+ANNESS XXIX

ANNESS XXIX




ANNESS XXIX

STRUZZJONIJIET GĦAR-RAPPORTAR GĦALL-FINI TAR-RISKJU TAĊ-ĊAQLIQ FIR-RATA TAL-IMGĦAX FIL-PORTAFOLL BANKARJU

Werrej

PARTI I

STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Struttura

2.

Ambitu tar-rapportar

3.

Trattament ta’ strumenti b’rata fissa/varjabbli

4.

Trattament tal-opzjonijiet

5.

Konvenzjoni dwar is-simboli

6.

Abbrevjazzjonijiet

7.

Konvenzjonijiet oħra

PARTI II

EVALWAZZJONI TAL-IRRBB: L-SOT FUQ L-EVE/NII U L-BIDLIET TAL-MV (J 01.00)

1.

Rimarki ġenerali

2.

Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi

PARTI III

DIŻAGGREGAZZJONI TAL-ISTIMI TAS-SENSITTIVITÀ (J 02.00, J 03.00 u J 04.00)

1.

Rimarki ġenerali

2.

Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi

PARTI IV

FLUSSI TAL-FLUS SOĠĠETTI GĦALL-IPPREZZAR MILL-ĠDID (J 05.00, J 06.00 u J 07.00)

1.

Rimarki ġenerali

2.

Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi:

PARTI V

PARAMETRI RILEVANTI (J 08.00 u J 09.00)

1.

Rimarki ġenerali

2.

Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi

PARTI VI

INFORMAZZJONI KWALITATTIVA (J 10.00 u J 11.00)

1.

Rimarki ġenerali

2.

Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi

PARTI I

STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.    Struttura

1.1. 

Dan l-Anness fih l-istruzzjonijiet għar-rapportar tal-formoli tar-Riskju taċ-Ċaqliq fir-Rata tal-Imgħax fil-Portafoll Bankarju (IRRBB, Interest Rate Risk in the Banking Book).

1.2. 

Dan l-Anness jikkonsisti f’ħames settijiet differenti ta’ formoli:

(a) 

l-evalwazzjoni tal-IRRBB: It-Testijiet Superviżorji tal-Anomaliji (SOT, Supervisory Outlier Tests) fuq il-Valur Ekonomiku tal-Ekwità (EVE, Economic Value of Equity) u fuq l-Introjtu mill-Imgħax Nett (NII, Net Interest Income) u l-bidliet fil-Valur tas-Suq (MV, Market Value) (J 01.00);

(b) 

id-diżaggregazzjoni tal-istimi tas-sensittività tal-IRRBB (J 02.00, J 03.00 u J 04.00);

(c) 

il-flussi tal-flus soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid tal-IRRBB (J 05.00, J 06.00 u J 07.00);

(d) 

il-parametri rilevanti dwar l-immudellar komportamentali (J 08.00 u J 09.00);

(e) 

l-informazzjoni kwalitattiva (J 10.00 u J 11.00).

1.3. 

Għal kull formola, huma pprovduti referenzi legali. Aktar informazzjoni dettaljata rigward aspetti aktar ġenerali tar-rapportar ta’ kull blokk ta’ formoli u l-istruzzjonijiet dwar pożizzjonijiet speċifiċi huma inklużi f’dan l-Anness.

1.4. 

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-formoli fil-munita ta’ rapportar, irrispettivament mid-denominazzjoni effettiva tal-assi, tal-obbligazzjonijiet u tal-entrati barra l-karta bilanċjali. Muniti għajr il-munita tar-rapportar għandhom jiġu kkonvertiti għall-munita tar-rapportar bir-rata ta’ referenza FX tal-BĊE dakinhar tad-data ta’ referenza. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw b’mod separat il-formoli diżaggregati skont il-muniti korrispondenti f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/856 ( 23 ).

1.5. 

F’konformità mal-Artikolu 3(2), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856, l-istituzzjonijiet għandhom jirriflettu l-għażliet awtomatiċi u komportamentali fil-kalkoli tagħhom, fejn applikabbli, ħlief f’każijiet fejn speċifikat mod ieħor.

2.    Ambitu tar-rapportar

L-istituzzjonijiet għandhom jipprojettaw l-istimi tal-IRRBB tagħhom u jipprovdu informazzjoni dwar l-iskoperturi għar-rata tal-imgħax tagħhom li jirriżultaw minn pożizzjonijiet sensittivi għar-rata tal-imgħax fil-portafoll bankarju fl-ambitu tal-SOTs (l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856. B’mod partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-istrumenti kollha f’konformità mal-Artikolu 3(2), il-punti (a) sa (f), u l-Artikolu 3(3), (4) u (5) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

3.    Trattament ta’ strumenti b’rata fissa/varjabbli

Meta tintalab informazzjoni separata għal strumenti b’rata fissa jew varjabbli, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“strument b’rata fissa” tfisser “strument b’rata fissa” kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (4), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/857 ( 24 ). B’mod speċifiku:

(i) 

strumenti mingħajr maturità kuntrattwali speċifika (jiġifieri prodotti mingħajr maturità), li l-flussi ta’ flus tagħhom ta’ pagamenti tal-imgħax ma jkunux marbuta kuntrattwalment jew legalment ma’ movimenti ta’ parametru referenzjarju estern jew indiċi ġestit internament ta’ istituzzjoni, iżda minflok, ikunu fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni jew aġenzija tal-gvern;

(ii) 

strumenti b’maturità kuntrattwali speċifika, li l-flussi tal-flus tal-pagamenti tal-imgħax tagħhom ikunu fissi mill-bidu u sal-maturità tal-istrument, jew meta l-ipprezzar mill-ġdid kuntrattwali jkun aktar minn sena; jew meta l-bidliet fir-remunerazzjoni tiegħu — fi kwalunkwe mument matul il-ħajja tal-kuntratt — ikunu fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni jew ta’ aġenzija tal-gvern.

(b) 

“strument b’rata varjabbli” tfisser “strument b’rata varjabbli” kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (5), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857. B’mod speċifiku:

(i) 

strumenti mingħajr maturità kuntrattwali speċifika (jiġifieri prodotti mingħajr maturità), meta l-flussi ta’ flus tal-pagamenti tal-imgħax ma jkunux fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni jew aġenzija tal-gvern, iżda minflok ikunu marbuta kuntrattwalment jew legalment ma’ movimenti ta’ parametru referenzjarju estern jew indiċi ġestit internament ta’ istituzzjoni;

(ii) 

strumenti b’maturità kuntrattwali speċifika, li l-flussi tal-flus tal-pagamenti tal-imgħax tagħhom ma jkunux fissi mill-bidu u sal-maturità tal-istrument, meta l-ipprezzar mill-ġdid kuntrattwali tiegħu jkun inqas minn sena jew ugwali għal sena, u meta l-bidliet fir-remunerazzjoni tiegħu matul il-ħajja tal-kuntratt ma jkunux fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni jew ta’ aġenzija tal-gvern.

4.    Trattament tal-opzjonijiet

Meta tintalab informazzjoni separata dwar l-opzjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw kif ġej:

(a) 

l-opzjonijiet inkorporati flimkien mal-istrument ospitanti rilevanti tagħhom;

(b) 

l-opzjonijiet espliċiti/awtonomi separatament minn kwalunkwe tip ieħor ta’ entrata fil-karta bilanċjali bħala strumenti derivattivi (jiġifieri għandhom jirrapportaw dawn l-opzjonijiet flimkien mal-entrata ħħeġġjata).

