportati fl-entrati 2.1.3.1 sa 2.1.3.4.

0570

2.1.4 assi negozjabbli oħra

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1, li huwa kollateralizzat minn assi negozjabbli mhux rapportati fl-entrati 2.1.1, 2.1.2 jew 2.1.3.

0580

2.1.5 assi oħrajn

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.1, li huwa kollateralizzat minn assi mhux rapportati fl-entrati 2.1.1, 2.1.2, 2.1.3 jew 2.1.4.

0590

2.2 Flejjes dovuti mhux rapportati fl-entrata 2.1 li jirriżultaw minn self u avvanzi mogħtija lil:

Influssi ta’ flus minn self u avvanzi.

Influssi ta’ flus għandhom jiġu rapportati fl-aħħar data kuntrattwali għar-ripagament. Għal faċilitajiet ċirkolanti, is-self eżistenti għandu jkunu preżunt li jiġi riportat u kwalunkwe bilanċ pendenti għandu jiġi trattat bħala faċilitajiet impenjati.

0600

2.2.1 klijenti fil-livell tal-konsumatur

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.2 li jirriżulta minn persuni fiżiċi jew SMEs, f’konformità mal-Artikolu 411(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0610

2.2.2 impriżi mhux finanzjarji

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.2, li jirriżulta minn impriżi mhux finanzjarji.

0620

2.2.3 istituzzjonijiet ta’ kreditu

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.2 li jirriżulta minn istituzzjonijiet ta’ kreditu.

0621

2.2.3.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS

L-ammont tal-influssi fl-entrata 2.2.3 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0630

2.2.4 impriżi finanzjarji oħrajn

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.2 li jirriżulta minn klijenti finanzjarji, f’konformità mal-Artikolu 411(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għajr dawk rapportati fl-entrata 2.2.3.

0640

2.2.5 banek ċentrali

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.2, li jirriżulta minn banek ċentrali. Din l-entrata ma għandhiex tinkludi riżervi ta’ flus prelevabbli kif rapportat fl-entrata 3.2.

0650

2.2.6 kontropartijiet oħra

L-ammont ta’ influssi ta’ flus rapportati fl-entrata 2.2, li jirriżulta minn kontropartijiet oħrajn mhux imsemmijin fit-Taqsimiet 2.2.1-2.2.5.

0660

2.3 Swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju li jimmaturaw

L-ammont totali ta’ influssi ta’ flus kuntrattwali li jirriżulta mill-maturità ta’ tranżazzjonijiet ta’ Swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju ta’ ammonti ta’ kapital fi tmiem il-kuntratt.

Dan jirrifletti l-valur nozzjonali li jimmatura ta’ swaps bejn il-muniti, tranżazzjonijiet spot tal-valuti skont ir-rata tal-kambju u forward fit-meded ta’ żmien applikabbli tal-formola.

0670

2.4. Ammont riċevibbli fuq derivattivi għajr dawk rapportati f’2.3

Ammont totali ta’ influssi ta’ flus kuntrattwali li jirriżulta minn pożizzjonijiet ta’ riċevibbli ta’ derivattivi mill-kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-eċċezzjoni ta’ influssi li jirriżultaw minn swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju li jimmaturaw li għandhom jiġu rapportati fl-entrata 2.3.

L-ammont totali għandu jinkludi l-ammonti tas-saldu inklużi l-appelli għall-marġni mhux saldati fid-data ta’ rapportar.

L-ammont totali għandu jkun it-total ta’ (1) u (2) kif ġej, fil-meded ta’ żmien differenti kollha:

1.  il-flussi ta’ flus u ta’ titoli relatati ma’ derivattivi li għalihom hemm fis-seħħ ftehim ta’ kollateral li jeħtieġ il-kollateralizzazzjoni sħiħa jew adegwata ta’ skoperturi ta’ kontropartijiet li għandhom jiġu esklużi mill-formola tal-iskala tal-maturità, u l-flussi kollha tal-flus, it-titoli, il-kollateral fi flus u l-kollateral f’titoli kollha relatati ma’ dawn id-derivattivi għandhom jiġu esklużi mill-formola. L-esklużjoni ma għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:

(a)  Assi eliġibbli għal kapaċità ta’ kontrobilanċ li jkunu diġà ġew riċevuti jew ipprovduti fil-kuntest ta’ derivattivi kollateralizzati fid-data ta’ referenza ta’ rapportar (jiġifieri fil-kolonna “stokk” tat-Taqsima 3 tal-iskala tal-maturità jekk mhux aggravati u disponibbli għal aggravar).