5.    Konvenzjoni dwar is-simboli

5.1. Ġeneralment, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valuri b’mod pożittiv fil-formoli kollha. Iċ-ċifri espressi f’unitajiet monetarji li jirreferu għal-livell tal-EVE, il-livell tal-NII u l-livell tal-MV għandhom b’mod ġenerali jiġu rrapportati bħala ċifra pożittiva, irrispettivament minn jekk tirreferix għal assi jew obbligazzjoni, għalkemm għandhom jiġu osservati eċċezzjonijiet: dan għandu jkun il-każ meta l-livell tal-NII jkun negattiv jekk l-ispejjeż tal-imgħax ikunu akbar mill-introjtu mill-imgħax fix-xenarju ta’ referenza, jew fil-każ ta’ derivattivi meta jeħtieġ li jiġu rrapportati l-valuri nnettjati tal-komponenti derivattivi.

5.2. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-bidliet (Δ) tal-EVE, tal-NII u tal-MV b’valuri pożittivi jew negattivi, skont il-varjazzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-Δ bħala d-differenza bejn l-EVE/NII/MV fix-xenarji ta’ xokk nieqes ix-xenarju ta’ referenza. Is-sensittivitajiet tal-EVE (u l-MV) ta’ assi speċifiku jew obbligazzjoni speċifika għandhom jiġu rrapportati bħala pożittivi jekk l-EVE (u l-MV) ta’ dan l-assi jew obbligazzjoni jiżdied f’xenarju speċifiku tar-rata tal-interess. Bl-istess mod, is-sensittivitajiet tal-NII ta’ assi speċifiku, jew obbligazzjoni speċifika, għandhom jiġu rrapportati bħala pożittivi meta l-introjtu mill-imgħax ta’ dan l-assi, jew l-ispiża tal-imgħax ta’ din l-obbligazzjoni, jiżdied f’xenarju konkret tar-rata tal-interess.

5.3. Fil-punti tad-data relatati ma’ skoperturi nozzjonali jew ammonti riportati, tapplika l-istess regola, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valuri b’mod pożittiv għall-assi u l-obbligazzjonijiet.

5.4. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-parametri b’mod pożittiv irrispettivament minn jekk dawn il-parametri jirreferux għal assi jew obbligazzjoni, u irrispettivament minn jekk dawn il-parametri jżidux jew inaqqsux il-valur tal-metriċi tal-IRRBB. Jista’ jkun hemm xi każijiet ta’ eċċezzjoni fejn l-istituzzjonijiet jirrapportaw ċifri negattivi għall-parametri, inkluż ir-rendiment medju tal-assi/obbligazzjonijiet jekk l-aħħar risettjar tar-rata tal-imgħax kien ibbażat fuq ambjent negattiv tar-rata tal-imgħax tas-suq.

6.    Abbrevjazzjonijiet

Il-Valur Ekonomiku tal-Ekwità jissejjaħ “EVE”, l-Introjtu mill-Imgħax Nett jissejjaħ “NII”, il-Valur tas-Suq jissejjaħ “MV”, it-Test Superviżorju tal-Anomaliji jissejjaħ “SOT”, id-Depożiti mingħajr Maturità jissejħu “NMDs” u s-Sistema Interna ta’ Kejl tissejjaħ “IMS”, l-approċċ standardizzat jissejjaħ “SA”.

7.    Konvenzjonijiet oħra

7.1. F’dan l-Anness, isiru referenzi għar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 jew “RTS fuq l-SOT” u r-Regolament Delegat (UE) 2024/857 jew “RTS fuq l-SA”. Meta t-test jirreferi għad-definizzjonijiet stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2024/857, dawn id-definizzjonijiet għandhom jiġu applikati għall-istituzzjonijiet kollha li jirrapportaw (u mhux biss għal dawk li japplikaw SA).

7.2. Id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857 għandhom japplikaw għal dan l-Anness.

PARTI II

EVALWAZZJONI TAL-IRRBB: L-SOT FUQ L-EVE/NII U L-BIDLIET TAL-MV (J 01.00)

1.    Rimarki ġenerali

1.1. Il-formola J 01.00 fiha l-livelli u l-bidliet tal-EVE (ΔΕVE) u l-livelli u l-bidliet tal-NII (ΔΝII), ikkalkolati kif stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) 2024/856, kif ukoll il-livell u l-bidliet tal-MV, ikkalkolati skont il-kriterji tal-ġestjoni tar-riskju intern, b’kunsiderazzjoni ta’ medda ta’ żmien ta’ sena u suppożizzjoni ta’ karta bilanċjali kostanti. Fiha, fost l-oħrajn, id-daqs speċifikat tax-xokkijiet tar-rata tal-imgħax għall-muniti mhux imsemmija fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 u l-proporzjonijiet ta’ ΔΕVE u ΔΝII għall-Kapital tal-Grad 1 skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ΔΕVE u ΔΝII fl-agħar xenarji u l-livell tal-EVE u tal-NII fix-xenarju ta’ referenza kif ukoll ΔΕVE, ΔΝII u ΔΜV taħt ċerti xenarji ta’ xokk tar-rata tal-imgħax regolatorji.

1.2. Din il-formola għandha tiġi rrapportata b’mod separat għal kull munita inkluża fil-kalkolu tal-SOT f’konformità mal-Artikolu 1(3) u (4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856, kif ukoll għall-aggregat tal-muniti kollha li għalihom japplika l-Artikolu 1(4) ta’ dak ir-Regolament Delegat. Meta jiġu kkalkolati l-bidliet aggregati (għall-muniti kollha) għal kull xenarju ta’ xokk tar-rata tal-imgħax, għandu japplika l-Artikolu 3(8) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

2.    Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi



Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010–0090

Il-valur ekonomiku tal-ekwità

L-istimi tal-EVE kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 98(5), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Artikolu 1 sa 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856. Fir-rigward tas-suppożizzjonijiet ta’ mmudellar u parametriċi li mhumiex speċifikati fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament Delegat, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw dawk is-suppożizzjonijiet li japplikaw fil-kejl u l-ġestjoni tal-IRRBB tagħhom, jiġifieri l-metodoloġiji interni tal-kejl tagħhom, l-approċċ standardizzat jew l-approċċ standardizzat simplifikat, kif applikabbli.

0010

Δ EVE fl-agħar xenarju

Il-bidla tal-EVE fix-xenarji ta’ xokkijiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 li tikkawża l-akbar tnaqqis tal-EVE. L-agħar eżitu mill-valuri fir-ringieli 0040 sa 0090 għandu jiġi rrapportat f’din ir-ringiela.

0020

Δ Il-proporzjon tal-EVE fl-agħar xenarju

Il-proporzjon tal-valur irrapportat fir-ringiela 0010, għall-kapital tal-Grad 1 iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0030–0090

L-EVE f’xenarji ta’ referenza u ta’ xokkijiet superviżorji

Il-livell tal-EVE fix-xenarju ta’ referenza u l-bidliet tal-EVE (jiġifieri Δ EVE) fix-xenarji ta’ xokkijiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0030

Il-livell tal-EVE f’xenarju ta’ referenza

Il-livell tal-EVE fix-xenarji ta’ referenza tar-rati tal-imgħax tad-data ta’ referenza.

0040

Δ EVE taħt xokk parallel ’il fuq

Il-bidla tal-EVE fix-xenarju ta’ “xokk parallel ’il fuq” imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (a), u l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0050

Δ EVE taħt xokk parallel ’l isfel

Il-bidla tal-EVE fix-xenarju ta’ “xokk parallel ’l isfel” imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (b), u l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0060

Δ EVE taħt xokk ta’ żieda fil-kurva tar-rendiment

Il-bidla tal-EVE fix-xenarju ta’ “xokk ta” żieda fil-kurva tar-rendiment’ imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (c), u l-Artikolu 2 tar- Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0070

Δ EVE taħt xokk ta’ tnaqqis fil-kurva tar-rendiment

Il-bidla tal-EVE fix-xenarju ta’ “xokk ta” tnaqqis fil-kurva tar-rendiment’ imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (d), u l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0080

Δ EVE taħt xokk ’il fuq qasir tar-rati

Il-bidla tal-EVE fix-xenarju ta’ “xokk ’il fuq qasir tar-rati” msemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (e), u l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0090

Δ EVE taħt xokk ’l isfel qasir tar-rati

Il-bidla tal-EVE fix-xenarju ta’ “xokk ’l isfel qasir tar-rati” msemmi fl-Artikolu 1(1), il-punt (f), u l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0100–0140

L-introjtu mill-imgħax nett

L-NII kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 98(5), il-punt (b), tad-Direttiva 2013/36/UE u speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856. Fir-rigward tas-suppożizzjonijiet ta’ mmudellar u parametriċi li mhumiex speċifikati fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament Delegat, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw dawk is-suppożizzjonijiet li japplikaw fil-kejl u l-ġestjoni tal-IRRBB tagħhom, jiġifieri l-metodoloġiji interni tal-kejl tagħhom, l-approċċ standardizzat jew l-approċċ standardizzat simplifikat, kif applikabbli.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw it-trattament kontabilistiku tal-ħeġġijiet (jiġifieri kontabilità għall-iħħeġġjar) u ma għandhomx jinkludu l-effetti tal-entrati msemmija fl-Artikolu 33(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0100

Δ NII fl-agħar xenarju

Il-bidla tal-NII ta’ sena fix-xenarji ta’ xokkijiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 li tikkawża l-akbar tnaqqis tal-NII. L-agħar eżitu mill-valuri fir-ringieli 0130 sa 0140 għandu jiġi rrapportat f’din ir-ringiela.

0110

Δ Il-proporzjon tal-NII fl-agħar xenarju

Il-proporzjon tal-valur irrapportat fir-ringiela 0100, għall-kapital tal-Grad 1 iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0120–0140

L-NII f’xenarji ta’ referenza u ta’ xokkijiet superviżorji

Il-livell tal-NII fix-xenarju ta’ referenza u Δ NII fix-xenarji ta’ xokkijiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0120

Il-livell tal-NII f’xenarju ta’ referenza

Il-livell tal-NII fix-xenarju ta’ referenza tar-rati tal-imgħax mid-data ta’ referenza.

0130

ΔNII taħt xokk parallel ’il fuq

Il-bidla tal-NII fix-xenarju ta’ “xokk parallel ’il fuq” imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), u l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0140

ΔNII taħt xokk parallel ’l isfel

Il-bidla tal-NII fix-xenarju ta’ “xokk parallel ’l isfel” imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (b), u l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0150–0170

Bidliet fil-valur tas-suq bl-IMS

L-MV f’xenarji ta’ referenza u ta’ xokkijiet superviżorji

Il-previżjonijiet tal-bidliet tal-MV (ΔMV) tal-ammont riportat fuq medda ta’ żmien ta’ sena f’xenarji ta’ referenza u ta’ xokkijiet superviżorji għandhom jintwerew fil-kont tal-qligħ u t-telf jew inkella direttament fl-ekwità (bħal permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor). L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ΔMV netti mill-effett tal-ħeġġijiet kontabilistiċi (jiġifieri, il-kontabilità għall-iħħeġġjar) u għandhom jinjoraw l-effetti tal-entrati msemmija fl-Artikolu 33(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (komponent effettiv tad-derivattivi għall-kontabilità għall-iħħeġġjar tal-flussi tal-flus li jiħħeġġjaw l-entrati tal-kost amortizzat).

L-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-previżjonijiet ta’ ΔMV skont l-IMS tal-IRRBB tal-istituzzjoni jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857, għax-xenarji ta’ xokkijiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

Id-daqs u l-kompożizzjoni totali tal-ammont li l-valur tiegħu huwa sensittiv għal ΔMV għandhom jinżammu billi strumenti li jimmaturaw jiġu sostitwiti bi strumenti ġodda li jkollhom karatteristiċi komparabbli (inklużi l-munita u l-ammont nominali tal-istrumenti).

L-istimi tar-riskju, li minnhom jiġu derivati l-parametri rilevanti, għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk użati għall-kalkolu tal-SOT, inkluż, fejn applikabbli, l-immudellar komportamentali u l-opzjonalità awtomatika.

0150

Il-livell tal-MV f’xenarju ta’ referenza

Il-livell tal-MV fix-xenarju ta’ referenza tar-rati tal-imgħax mid-data ta’ referenza.

0160

ΔMV taħt xokk parallel ’il fuq

Il-bidla tal-MV fix-xenarju ta’ “xokk parallel ’il fuq” imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), u l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0170

ΔMV taħt xokk parallel ’l isfel

Il-bidla tal-MV fix-xenarju ta’ “xokk parallel ’l isfel” imsemmi fl-Artikolu 1(2), il-punt (b), u l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0180–0200

Muniti oħrajn: Id-daqs tax-xokkijiet tar-rata tal-imgħax

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

Ix-xokkijiet tar-rata tal-imgħax għall-muniti kkalibrati f’konformità mal-Parti B tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 u l-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament Delegat. Id-daqs tax-xokkijiet tar-rata tal-imgħax għandu jiġi rrapportat f’punti bażi u f’valur assolut. Id-daqs tax-xokk jirrappreżenta d-differenza (ΔR) fir-rigward tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju.

Dawn ir-ringieli ma għandhomx ikunu rrapportati għall-muniti msemmija fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856. Dawn għandhom jiġu rrapportati biss għall-muniti kkunsidrati fl-SOT, f’konformità mal-Artikolu 1(4) ta’ dak ir-Regolament Delegat.

0180

Xokk parallel

Id-daqs tax-xokk parallel tar-rati tal-imgħax f’punti bażi kkalibrat f’konformità mal-Parti B tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 u l-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat.

0190

Xokk qasir tar-rati

Id-daqs tax-xokk qasir tar-rati tal-imgħax f’punti bażi kkalibrat skont ix-xokk qasir imsemmi fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 u fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat.

0200

Xokk twil tar-rati

Id-daqs tax-xokk twil tar-rati tal-imgħax f’punti bażi kkalibrat skont ix-xokk twil imsemmi fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 u fl-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament Delegat.



Kolonni

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010

Ammont

Id-daqs speċifikat tax-xokkijiet tar-rata tal-imgħax għandu jiġi rrapportat f’punti bażi (bps), ΔEVEs u ΔNIIs għandhom jiġu rrapportati kemm bħala proporzjonijiet kif ukoll bħala ammonti (kif speċifikat fl-istruzzjonijiet dwar ir-ringieli). L-ammonti għandhom jiġu rrapportati fil-munita tar-rapportar.

PARTI III

DIŻAGGREGAZZJONI TAL-ISTIMI TAS-SENSITTIVITÀ (J 02.00, J 03.00 u J 04.00)

1.    Rimarki ġenerali

1.1. Il-formoli J 02.00, J 03.00 u J 04.00 jipprovdu diżaggregazzjonijiet ulterjuri tal-istimi ta’ istituzzjoni tas-sensittivitajiet tal-IRRBB abbażi tal-SOT (ir-Regolament Delegat (UE) 2024/856) u tal-bidliet tal-MV (il-Ġestjoni tar-Riskju Intern b’medda ta’ żmien ta’ sena u suppożizzjoni ta’ karta bilanċjali kostanti), inkluża l-opzjonalità komportamentali/kundizzjonali u awtomatika għal diżaggregazzjoni speċifika tal-entrati tal-karta bilanċjali.

1.2. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-kontenut ta’ dawn il-formoli għal kull munita b’mod separat li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet meta l-valur kontabilistiku tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet finanzjarji denominati f’munita jammonta għal 5 % jew aktar tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll bankarju, jew inqas minn 5 % jekk is-somma tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji inklużi fil-kalkolu tkun inqas minn 90 % tal-assi (esklużi l-assi tanġibbli) jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll bankarju.