(b)  Flussi ta’ flus u ta’ titoli fil-kuntest ta’ appelli għall-marġni (“flussi ta’ flus jew ta’ titoli”) li huma pagabbli fi żmien debitu iżda li għadhom ma ġewx saldati. Dawn għandhom jiġu riflessi fil-linji 1.5 “flussi ta’ ħruġ ta’ derivattivi” u 2.4 “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” fil-każ ta’ kollateral fi flus u fit-Taqsima 3 “kapaċità ta’ kontrobilanċ” fil-każ ta’ kollateral f’titoli

(c)  Derivattivi b’saldu fiżiku (eż. kuntratt forward tad-deheb saldat fiżikament) fejn dawn id-derivattivi jkunu kollateralizzati b’mod sħiħ jew adegwat. Għal dawn id-derivattivi, apparti l-punti (a) u (b) hawn fuq, għandu jiġi rapportat ukoll il-fluss tas-saldu fis-saldu finali (normalment madwar il-maturità). Il-fluss ta’ flus mistenni għandu jiġi inkluż fil-medda ta’ żmien xierqa fil-linja 1.5 “flussi ta’ ħruġ ta’ flus ta’ derivattivi” fil-każ ta’ fluss ta’ ħruġ ta’ flus, u l-linja 2.4 “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” fil-każ ta’ influss ta’ flus. Jekk l-assi saldat fiżikament jikkwalifika bħala kapaċità ta’ kontrobilanċ fit-Taqsima 3, dan il-fluss għandu jiġi inkluż fil-medda ta’ żmien xierqa u fir-ringiela xierqa f’din it-Taqsima. Għandu jkun ammont negattiv fil-każ ta’ fluss ta’ ħruġ u pożittiv fil-każ ta’ influss;

2.  għal influssi u flussi ta’ ħruġ ta’ flus u titoli relatati ma’ derivattivi li għalihom ma hemm fis-seħħ l-ebda ftehim ta’ kollateral jew fejn hija meħtieġa kollateralizzazzjoni parzjali biss, għandha ssir distinzjoni bejn kuntratti li jinvolvu opzjonalità u kuntratti oħrajn:

(a)  flussi relatati ma’ derivattivi li huma simili għall-opzjonijiet għandhom jiġu inklużi biss jekk ikunu favorevoli. Dawn il-flussi għandhom jiġu indikati billi jiġu applikati dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

(i)  il-valur tas-suq kurrenti jew il-valur preżenti nett tal-kuntratt bħala jiġi inkluż bħala influss fil-linja 2.4 tal-iskala tal-maturità “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” fl-aħħar data tal-eżerċitar tal-opzjoni fejn il-bank ikollu d-dritt li jeżerċita l-opzjoni;

(ii)  il-valur tas-suq kurrenti jew il-valur preżenti nett tal-kuntratt jiġi inkluż bħala fluss ta’ ħruġ fil-linja 1.5 tal-iskala tal-maturità “flussi ta’ ħruġ ta’ flus ta’ derivattivi” fl-aktar data tal-eżerċitar tal-opzjoni bikrija fejn il-kontroparti tal-bank ikollha d-dritt li teżerċita l-opzjoni;

(b)  flussi relatati ma’ kuntratti oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a) għandhom jiġu inklużi billi jiġu projettati l-flussi kuntrattwali gross tal-flus fil-meded ta’ żmien rispettivi fil-linji 1.5 “flussi ta’ ħruġ ta’ flus derivattivi” u 2.4 “influssi ta’ flus ta’ derivattivi” u l-flussi kuntrattwali ta’ titoli tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ tal-iskala tal-maturità, billi jintużaw ir-rati forward kurrenti implikati mis-suq applikabbli fid-data ta’ rapportar fejn l-ammonti jkunu għadhom ma ġewx iffissati.

F’konformità ma’ dan ta’ hawn fuq:

Rigward derivattivi skont il-punt 1, ir-redditu tal-kollateral li kien diġà riċevut jew imħallas ma għandux jiġi rapportat fl-iskala tal-maturità.

Rigward derivattivi skont il-punt 2, ir-redditu tal-kollateral li kien diġà riċevut jew imħallas għandu jiġi rapportat fit-Taqsima 3 tal-iskala tal-maturità. Ir-redditu ta’ kollateral diġà riċevut (imħallas) għandu jiġi rifless bħala mutazzjoni negattiva (pożittiva) fil-medda ta’ żmien li tikkorrispondi għall-maturità tad-derivattiv. Mutazzjoni pożittiva għandha tiġi rikonoxxuta biss jekk tikkwalifika bħala kapaċità ta’ kontrobilanċ mar-redditu. Jekk ir-redditu tal-kollateral diġà riċevut (imħallas) jirrappreżenta kollateral fi flus, ir-redditu tal-kollateral għandu jiġi rapportat fir-ringiela 1.6 flussi ta’ ħruġ oħrajn (ir-ringiela 2.6 influssi oħrajn) fil-medda ta’ żmien xierqa

Għall-finijiet ta’ din ir-ringiela, sitwazzjoni li fiha kollateral skambjat ma’ kontroparti ma jkunx kompletament ugwali għall-bidliet fil-valur fid-derivattiv, xorta għandha tiġi trattata bħala kollateralizzata b’mod adegwat jekk id-diskrepanza ma taqbiżx l-ammont ta’ trasferiment minimu.