2.    Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi



Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010

Assi Totali

L-assi totali sensittivi għar-rata tal-imgħax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 irrispettivament mit-trattament kontabilistiku tagħhom. Din ir-ringiela għandha tinkludi:

— l-assi vis-à-vis il-Banek Ċentrali;

— l-assi interbankarji;

— is-self u l-avvanzi;

— it-titoli ta’ dejn;

— id-derivattivi li jiħħeġġjaw l-assi;

— oħrajn.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw skoperturi tal-IRRBB ta’ assi li ma jitnaqqsux mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1) determinati f’konformità mal-Parti Tnejn, it-Titolu I, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u bl-esklużjoni ta’ assi tanġibbli bħal proprjetà immobbli, kif ukoll skoperturi ta’ ekwità fil-portafoll bankarju kif imsemmi fl-Artikolu 133 u l-Artikolu 147(2), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti skont in-natura tal-kontroparti immedjata.

0020

li minnhom: minħabba l-opzjonalità awtomatika

Il-kontribut tal-opzjonalità awtomatika inkorporata u espliċita għall-assi totali sensittivi għar-rata tal-imgħax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 irrispettivament mit-trattament kontabilistiku tagħhom.

0030

Bank ċentrali

L-assi vis-à-vis il-banek ċentrali, inklużi l-bilanċi tal-flus u d-depożiti ta’ domanda, kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 42(a), tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

0040

Assi interbankarji

L-assi kollha li l-kontroparti tagħhom tkun istituzzjoni ta’ kreditu kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 42(c), tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament, esklużi l-iskoperturi ta’ derivattivi u titoli.

0050

Self u avvanzi

Strumenti ta’ dejn miżmuma minn istituzzjonijiet li mhumiex titoli, kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 32, tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament. Din ir-ringiela ma għandhiex tinkludi l-iskoperturi inklużi fir-ringieli 0030 u 0040.

0060, 0130, 0150, 0250, 0280, 0320, 0360, 0400, 0430, 0480

li minnhom: rata fissa

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw iċ-ċifri relatati mal-istrumenti b’rata fissa, skont il-konvenzjoni speċifikata fil-Parti I, it-Taqsima 3, ta’ dan l-Anness.

0070

li minnhom: improduttivi

Self u avvanzi improduttivi kif imsemmi fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 u fl-Artikolu 47a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0080

Fil-livell tal-konsumatur

Self u avvanzi lil persuna fiżika jew SME, meta l-iskopertura lejn intrapriża żgħira u ta’ daqs medju (“SME”) għandha tikkwalifika għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur skont l-approċċi Standardizzati jew Ibbażati fuq Klassifikazzjonijiet Interni (“IRB”, Internal Ratings Based) għar-riskju ta’ kreditu kif stabbilit fil-Parti 1, it-Titolu II, il-Kapitoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew lil kumpanija li tkun eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 153(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u meta d-depożiti aggregati minn dik l-SME jew kumpanija fuq bażi ta’ grupp ma jaqbżux EUR 1 miljun.

Kemm is-self u l-avvanzi fil-livell tal-konsumatur produttivi kif ukoll dawk improduttivi għandhom jiġu rrapportati f’din ir-ringiela.

0090

li minnhom: garantiti bi proprjetà immobbli residenzjali

Self fil-livell tal-konsumatur formalment iggarantit permezz ta’ kollateral ta’ proprjetà immobbli residenzjali, irrispettivament mill-proporzjon tas-self mal-kollateral tagħhom (“self għall-valur”) u l-forma ġuridika tal-kollateral.

0100

Bl-ingrossa mhux finanzjarji

Self u avvanzi lill-gvernijiet estiżi u lill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 42(b) u (e) tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament. Din ir-ringiela ma għandhiex tinkludi l-iskoperturi inklużi fir-ringiela 0080.

0110

Bl-ingrossa finanzjarji

Self u avvanzi lil korporazzjonijiet finanzjarji oħra kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 42(d) tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

0120

Titoli ta’ dejn

Strumenti ta’ dejn miżmuma minn istituzzjoni maħruġa bħala titoli li mhumiex self, kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 31, tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-bonds koperti u l-iskoperturi tat-titolizzazzjoni.

0140

Derivattivi li jiħħeġġjaw l-assi

Id-derivattivi kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (29) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw id-derivattivi miżmuma taħt reġim ta’ kontabilità għall-iħħeġġjar, skont il-qafas kontabilistiku applikabbli, billi l-entrata ħħeġġjata hija assi sensittiv għar-rata tal-imgħax.

0160

Li jiħħeġġjaw it-titoli ta’ dejn

Derivattivi għall-kontabilità għall-iħħeġġjar li jiħħeġġjaw assi li jkunu titoli ta’ dejn.

0170

Li jiħħeġġjaw assi oħrajn

Derivattivi għall-kontabilità għall-iħħeġġjar li jiħħeġġjaw assi li ma jkunux titoli ta’ dejn.

0180

Oħrajn

Assi oħrajn sensittivi għar-rata tal-imgħax fil-karta bilanċjali li ma jaqgħux taħt ir-ringieli ta’ hawn fuq għandhom jiġu rrapportati f’din ir-ringiela.

0190

Assi barra l-karta bilanċjali: assi kontinġenti

L-assi barra l-karta bilanċjali elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li huma sensittivi għar-rata tal-imgħax, u li huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

L-impenji ta’ self b’rata fissa ma’ mutwatarji prospettivi għandhom ukoll jiġu inklużi f’din ir-ringiela.

L-impenji ta’ self għandhom jiġu rrapportati bħala taħlita ta’ pożizzjoni qasira u twila. Huwa l-każ ta’ impenn ta’ self b’rata fissa li għalih l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni twila fis-self fil-bidu tal-impenn u pożizzjoni qasira meta s-self ikun suppost se jiġi użat. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-pożizzjonijiet twal bħala assi, u l-pożizzjonijiet qosra bħala obbligazzjonijiet. F’din ir-ringiela għandhom jirrapportaw biss l-istrumenti kontinġenti li jikkwalifikaw bħala assi.

0200

Obbligazzjonijiet totali

L-obbligazzjonijiet totali sensittivi għar-rata tal-imgħax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 u irrispettivament mit-trattament kontabilistiku tagħhom. Din ir-ringiela għandha tinkludi:

— l-assi vis-à-vis il-Banek Ċentrali;

— l-obbligazzjonijiet interbankarji;

— it-titoli ta’ dejn maħruġa;

— id-depożiti mingħajr maturità;

— id-depożiti b’terminu;

— id-derivattivi li jiħħeġġjaw l-obbligazzjonijiet;

— oħrajn.

0210

li minnhom: minħabba l-opzjonalità awtomatika

Il-kontribut tal-opzjonalità awtomatika inkorporata u espliċita għall-obbligazzjonijiet totali sensittivi għar-rata tal-imgħax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 irrispettivament mit-trattament kontabilistiku tagħhom.

0220

Bank ċentrali

L-obbligazzjonijiet vis-à-vis il-banek ċentrali kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 42(a), tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

0230

Obbligazzjonijiet interbankarji

L-obbligazzjonijiet kollha li l-kontroparti tagħhom tkun istituzzjoni ta’ kreditu kif imsemmi fil-Parti 1, il-punt 42(c), tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament, esklużi l-iskoperturi ta’ derivattivi u titoli.

0240

Titoli ta’ dejn maħruġa

Strumenti ta’ dejn maħruġa bħala titoli mill-istituzzjoni li mhumiex depożiti, kif imsemmi fil-Parti 1, l-Artikolu 37 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

0260

li minnhom: AT1 jew T2

Titoli ta’ dejn maħruġa f’konformità mal-Artikoli 61 jew 71 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, esklużi l-fondi proprji perpetwi mingħajr ebda data eżerċitabbli (l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856).

0270

NMDs: Tranżazzjonali fil-livell tal-konsumatur

Depożiti mingħajr maturità fil-livell tal-konsumatur f’kont tranżazzjonali kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (10), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857. L-NMDs tranżazzjonali fil-livell tal-konsumatur għandhom jinkludu l-kontijiet fil-livell tal-konsumatur li ma jrendux imgħax u kontijiet fil-livell tal-konsumatur oħra li l-komponent tar-remunerazzjoni tagħhom ma jkunx rilevanti fid-deċiżjoni tal-klijent li jżomm il-flus fil-kont.

0290, 0330, 0370

li minnhom: komponent ewlieni

Il-komponent ewlieni tad-depożiti mingħajr maturità kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (15), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857.

L-NMDs li huma stabbli u aktarx li ma jiġux ipprezzati mill-ġdid anki taħt bidliet sinifikanti fl-ambjent tar-rata tal-imgħax, jew depożiti oħra li l-elastiċità limitata tagħhom għall-bidliet fir-rati tal-imgħax għandha tiġi mmudellata mill-istituzzjonijiet

0300, 0340, 0380

li minnhom: eżentati mil-limitu massimu ta’ 5 snin

L-iskoperturi għat-tfaddil regolat kif imsemmija fl-Artikolu 428f(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, iżda mhux limitati għall-parti ċentralizzata, jew dawk b’limiti ekonomiċi jew fiskali materjali f’każ ta’ prelevament, li għalihom l-istituzzjoni ma tillimitax id-data tal-ipprezzar mill-ġdid medja ponderata massima għal 5 snin.

0310

NMDs: Mhux tranżazzjonali fil-livell tal-konsumatur

Depożiti mingħajr maturità fil-livell tal-konsumatur f’kont mhux tranżazzjonali kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (11), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857.

Depożiti oħra fil-livell tal-konsumatur li mhumiex ikkunsidrati “Depożiti Mingħajr Maturità: Tranżazzjonijiet fil-Livell tal-Konsumatur” għandhom jiġu kkunsidrati bħala miżmuma f’kont mhux tranżazzjonali.

B’mod partikolari, id-depożiti mhux tranżazzjonali fil-livell tal-konsumatur għandhom jinkludu l-kontijiet fil-livell tal-konsumatur (inklużi dawk regolati) li l-komponent tar-remunerazzjoni tagħhom ikun rilevanti fid-deċiżjoni tal-klijent li jżomm il-flus fil-kont.

0350

NMDs: Bl-ingrossa mhux finanzjarji

Depożiti bl-ingrossa kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (12), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857 li jkunu NMDs mill-gvernijiet estiżi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (NFCs, non-financial corporations) kif imsemmija fil-Parti 1, il-punt 42(b) u (e), tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

0390

NMDs: Bl-ingrossa finanzjarji

Depożiti bl-ingrossa kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (12), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857 li jkunu NMDs mill-kontropartijiet skont il-Parti 1, il-punt 42(d), tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

0410

li minnhom: depożiti operazzjonali

NMDs li jikklassifikaw bħala depożiti operazzjonali skont l-Artikolu 27(1)(a) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (2).

0420

Depożiti b’terminu

Depożiti mhux trasferibbli li d-depożitant ma jitħalliex jiġbed qabel il-maturità miftiehma jew li jistgħu jiġu prelevati qabel iż-żmien dment li d-depożitant iġarrab il-kostijiet u t-tariffi (ta’ prepagament) kaġun tal-prelevament qabel iż-żmien. Din l-entrata għandha tinkludi d-depożiti ta’ tfaddil regolat amministrattivament meta l-kriterju relatat mal-maturità ma jkunx rilevanti. Għalkemm depożiti b’maturità miftiehma jista’ jkollhom il-possibbiltà li jiġu mifdija qabel iż-żmien wara notifika minn qabel, jew jistgħu jiġu mifdija wara li ssir talba u soġġett għal ċerti penali, dawn il-karatteristiċi ma għandhomx jintużaw għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni. Din ir-ringiela ma għandhiex tinkludi l-iskoperturi fir-ringieli 0220 u 0230.

0440

Fil-livell tal-konsumatur

Din ir-ringiela għandha tinkludi d-depożiti b’terminu mill-klijenti fil-livell tal-konsumatur.

0450

Bl-ingrossa mhux finanzjarji

Depożiti b’terminu minn klijenti bl-ingrossa mhux finanzjarji.

Depożiti bl-ingrossa kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (12), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857 li jkunu depożiti għajr NMDs mill-gvernijiet estiżi u NFCs kif imsemmija fil-Parti 1, il-punt 42 (b) u (e), tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

0460

Bl-ingrossa finanzjarji

Depożiti b’terminu minn klijenti bl-ingrossa finanzjarji.

Depożiti bl-ingrossa kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (12), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857 li jkunu depożiti għajr NMDs mill-kontropartijiet kif imsemmija fil-Parti 1, il-punt 42(d), tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

0470

Derivattivi li jiħħeġġjaw l-obbligazzjonijiet

Id-derivattivi kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (29), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw id-derivattivi miżmuma taħt reġim ta’ kontabilità għall-iħħeġġjar, skont il-qafas kontabilistiku applikabbli, billi l-entrata ħħeġġjata hija obbligazzjoni sensittiva għar-rata tal-imgħax.

0490

Li jiħħeġġjaw it-titoli ta’ dejn

Derivattivi għall-kontabilità għall-iħħeġġjar li jiħħeġġjaw assi li jkunu titoli ta’ dejn.

0500

Li jiħħeġġjaw obbligazzjonijiet oħrajn

Derivattivi għall-kontabilità għall-iħħeġġjar li jiħħeġġjaw assi li ma jkunux titoli ta’ dejn.

0510

Oħrajn

Assi oħrajn sensittivi għar-rata tal-imgħax fil-karta bilanċjali li ma ġewx ikklassifikati fir-ringieli ta’ hawn fuq għandhom jiġu rrapportati f’din ir-ringiela.

0520

Obbligazzjonijiet barra l-karta bilanċjali: Obbligazzjonijiet kontinġenti

L-entrati barra l-karta bilanċjali għandhom jinkludu prodotti bħal impenji ta’ self sensittivi għar-rata tal-imgħax.

L-obbligazzjonijiet kontinġenti għandhom jiġu kkunsidrati bħala taħlita ta’ pożizzjoni qasira u twila. B’mod speċifiku, fl-eventwalità li l-istituzzjoni jkollha linja ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet oħra, l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni twila meta s-self ikun suppost se jiġi użat u pożizzjoni qasira fid-data tal-ftuħ tal-linja ta’ kreditu.

Il-pożizzjonijiet twal għandhom jiġu rrapportati bħala assi filwaqt li l-pożizzjonijiet qosra bħala obbligazzjoni. L-istrumenti kontinġenti li jikkwalifikaw bħala obbligazzjonijiet biss għandhom jiġi rrapportati f’din ir-ringiela.

0530

Derivattivi oħra (Assi/Obbligazzjonijiet netti)

Id-derivattivi tar-rati tal-imgħax mhux imfassla bħala ħeġġijiet kontabilistiċi bħall-ħeġġijiet tar-rati tal-imgħax ekonomiċi, li huma maħsuba biex jiħħeġġjaw ir-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax fil-portafoll bankarju iżda li mhumiex taħt reġim ta’ kontabilità għall-iħħeġġjar.

0540–0640

Entrati ta’ Memorandum

0540

Derivattivi Netti

Il-kontribut nett tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax fil-portafoll bankarju, b’kont meħud ta’ dawk id-derivattivi tar-rati tal-imgħax li jiħħeġġjaw l-assi (ir-ringiela 0140) jew l-obbligazzjonijiet (ir-ringiela 0470) taħt reġim ta’ kontabilità għall-iħħeġġjar fil-portafoll bankarju u l-ħeġġijiet tar-rati tal-imgħax ekonomiċi (ir-ringiela 0530) ta’ derivattivi tar-rati tal-imgħax oħra fil-portafoll bankarju mfassla bħala ħeġġijiet kontabilistiċi.