0680

2.5 Karta li timmatura fil-portafoll proprju

L-ammont ta’ influssi minn investimenti proprji dovuti meħuda f’bonds, rapportati f’konformità mal-maturità kuntrattwali residwa tagħhom. Din l-entrata għandha tinkludi influssi ta’ flus minn titoli li jimmaturaw rapportati fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ. Għaldaqstant, ladarba titolu jimmatura, dan għandu jiġi rapportat bħala fluss ta’ ħruġ ta’ titoli fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ u konsegwentement bħala influss ta’ flus hawnhekk.

0690

2.6 Influssi oħrajn

Ammont totali tal-influssi ta’ flus l-oħrajn kollha, mhux rapportati fl-entrati 2.1, 2.2, 2.3, 2.4 jew 2.5 ta’ hawn fuq. Influssi kontinġenti ma għandhomx ikunu rapportati hawnhekk.

0691

2.6.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS

L-ammont tal-influssi fl-entrata 2.6 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0700

2.7 Influssi totali

Somma tal-influssi rapportati fl-entrati 2.1, 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 2.6.

0710

2.8 Differenza kuntrattwali netta

Influssi totali rapportati fl-entrata 2.7 mingħajr il-flussi ta’ ħruġ totali rapportati fl-entrata 1.7.

0720

2.9 Differenza kuntrattwali netta kumulata

Differenza kuntrattwali netta kumulata mid-data ta’ rapportar għal-limitu superjuri ta’ medda ta’ żmien rilevanti.

0730-1080

3 KAPAĊITÀ TA’ KONTROBILANĊ

Il-“Kapaċità ta’ Kontrobilanċ” tal-iskala tal-maturità għandu jkollha informazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ assi ta’ gradi differenti ta’ likwidità miżmuma minn istituzzjoni, fost liema assi negozjabbli u assi eliġibbli għall-bank ċentrali, kif ukoll faċilitajiet impenjati kuntrattwalment għall-istituzzjoni.

Għar-rapportar fil-livell konsolidat dwar l-eliġibbiltà tal-bank ċentrali, ir-regoli tal-eliġibbiltà għal bank ċentrali li japplikaw għal kull istituzzjoni konsolidata fil-ġuriżdizzjoni tagħha ta’ inkorporazzjoni għandhom jiffurmaw il-bażi.

Meta l-kapaċità ta’ kontrobilanċ tirreferi għal assi negozjabbli, l-istituzzjonijiet

għandhom jirrapportaw assi negozjabbli nnegozjati f’riakkwist kbir, fond u attiv jew fi swieq tal-flus karatterizzati minn livell baxx ta’ konċentrazzjoni.

Assi rapportati fil-kolonni tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ għandhom jinkludu biss assi mhux gravati disponibbli għall-istituzzjoni biex tibdilhom fi flus fi kwalunkwe ħin biex jimtlew id-differenzi kuntrattwali bejn l-influssi u l-flussi ta’ ħruġ ta’ flus matul il-perjodu ta’ żmien. Għal dawk il-finijiet, għandha tapplika d-definizzjoni ta’ assi gravati f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/61. L-assi ma għandhomx jintużaw biex jipprovdu titjibiet tal-kreditu fi tranżazzjonijiet strutturati jew biex ikopru spejjeż operazzjonali bħal kirjiet u salarji, u għandhom jiġu ġestiti bl-unika intenzjoni ċara li jintużaw bħala sors ta’ fondi kontinġenti.

L-assi li l-istituzzjoni rċeviet bħala kollateral fi ftehim ta’ retroriakkwist u Tranżazzjonijiet ta’ Finanzjament tat-Titoli (SFT) jistgħu jitqiesu li huma parti mill-kapaċità ta’ kontrobilanċ jekk jinżammu fl-istituzzjoni, ma ġewx riipotekati, u huma ġuridikament u kuntrattwalment disponibbli biex jintużaw mill-istituzzjoni.