0550

Pożizzjoni netta tar-rata tal-imgħax mingħajr derivattivi

L-iskoperturi għar-rata tal-imgħax kollha fil-karta bilanċjali, inklużi l-iskoperturi barra l-karta bilanċjali u bl-esklużjoni tad-derivattivi tar-rati tal-imgħax. B’mod partikolari, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha bl-esklużjoni tal-effett tad-derivattivi.

0560

Pożizzjoni netta tar-rata tal-imgħax bid-derivattivi

L-assi u l-obbligazzjonijiet kollha, inklużi l-iskoperturi barra l-karta bilanċjali u d-derivattivi tar-rati tal-imgħax.

0570

Assi Totali b’impatt fuq l-MV

L-assi totali, fil-każijiet li fihom il-bidliet tal-MV ikunu rilevanti għall-profitt jew it-telf jew l-ekwità, bl-esklużjoni tad-derivattivi ta’ ħeġġ mhux kontabilistiku rrapportati taħt ir-ringiela 0530. Għall-istituzzjonijiet li japplikaw l-IFRS skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-assi tal-portafoll bankarju li jiġu rreġistrati b’valur ġust skont il-qafas kontabilistiku applikabbli (permezz tal-profitt jew telf jew inkella introjtu ieħor komprensiv), flimkien ma’ titoli ta’ dejn u strumenti oħrajn irreġistrati b’kost amortizzat soġġetti għal kontabilità għall-iħħeġġjar b’valur ġust. Id-derivattivi li jiħħeġġjaw l-assi fil-portafoll bankarju taħt reġim ta’ kontabilità għall-iħħeġġjar għandhom jiġu rrapportati f’din it-Taqsima għajr għall-komponent effettiv ta’ dawk id-derivattivi għall-kontabilità għall-iħħeġġjar tal-fluss tal-flus li jiħħeġġjaw l-entrati tal-kost amortizzat imsemmija fl-Artikolu 33(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0580

Titoli ta’ dejn

Titoli ta’ dejn meta l-bidliet tal-MV ikunu rilevanti għall-profitt jew telf jew ekwità. Dan jinkludi titoli ta’ dejn fil-valur ġust flimkien ma’ titoli ta’ dejn irreġistrati b’kost amortizzat soġġetti għal ħeġġ kontabilistiku b’valur ġust.

0590

Derivattivi

Id-derivattivi kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (29), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Id-derivattivi li jiħħeġġjaw l-assi taħt reġim ta’ kontabilità għall-iħħeġġjar għandhom jiġu rrapportati f’din ir-ringiela, bl-esklużjoni ta’ dawk id-derivattivi mfassla bħala ħeġġijiet tal-flussi tal-flus li jiħħeġġjaw l-entrati tal-kost amortizzat.

0600

Oħrajn

Assi oħrajn b’valur ġust, flimkien ma’ assi oħrajn b’kost amortizzat soġġetti għal kontabilità għall-iħħeġġjar b’valur ġust.

0610

Obbligazzjonijiet Totali b’impatt fuq l-MV

L-obbligazzjonijiet totali, fil-każijiet li fihom il-bidliet tal-MV ikunu rilevanti għall-profitt jew it-telf jew l-ekwità, bl-esklużjoni tad-derivattivi ta’ ħeġġ mhux kontabilistiku rrapportati taħt ir-ringiela 0530.

L-obbligazzjonijiet li jiġu rreġistrati b’valur ġust skont il-qafas kontabilistiku applikabbli (permezz tal-profitt jew telf jew inkella introjtu ieħor komprensiv), flimkien ma’ titoli ta’ dejn u strumenti oħrajn irreġistrati b’kost amortizzat soġġetti għal kontabilità għall-iħħeġġjar b’valur ġust. Id-derivattivi li jiħħeġġjaw l-obbligazzjonijiet taħt reġim ta’ kontabilità għall-iħħeġġjar għandhom ukoll jiġu rrapportati f’din it-Taqsima għajr għall-komponent effettiv ta’ dawk id-derivattivi għall-kontabilità għall-iħħeġġjar tal-fluss tal-flus li jiħħeġġjaw l-entrati tal-kost amortizzat f’konformità mal-Artikolu 33(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0620

Titoli ta’ dejn maħruġa

It-titoli ta’ dejn maħruġa bħala titoli mill-istituzzjoni li mhumiex depożiti, kif definit fil-Parti 1, il-punt 37 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament li huma kontabbilizzati meta l-bidliet tal-MV ikunu rilevanti għall-profitt jew telf jew ekwità.

0630

Derivattivi

Id-derivattivi kif definiti fl-Artikolu 2(1), il-punt (29), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw, taħt din it-Taqsima, id-derivattivi li jiħħeġġjaw l-obbligazzjonijiet taħt reġim ta’ kontabilità għall-iħħeġġjar, bl-esklużjoni ta’ dawk id-derivattivi mfassla bħala ħeġġijiet tal-flussi tal-flus li jiħħeġġjaw l-entrati tal-kost amortizzat.

0640

Oħrajn

Obbligazzjonijiet oħrajn b’valur ġust, flimkien ma’ obbligazzjonijiet oħrajn b’kost amortizzat soġġetti għal kontabilità għall-iħħeġġjar b’valur ġust.

(1)   

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/600/oj).

(2)   

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/61/oj).

(3)   

Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1606/oj).



Kolonni

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010

Ammont riportat

Il-Parti 1, il-punt 27 tal-Anness V tar-Regolament.

0020

Durata

Id-durata modifikata (“Dmod”; irrapportata fi snin), inkluża l-opzjonalità awtomatika, meta: Dmod = EV01/(Valur Ekonomiku * 0,0001)

EV01 ugwali għal sensittività ta’ +1 bps (xokk parallel) tal-Valur ekonomiku.

0030–0090

Valur ekonomiku tal-ekwità

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0010-r0090}.

0030

Livell tal-EVE — Xenarju ta’ referenza

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0030}.

0040

ΔEVE — Xokk parallel ’il fuq

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0040}.

0050

ΔEVE — Xokk parallel ’l isfel

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0050}.

0060

ΔEVE — Xokk ta’ żieda fil-kurva tar-rendiment

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0060}.

0070

ΔEVE — Xokk ta’ tnaqqis fil-kurva tar-rendiment

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0070}.

0080

ΔEVE — Xokk ’il fuq qasir tar-rati

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0080}.

0090

ΔEVE — Xokk ’l isfel qasir tar-rati

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0090}.

0100–0120

Introjtu mill-Imgħax Nett

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0100-r0140}.

0100

Livell tal-NII — Xenarju ta’ referenza

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0120}.

0110

ΔNII — Xokk parallel ’il fuq

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0130}.

0120

ΔNII — Xokk parallel ’l isfel

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0140}.

0130–0150

Valur tas-Suq

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0150-r0170}.

0130

Livell tal-MV — Xenarju ta’ referenza

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0150}.

0140

ΔMV — Xokk parallel ’il fuq

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0160}.

0150

ΔMV — Xokk parallel ’l isfel

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0170}.

PARTI IV

FLUSSI TAL-FLUS SOĠĠETTI GĦALL-IPPREZZAR MILL-ĠDID (J 05.00, J 06.00 u J 07.00)

1.    Rimarki ġenerali

1.1. 

Il-formoli J 05.00, J 06.00 u J 07.00 fihom informazzjoni dettaljati fuq il-flussi tal-flus soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid għall-entrati tal-karta bilanċjali rrapportati fil-formoli J 02.00, J 03.00 u J 04.00. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni mill-perspettiva tal-EVE, filwaqt li jqisu r-rekwiżiti u s-suppożizzjonijiet ta’ mmudellar speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 u jqisu l-informazzjoni kuntrattwali u komportamentali, u fiż-żewġ każijiet jinjoraw l-opzjonalità awtomatika. L-istruzzjonijiet għar-ringieli għandhom ikunu l-istess kif deskritti fil-Parti IV, it-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kif dovut, il-konvenzjonijiet tar-rapportar speċifikati fil-Parti I, b’mod partikolari dawk relatati mad-definizzjoni ta’ strumenti b’rata fissa/varjabbli u t-trattament tal-opzjonijiet.

1.2. 

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-kontenut ta’ dawn il-formoli għal kull munita b’mod separat li biha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet meta l-valur kontabilistiku tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet finanzjarji denominati f’munita jammontaw għal 5 % jew aktar tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll bankarju, jew inqas minn 5 % meta s-somma tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji inklużi fil-kalkolu tkun inqas minn 90 % tal-assi (esklużi l-assi tanġibbli) jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll bankarju.

1.3. 

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-kontenut ta’ dawn il-formoli separatament skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali u komportamentali (Immudellar: kuntrattwali jew komportamentali):

(a) 

kuntrattwali: skont id-data tal-ipprezzar mill-ġdid kuntrattwali kif definita fl-Artikolu 1, il-punt (2), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857, mingħajr ma jitqiesu s-suppożizzjonijiet komportamentali. Il-karatteristiċi kuntrattwali u legali biss (u jiġu injorati l-opzjonijiet awtomatiċi u l-limiti massimi/minimi legali) għandhom jiġu kkunsidrati. Il-profil tal-fluss tal-flus tal-prodotti mingħajr maturità (inklużi l-NMDs) għandhom jiġu trattati bħala pożizzjonijiet varjabbli fuq terminu qasir (l-iqsar taqsima tal-ħin). Ma għandhom jiġu applikati l-ebda prepagament u terminazzjoni bikrija komportamentali, ekwivalenti għal rati ta’ 0 % għat-tifdija qabel iż-żmien u l-prepagament kundizzjonali;

(b) 

immudellar komportamentali fix-xenarju ta’ referenza: skont il-flussi tal-flus immudellati soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid li jikkorrispondu, meta applikabbli, għal suppożizzjonijiet komportamentali taħt ix-xenarju ta’ referenza.

1.4. 

Fil-każ tad-derivattivi, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammonti netti tal-flussi tal-flus soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid (jiġifieri mhux diżaggregati skont il-komponenti riċevitur/pagatur). Għad-derivattivi li jiħħeġġjaw l-assi, il-komponent it-twil (riċevitur/assi) tad-derivattiv għandu jiġi kkunsidrat b’sinjal pożittiv filwaqt li l-komponent il-qasir (pagatur/obbligazzjoni) għandu jiġi kkunsidrat b’sinjal negattiv meta jiġu kkomputati l-ammonti netti għal kull taqsima tal-ħin. Għandhom japplikaw eċċezzjonijiet għal din ir-regola fl-eventwalità li l-kupun tal-komponent tar-riċevitur ikun fiss f’ambjent ta’ rata tal-imgħax negattiva, li għandu jiġi kkunsidrat b’sinjal negattiv anki jekk parti mill-komponent it-twil (riċevitur/assi) tkun ġiet ikkunsidrata b’sinjal pożittiv. L-oppost japplika għad-derivattivi li jiħħeġġjaw l-obbligazzjonijiet: il-komponent it-twil (riċevitur/assi) għandu jiġi kkunsidrat b’sinjal negattiv, filwaqt li l-komponent il-qasir (pagatur/obbligazzjoni) għandu jiġi kkunsidrat b’sinjal pożittiv meta jiġu kkomputati l-flussi tal-flus netti soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid.

1.5. 

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrapportaw il-kolonni relatati mal-ammont nozzjonali, l-informazzjoni dwar l-opzjonijiet awtomatiċi u l-immudellar komportamentali, ir-rendiment medju u l-maturità kuntrattwali fil-karti għall-kundizzjonijiet kuntrattwali.

2.    Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi:



Kolonni

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010–0250

Rata fissa

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-istimi relatati mal-istrumenti b’rata fissa, skont il-konvenzjoni speċifikata fil-Parti I, it-Taqsima 3, ta’ dan l-Anness.

0260–0390

Rata varjabbli

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-istimi relatati mal-istrumenti b’rata varjabbli, skont il-konvenzjoni speċifikata fil-Parti I, it-Taqsima 3, ta’ dan l-Anness.

0010

Ammont nozzjonali

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammont ta’ kapital pendenti tal-istrumenti.

Fil-każ tad-derivattivi, għandu jiġi rrapportat l-ammont ta’ kapital pendenti tal-komponenti tal-assi (riċevitur) (jiġifieri, l-ebda ammont innettjat tal-komponenti riċevitur/pagatur).

0020 u 0270

% B’opzjonalità awtomatika inkorporata jew espliċita – mixtrija

Il-perċentwal tal-ammont nozzjonali rrapportat fil-kolonni 0010 u 0260 soġġett għall-opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax mixtrija. L-opzjonalità tista’ tirriżulta minn strumenti awtonomi mixtrija mill-istituzzjoni (inklużi rati tal-imgħax minimi u massimi u swapzjonijiet) jew tkun “inkorporata” fit-termini kuntrattwali ta’ prodotti bankarji oħra standard.

L-opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax inkorporati għandhom jiġu rrapportati flimkien mal-istrument ospitanti rilevanti tagħhom (assi jew inkella obbligazzjoni). L-opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax espliċiti għandhom jiġu rrapportati bħala strumenti derivattivi.

L-opzjonijiet awtomatiċi mixtrija inkorporati għandhom jinkludu, fil-każ ta’ pożizzjonijiet b’rata varjabbli: (i) rati tal-imgħax minimi mixtrija fuq assi b’rata varjabbli (self jew titoli ta’ dejn); (ii) rati tal-imgħax massimi mixtrija fuq titoli ta’ dejn b’rata varjabbli maħruġa, eċċ.

L-opzjonijiet awtomatiċi mixtrija inkorporati għandhom jinkludu, fil-każ ta’ pożizzjonijiet b’rata tal-imgħax fissa: (i) assi ta’ titoli ta’ dejn b’rata fissa b’opzjoni ta’ prepagament għall-istituzzjoni (swapzjoni pagatur inkorporata mixtrija); (ii) obbligazzjonijiet ta’ titoli ta’ dejn b’rata fissa maħruġa b’opzjoni ta’ prepagament għall-istituzzjoni (swapzjoni riċevitur inkorporata mixtrija).

L-opzjonijiet awtomatiċi espliċiti mixtrija huma derivattivi li għandhom jinkludu: (i) rati tal-imgħax minimi espliċiti mixtrija; (ii) swapzjonijiet pagatur espliċiti mixtrija (istituzzjoni għandha d-dritt li tidħol fi swap tar-rati tal-imgħax b’pagament ta’ rata fissa u riċeviment ta’ rata varjabbli); (iii) rati tal-imgħax massimi espliċiti mixtrija; (iv) swapzjonijiet riċevitur espliċiti mixtrija (istituzzjoni għandha d-dritt li tidħol fi swap tar-rati tal-imgħax b’riċeviment ta’ rata fissa u pagament ta’ rata varjabbli).

Meta jikkalkulaw l-iskopertura f’perċentwal, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kif dovut il-konvenzjonijiet speċifikati fil-Parti I, it-Taqsima 3 fir-rigward tal-opzjonijiet.

0030 u 0280

% B’opzjonalità awtomatika inkorporata jew espliċita — mibjugħa

Il-perċentwal tal-ammont nozzjonali rrapportat fil-kolonni 0010 u 0260 soġġett għall-opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax mibjugħa. L-opzjonalità tista’ tirriżulta minn strumenti awtonomi mibjugħa mill-istituzzjoni (inklużi rati tal-imgħax minimi u massimi u swapzjonijiet) jew tkun “inkorporata” fit-termini kuntrattwali ta’ prodotti bankarji oħra standard.