Sabiex jiġi evitat għadd doppju, meta l-istituzzjoni tirrapporta assi prepożizzjonati fl-entrati minn 3.1 sa 3.7, din ma għandhiex tirrapporta l-kapaċità relatata ta’ dawk il-faċilitajiet fl-entrata 3.8.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw assi, meta dawn jissodisfaw id-deskrizzjoni ta’ ringiela u jkunu disponibbli fid-data ta’ rapportar, bħala stokk inizjali fil-kolonna 0010.

Il-kolonni minn 0020 sa 0220 għandu jkun fihom flussi kuntrattwali fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ. Meta istituzzjoni tkun daħlet fi tranżazzjoni ta’ riakkwist, l-assi li kien is-suġġett tar-riakkwist għandu jerġa’ jiddaħħal bħala influss ta’ titolu fil-medda ta’ maturità fejn timmatura t-tranżazzjoni ta’ riakkwist. B’mod korrispondenti, il-fluss ta’ ħruġ ta’ flus li jsegwi mir-riakkwist li jimmatura għandu jiġi rapportat fil-medda ta’ fluss ta’ ħruġ ta’ flus rilevanti fl-entrata 1.2. Meta istituzzjoni tkun daħlet fi tranżazzjoni ta’ retroriakkwist, l-assi li kien is-suġġett tar-riakkwist għandu jerġa’ jiddaħħal bħala fluss ta’ ħruġ ta’ titolu fil-medda ta’ maturità fejn timmatura t-tranżazzjoni ta’ riakkwist. B’mod korrispondenti, l-influss ta’ flus li jsegwi mir-riakkwist li jimmatura għandu jiġi rapportat fil-medda ta’ fluss ta’ ħruġ ta’ flus rilevanti fl-entrata 2.1. Swaps kollaterali għandhom jiġu rapportati bħala influssi u flussi ta’ ħruġ kuntrattwali ta’ titoli fit-taqsima tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ f’konformità mal-medda ta’ maturità rilevanti li fiha jimmaturaw dawn is-swaps.

Assi eliġibbli għal kapaċità ta’ kontrobilanċ li jkunu diġà ġew riċevuti jew ipprovduti fil-kuntest ta’ derivattivi fid-data ta’ referenza ta’ rapportar (jiġifieri fil-kolonna “stokk” tat-Taqsima 3 tal-iskala tal-maturità jekk mhux aggravati u disponibbli għal aggravar).

Rigward derivattivi li huma kompletament jew adegwatament kollateralizzati, ir-redditu tal-kollateral li kien diġà riċevut jew imħallas ma għandux jiġi rapportat fl-iskala tal-maturità.

Rigward derivattivi li huma parzjalment kollateralizzati, ir-redditu tal-kollateral li kien diġà riċevut jew imħallas għandu jiġi rapportat fit-Taqsima 3 tal-iskala tal-maturità. Ir-redditu ta’ kollateral diġà riċevut (imħallas) għandu jiġi rifless bħala mutazzjoni negattiva (pożittiva) fil-medda ta’ żmien li tikkorrispondi għall-maturità tad-derivattiv. Mutazzjoni pożittiva għandha tiġi rikonoxxuta biss jekk tikkwalifika bħala kapaċità ta’ kontrobilanċ mar-redditu.

Bidla fl-ammont kuntrattwali disponibbli tal-linji ta’ kreditu u likwidità rapportati fl-entrata 3.8 għandha tiġi rapportata bħala fluss fil-medda ta’ żmien rilevanti. Meta istituzzjoni jkollha depożitu mil-lum għal għada f’bank ċentrali, l-ammont tad-depożitu għandu jiġi rapportat bħala stokk inizjali fl-entrata 3.2.

Titoli li jimmaturaw fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ għandhom jiġu rapportati fuq il-bażi tal-maturità kuntrattwali tagħhom. Meta titolu jimmatura, dan għandu jitneħħa mill-kategorija tal-assi li inizjalment kien irrapportat fiha, għandu jiġi trattat bħala fluss ta’ ħruġ ta’ titoli, u l-influss ta’ flus li jirriżulta għandu jiġi rapportat fl-entrata 2.5.

Il-valuri kollha tat-titoli għandhom jiġu rapportati fil-medda rilevanti fil-valuri tas-suq kurrenti.

Fl-entrata 3.8 għandhom jiġu rapportati biss l-ammonti kuntrattwalment disponibbli.

Biex jiġi evitat għadd doppju, influssi ta’ flus ma għandhomx jiġu kontabilizzati fl-entrata 3.1 jew 3.2 tal-kapaċità ta’ kontrobilanċ.

Entrati fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji li ġejjin:

0730

3.1 Muniti u karti tal-flus

Ammont totali ta’ flus li jirriżulta minn muniti u karti ta’ flus.

0740

3.2 Riżervi tal-bank ċentrali prelevabbli

Ammont totali ta’ riżervi f’banek ċentrali f’konformità mal-punt (b)(iii) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 prelevabbli mhux aktar tard minn mil-lum għal għada.

Titoli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq banek ċentrali, jew garantiti minnhom, ma għandhomx jiġu rapportati hawnhekk.

Dan l-ammont għandu jiġi rapportat biss fil-kolonna tal-istokk inizjali u ma għandux jiġi rapportat bħala Influss minn Banek Ċentrali fl-entrata 2.2.5.

0750

3.3 Assi negozjabbli tal-Livell 1

Il-valur tas-suq ta’ assi negozjabbli f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 1 għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.

0760

3.3.1 Livell 1 esklużi bonds koperti

L-ammont rapportat fl-entrata 3.3 li mhuwiex bonds koperti.

0770

3.3.1.1 bank ċentrali tal-Livell 1

L-ammont rapportat fl-entrata 3.3.1, li huwa assi li jirrappreżenta pretensjonijiet fuq banek ċentrali, jew garantiti minnhom.

0780

3.3.1.2 Livell 1 (CQS 1)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.3.1 għajr l-ammont rapportat fl-entrata 3.3.1.1, li huwa assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq minn emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0790

3.3.1.3 Livell 1 (CQS 2, CQS3)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.3.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 3.3.1.1, li huwa assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0800

3.3.1.4 Livell 1 (CQS 4+)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.3.1 għajr dawk rapportati fl-entrata 3.3.1.1, li huwa assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq emittent jew garanti, jew garantiti minnhom, li huwa assenjat fl-iskala 4 jew agħar tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0810

3.3.2 bonds koperti tal-Livell 1(CQS1)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.3 li huwa bonds koperti. Innota li, f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, huma biss bonds koperti ta’ CQS 1 li huma eliġibbli bħala assi tal-Livell 1.

0820

3.4 Assi negozjabbli tal-Livell 2 A

Il-valur tas-suq ta’ assi negozjabbli f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2 A għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.

0830

3.4.1 bonds korporattivi tal-Livell 2 A (CQS 1)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.4, li huwa bonds korporattivi li huma assenjati fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0840

3.4.3 bonds koperti tal-Livell 2 A (CQS 1, CQS2)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.4, li huwa bonds koperti li huma assenjati fl-iskala 1 jew 2 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0850

3.4.4 Settur pubbliku tal-Livell 2 A (CQS1, CQS2)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.4, li huwa assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet tas-settur pubbliku. Innota li, f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, l-assi kollha tas-settur pubbliku eliġibbli bħala fil-Livell 2 A jridu jkunu fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja jew fl-iskala 2 tal-kwalità kreditizja.

0860

3.5 Assi negozjabbli tal-Livell 2B

Il-valur tas-suq ta’ assi negozjabbli f’konformità mal-Artikoli 7, 8 u 12 jew 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

L-ishma jew l-unitajiet tas-CIU f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 li jikkwalifikaw bħala assi tal-Livell 2B għandhom jiġu rapportati fis-subkategoriji ta’ hawn taħt li jikkorrispondu għall-assi sottostanti tagħhom.

0870

3.5.1 ABS tal-Livell 2B (CQS 1)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.5, li huwa titoli garantiti b’assi (inkluż RMBS). Innota li, f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, it-titoli kollha garantiti b’assi li jikkwalifikaw bħala Livell 2B ikollhom l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja.

0880

3.5.2 bonds koperti tal-Livell 2B (CQS 1-6)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.5 li huwa bonds koperti.

0890

3.5.3 bonds koperti tal-Livell 2B (CQS 1-3)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.5 li huwa titoli ta’ dejn korporattiv.

0900

3.5.4 assi tal-Livell 2B

L-ammont rapportat fl-entrata 3.5 li huwa ishma.

0910

3.5.5 Settur pubbliku tal-Livell 2B (CQS 3-5)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.5, li huwa assi tal-Livell 2B mhux rapportati fl-entrati minn 3.5.1 sa 3.5.4.

0920

3.6 assi negozjabbli oħra

Il-valur tas-suq ta’ assi negozjabbli għajr dawk rapportati fl-entrati 3.3, 3.4 u 3.5.

Titoli u flussi ta’ titoli minn assi negozjabbli oħra fil-forma ta’ assi intragrupp ma għandhomx jiġu rapportati fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ. Madankollu, flussi ta’ flus minn dawn l-entrati għandhom jiġu rapportati fil-parti rilevanti tat-Taqsima 1 u 2 tal-formola.

0930

3.6.1 gvern ċentrali (CQS1)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.6, li huwa assi li jirrappreżenta pretensjoni fuq gvern ċentrali, jew garantit minnu, li huwa assenjat fl-iskala 1 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0940

3.6.2 gvern ċentrali (CQS2-3)

L-ammont rapportat fl-entrata 3.6, li huwa assi li jirrappreżenta pretensjoni fuq gvern ċentrali, jew garantit minnu, li huwa assenjat fl-iskala 2 jew 3 tal-kwalità kreditizja minn ECAI nominata.

0950

3.6.3 ishma

L-ammont rapportat fl-entrata 3.6 li huwa ishma.

0960

3.6.4 bonds koperti

L-ammont rapportat fl-entrata 3.6 li huwa bonds koperti.

0970

3.6.5 ABS

L-ammont rapportat fl-entrata 3.6 li huwa ABS.

0980

3.6.6 assi negozjabbli oħra

L-ammont rapportat fl-entrata 3.6, li huwa assi negozjabbli ieħor mhux rapportat fl-entrati minn 3.6.1 sa 3.6.5 u 3.7a.

0990

3.7 assi mhux negozjabbli eliġibbli għal bank ċentrali

L-ammont riportat ta’ assi mhux negozjabbli li huwa kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet standard ta’ likwidità tal-bank ċentrali li għalihom l-istituzzjoni jkollha aċċess dirett fil-livell tagħha ta’ konsolidazzjoni.

Għal assi denominati f’munita inkluża fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/233 (1) bħala munita b’eliġibbiltà ristretta ferm għall-bank ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom iħallu din il-kaxxa vojta. Titoli u flussi ta’ titoli minn assi mhux negozjabbli oħra fil-forma ta’ assi intragrupp ma għandhomx jiġu rapportati fil-kapaċità ta’ kontrobilanċ. Madankollu, flussi ta’ flus minn dawn l-entrati għandhom jiġu rapportati fil-parti rilevanti tat-Taqsima 1 u 2 tal-formola.

0991

3.7a ħruġ proprju eliġibbli għall-banek ċentrali

Strumenti ta’ dejn garantiti maħruġa mill-istituzzjoni li huma eliġibbli għall-bank ċentrali u kkonservati fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni u li għalihom l-istituzzjoni għandha aċċess dirett fil-livell ta’ konsolidazzjoni tagħha.

1000

3.8 Faċilitajiet impenjati mhux prelevati riċevuti

Ammont totali ta’ faċilitajiet ta’ kreditu mhux prelevati estiżi għall-istituzzjoni ta’ rapportar. Dawn għandhom jinkludu faċilitajiet kuntrattwalment irrevokabbli. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ammont imnaqqas għal każijiet li fihom il-ħtiġijiet potenzjali ta’ kollateral għall-prelevament minn dawn il-faċilitajiet jaqbżu d-disponibbiltà ta’ kollateral.

Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, faċilitajiet fejn l-istituzzjoni ta’ rapportar diġà tkun prepożizzjonat assi bħala kollateral, għal faċilità ta’ kreditu mhux prelevat, u diġà rapportat l-assi fl-entrata minn 3.1 sa 3.7, ma għandhomx jiġu rapportati fl-entrata 3.8. L-istess għandu japplika għal każijiet fejn l-istituzzjoni ta’ rapportar tista’ teħtieġ il-prepożizzjoni ta’ assi bħala kollateral sabiex tippreleva kif rapportat f’din il-kaxxa.

1010

3.8.1 faċilitajiet tal-Livell 1

L-ammont rapportat fir-ringiela 3.8 li huwa faċilità ta’ bank ċentrali f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

1020

3.8.2 faċilitajiet ta’ użu ristrett tal-Livell 2B

L-ammont rapportat fl-entrata 3.8 li huma faċilitajiet f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/61.

1030

3.8.3 faċilitajiet ta’ IPS tal-Livell 2B

L-ammont rapportat fl-entrata 3.8 li huwa finanzjament ta’ likwidità, f’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2015/61.

1040

3.8.4 faċilitajiet oħrajn

L-ammont rapportat fl-entrata 3.8 għajr l-ammont rapportat fl-entrati minn 3.8.1 sa 3.8.3.

1050

3.8.4.1 minn kontropartijiet intragrupp

L-ammont rapportat fl-entrata 3.8.4 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1060

3.8.4.2 minn kontropartijiet oħra

L-ammont rapportat fl-entrata 3.8.4 għajr l-ammont rapportat fl-entrata 3.8.4.1.

1070

3.9 Bidla netta tal-Kapaċità ta’ Kontrobilanċ

Għandha tiġi rapportata bidla netta fl-iskoperturi għall-entrati 3.2, 3.3, 3.4 u 3.5, 3.6, 3.7 u 3.8 li jirrappreżentaw, rispettivament, banek ċentrali, flussi ta’ titoli u linji ta’ kreditu impenjati f’medda ta’ żmien partikolari.

1080

3.10 Kapaċità ta’ Kontrobilanċ Akkumulata

Ammont kumulat ta’ Kapaċità ta’ Kontrobilanċ mid-data ta’ rapportar għal-limitu superjuri ta’ medda ta’ żmien rilevanti.

1090-1140

4 KONTINĠENZI

Il-“Kontinġenzi” tal-iskala tal-maturità għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-flussi ta’ ħruġ kontinġenti.

1090

4.1 Flussi ta’ ħruġ minn faċilitajiet impenjati

Flussi ta’ ħruġ li jirriżultaw minn faċilitajiet impenjati. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw bħala fluss ta’ ħruġ l-ammont massimu li jista’ jinġibed f’perjodu ta’ żmien partikolari. Għal faċilitajiet ta’ kreditu ċirkolanti, għandu jiġi rapportat biss l-ammont superjuri għas-self eżistenti.

1091

4.1.0.1 li minnhom: Intragrupp jew IPS

L-ammont ta’ kontinġenzi fl-entrata 4.1 fejn il-kontroparti tkun kumpanija omm jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess kumpanija omm jew marbuta mal-istituzzjoni ta’ kreditu permezz ta’ relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 22(7) tad-Direttiva 2013/34/UE jew membru tal-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew l-istituzzjoni ċentrali jew affiljata ma’ network jew grupp kooperattiv kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

1100

4.1.1 Faċilitajiet ta’ kreditu impenjati

L-ammont rapportat fl-entrata 4.1 li jirriżulta minn faċilitajiet ta’ kreditu impenjati, f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2015/61.

1110

4.1.1.1 meqjus bħala Livell 2B mir-riċevitur

L-ammont rapportat fl-entrata 4.1.1, li huwa meqjus finanzjament ta’ likwidità, f’konformità mal-Artikolu 16(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

1120

4.1.1.2 oħrajn

L-ammont rapportat fl-entrata 4.1.1, għajr l-ammont rapportat fl-entrata 4.1.1.1.

1130

4.1.2 faċilitajiet ta’ likwidità

L-ammont rapportat fl-entrata 4.1 li jirriżulta minn faċilitajiet ta’ likwidità, f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

1131

4.1a Flussi ta’ ħruġ minn faċilitajiet ta’ finanzjament mhux impenjati

Faċilitajiet ta’ kreditu u ta’ likwidità mhux impenjati f’konformità mal-Artikolu 23(1)(a), (b), (d) u (e) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw bħala fluss ta’ ħruġ l-ammont massimu li jista’ jiġi prelevat f’perjodu ta’ żmien partikolari, rapportat fil-medda korrispondenti fl-aktar disponibbiltà bikrija tagħhom. Il-garanziji ma għandhomx jiġu rapportati f’din ir-ringiela.

1140

4.2 Flussi ta’ ħruġ dovuti għal skattar ta’ tnaqqis fil-grad

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw hawnhekk l-effett ta’ deterjorament materjali fil-kwalità kreditizja tal-istituzzjoni li tikkorrispondi għal tnaqqis fil-grad tal-valutazzjoni ta’ kreditu esterna tagħha bi tliet livelli.

L-ammonti pożittivi għandhom jirrappreżentaw il-flussi ta’ ħruġ kontinġenti u l-ammonti negattivi għandhom jirrappreżentaw tnaqqis tal-obbligazzjoni oriġinali.

Meta l-effett tat-tnaqqis fil-grad ikun tifdija qabel iż-żmien tal-obbligazzjonijiet pendenti, l-obbligazzjonijiet ikkonċernati għandhom jiġu rapportati b’simbolu negattiv f’faxxa ta’ żmien meta dawn jiġu rapportati fl-entrata 1 u simultanjament b’simbolu pożittiv f’faxxa ta’ żmien meta l-obbligazzjoni ssir dovuta, jekk l-effetti tat-tnaqqis fil-grad isiru applikabbli fid-data ta’ rapportar.

Meta l-effett tat-tnaqqis fil-grad ikun appell għall-marġni, il-valur tas-suq tal-kollateral meħtieġ li jiġi pprovdut għandu jiġi rapportat b’simbolu pożittiv f’faxxa ta’ żmien meta r-rekwiżit ikun dovut, jekk l-effetti tat-tnaqqis fil-grad isiru applikabbli fid-data ta’ rapportar.

Meta l-effett tat-tnaqqis fil-grad ikun bidla fid-drittijiet ta’ riipotekazzjoni tat-titoli riċevuti bħala kollateral mill-kontropartijiet, il-valur tas-suq tat-titoli affettwati għandu jiġi rapportat b’sinjal pożittiv f’faxxa ta’ żmien meta t-titoli ma jibqgħux disponibbli għall-istituzzjoni ta’ rapportar, jekk l-effetti tat-tnaqqis fil-grad isiru applikabbli fid-data ta’ rapportar.

1150-1290

ENTRATI TA’ MEMORANDUM

1230

13 HQLA eliġibbli għall-bank ċentrali – Assi negozjabbli

L-ammont rapportat fl-entrati 3.3, 3.4, u 3.5 li huwa kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet standard ta’ likwidità tal-bank ċentrali li għalihom l-istituzzjoni jkollha aċċess dirett fil-livell tagħha ta’ konsolidazzjoni.

Għal assi denominati f’munita inkluża fl-Anness tar-Regolament (UE) 2015/233 bħala munita b’eliġibbiltà ristretta ferm għall-bank ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom iħallu din il-kaxxa vojta.

1241

14 Assi rapportati fl-entrata 3.6 li mhumiex HQLA eliġibbli għall-bank ċentrali

Is-somma tal-ammonti rapportati fl-entrata 3.6 li hija kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet standard ta’ likwidità tal-bank ċentrali li għalihom l-istituzzjoni jkollha aċċess dirett fil-livell tagħha ta’ konsolidazzjoni.

Għal assi denominati f’munita inkluża fir-Regolament (UE) 2015/233 bħala munita b’eliġibbiltà ristretta ferm għall-bank ċentrali, l-istituzzjonijiet għandhom iħallu din il-kaxxa vojta.

1270

17 Flussi ta’ ħruġ ta’ mġiba minn depożiti

L-ammont rapportat fl-entrata 1.3 ridistribwit fil-meded ta’ żmien f’konformità mal-maturità ta’ mġiba fuq bażi ta’ “żamma tal-istatus quo” użat għall-fini tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-istituzzjoni relatriċi. Għall-finijiet ta’ din il-kaxxa, “żamma tal-istatus quo” għandha tfisser “sitwazzjoni mingħajr ebda suppożizzjoni ta’ stress ta’ likwidità.

Id-distribuzzjoni għandha tirrifletti r-“riġidità” tad-depożiti.

L-entrata ma tirriflettix suppożizzjonijiet tal-pjan tan-negozju u għaldaqstant ma għandhiex tinkludi informazzjoni relatata ma’ attivitajiet kummerċjali ġodda.

L-allokazzjoni madwar il-meded ta’ żmien għandha ssegwi l-granularità użata għal finijiet interni. Għaldaqstant, mhux il-meded ta’ żmien kollha jeħtieġ li jimtlew.

1280

18 Influssi ta’ mġiba minn self u avvanzi

L-ammont rapportat fl-entrata 2.2 ridistribwit fil-meded ta’ żmien f’konformità mal-maturità ta’ mġiba fuq bażi ta’ “żamma tal-istatus quo” użat għall-fini tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tal-istituzzjoni relatriċi. Għall-finijiet ta’ din il-kaxxa, “żamma tal-istatus quo” għandha tfisser “sitwazzjoni mingħajr ebda suppożizzjoni ta’ stress ta’ likwidità.

L-entrata ma tirriflettix suppożizzjonijiet tal-pjan tan-negozju u għalhekk ma għandhiex tikkunsidra attivitajiet kummerċjali ġodda.

L-allokazzjoni madwar il-meded ta’ żmien għandha ssegwi l-granularità użata għal finijiet interni. Għaldaqstant, mhuwiex neċessarjament meħtieġ li jimtlew il-meded ta’ żmien kollha.

1290

19 Prelevament ta’ mġiba ta’ faċilitajiet impenjati

L-ammont rapportat fl-entrata 4.1 ridistribwit fil-meded ta’ żmien f’konformità mal-livell ta’ mġiba ta’ prelevament u l-ħtiġijiet ta’ likwidità li jirriżultaw fuq bażi ta’ “żamma tal-istatus quo” użat għall-fini tal-immaniġġjar tar-riskji tal-likwidità tal-istituzzjoni ta’ rapportar. Għall-finijiet ta’ din il-kaxxa, “żamma tal-istatus quo” għandha tfisser “sitwazzjoni mingħajr ebda suppożizzjoni ta’ stress ta’ likwidità”.

L-entrata ma tirriflettix suppożizzjonijiet tal-pjan tan-negozju u għalhekk ma għandhiex tikkunsidra attivitajiet kummerċjali ġodda.

L-allokazzjoni madwar il-meded ta’ żmien għandha ssegwi l-granularità użata għal finijiet interni. Għaldaqstant, mhux il-meded ta’ żmien kollha jeħtieġ li jimtlew.

(1)   

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32015R0233

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.