L-opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax inkorporati għandhom jiġu rrapportati flimkien mal-istrument ospitanti rilevanti tagħhom (assi jew inkella obbligazzjoni). L-opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax espliċiti għandhom jiġu rrapportati bħala strumenti derivattivi.

L-opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax mibjugħa inkorporati għandhom jinkludu, fil-każ ta’ pożizzjonijiet b’rata varjabbli: (i) rati tal-imgħax massimi mibjugħa fuq assi b’rata varjabbli (self u titoli ta’ dejn); (ii) rati tal-imgħax minimi mibjugħa fuq titoli ta’ dejn b’rata varjabbli maħruġa, eċċ.

Għall-pożizzjonijiet b’rata tal-imgħax fissa, l-opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax inkorporati mibjugħa għandhom jinkludu: (i) titoli ta’ dejn b’rata fissa b’opzjoni ta’ prepagament għall-emittent (swapzjoni riċevitur inkorporata mibjugħa); (ii) rati tal-imgħax minimi mibjugħa għall-NMDs u depożitu b’terminu inklużi rati tal-imgħax minimi legali u impliċiti u (iii) titoli ta’ dejn b’rata fissa maħruġa b’opzjoni ta’ prepagament għall-investitur (swapzjoni pagatur inkorporata mibjugħa).

L-opzjonijiet awtomatiċi espliċiti mibjugħa huma derivattivi li għandhom jinkludu: (i) rati tal-imgħax massimi espliċiti mibjugħa; (ii) swapzjonijiet riċevitur espliċiti mibjugħa (istituzzjoni għandha l-obbligu li tidħol fi swap tar-rati tal-imgħax b’pagament ta’ rata fissa u riċeviment ta’ rata varjabbli); (iii) rati tal-imgħax minimi espliċiti mibjugħa; (iv) swapzjonijiet pagatur espliċiti mibjugħa (istituzzjoni għandha l-obbligu li tidħol fi swap tar-rati tal-imgħax b’riċeviment ta’ rata fissa u pagament ta’ rata varjabbli).

Meta jikkalkulaw l-ammont f’perċentwal, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kif dovut il-konvenzjonijiet speċifikati fil-Parti I, it-Taqsima 3 fir-rigward tal-opzjonijiet.

0040 u 0290

% Soġġett għall-immudellar komportamentali

Il-perċentwal tal-ammont nozzjonali rrapportat fil-kolonni 0010 u 0260, soġġett għall-immudellar komportamentali, li t-twaqqit jew l-ammont tal-flussi tal-flus tiegħu jiddependi fuq il-komportament tal-klijenti.

0050 u 0300

Rendiment medju ponderat

Ir-rendiment medju fuq bażi annwali ponderat bl-ammont nozzjonali.

0060 u 0310

Maturità (kuntrattwali) medja ponderata

Il-maturità kuntrattwali medja mkejla bħala snin ponderata bl-ammont nozzjonali.

0070–0250 u 0320–0390

Skeda tal-ipprezzar mill-ġdid għall-flussi tal-flus nozzjonali soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-flussi tal-flus nozzjonali soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid kollha tal-futur li jirriżultaw mill-pożizzjonijiet sensittivi għar-rata tal-imgħax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856 fit-taqsimiet tal-ħin predefiniti (li jaqgħu fihom skont id-dati tal-ipprezzar mill-ġdid tagħhom. (id-definizzjoni ta’ “flussi tal-flus nozzjonali soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid” u “data tal-ipprezzar mill-ġdid” kif stipulata fl-Artikolu 1, il-punti (1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857.

L-opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax kemm jekk espliċiti kif ukoll jekk inkorporati għandhom jitneħħew mill-kuntratti ospitanti tagħhom u injorati fil-klassifikar prudenzjali tal-flussi tal-flus nozzjonali soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid.

Id-derivattivi li mhumiex opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax għandhom jiġu kkonvertiti f’pożizzjonijiet fis-sottostanti rilevanti u maqsuma f’pożizzjonijiet pagaturi u riċevituri (pożizzjonijiet qosra u twal) fis-sottostanti rilevanti. L-ammonti kkunsidrati għandhom ikunu ammonti ta’ kapital tas-sottostanti jew tas-sottostanti nozzjonali. Il-kuntratti tal-futuri u forward inklużi l-ftehimiet tar-rata forward għandhom jiġu trattati bħala taħlita ta’ pożizzjonijiet qosra u twal.

Meta jirrappreżentaw il-flussi tal-flus soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid tad-derivattivi li mhumiex opzjonijiet awtomatiċi tar-rati tal-imgħax, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kif dovut il-konvenzjonijiet speċifikati fil-Parti IV, it-Taqsima 1, il-paragrafu 1.4 fir-rigward tad-derivattivi.

PARTI V

PARAMETRI RILEVANTI (J 08.00 u J 09.00)

1.    Rimarki ġenerali

1.1. Il-formoli J 08.00 u J 09.00 fihom informazzjoni dwar il-parametri rilevanti għall-monitoraġġ tal-immudellar tal-IRRBB. Il-maġġorparti tal-informazzjoni f’din il-formola għandha tinġieb mill-informazzjoni rrapportata fil-formoli J 02.00 sa J 07.00. L-informazzjoni għandha tiġi rrapportata billi titqies il-perspettiva tal-EVE, inklużi r-rekwiżiti u s-suppożizzjonijiet ta’ mmudellar speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856, u tiġi injorata l-opzjonalità awtomatika, għajr għar-ringieli 0120 sa 0150.

1.2. Dawn il-formoli għandhom jiġu rrapportati għal kull munita b’mod separat li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet meta l-valur kontabilistiku tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet finanzjarji denominati f’munita jammontaw għal 5 % jew aktar tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll bankarju, jew inqas minn 5 % meta s-somma tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji inklużi fil-kalkolu tkun inqas minn 90 % tal-assi (esklużi l-assi tanġibbli) jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll bankarju.

2.    Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi



Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010–0110

NMDs — Immudellar komportamentali — Dati tal-ipprezzar mill-ġdid medji qabel u wara l-immudellar

Id-dati tal-ipprezzar mill-ġdid medji, imkejla fi snin, għandhom jiġu kkalkulati għal kull kategorija tal-NMDs skont id-diżaggregazzjoni speċifikata fil-Parti III, it-Taqsima 2 ta’ dan l-Anness, b’diżaggregazzjoni ulterjuri ta’: (a) il-parti meqjusa bħala l-volum “ewlieni” (għal dawk l-NMDs differenti mid-depożiti finanzjarji bl-ingrossa, u skont id-definizzjoni ta’ “ewlieni” fl-Artikolu 1, il-punt (15) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857, (b) il-perimetru tat-tfaddil regolat imsemmi fl-Artikolu 428f(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 — mhux limitat għall-parti ċentralizzata — jew kwalunkwe tfaddil ieħor b’limiti ekonomiċi jew fiskali f’każ ta’ prelevament, li fuqu l-istituzzjoni mhijiex tapplika limitu massimu fuq il-maturità ta’ pprezzar mill-ġdid tiegħu (bħal-limitu massimu ta’ 5 snin), fil-ġestjoni tar-riskju intern tal-IRRBB tagħha, u (c) il-perimetru tad-depożiti operazzjonali kif definiti fl-Artikolu 27(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.

Id-dati tal-ipprezzar mill-ġdid medji għandhom jiġu kkalkulati bħala medja ponderata tad-“dati tal-ipprezzar mill-ġdid” u l-ponderazzjoni assenjata abbażi tal-“flussi tal-flus nozzjonali soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid” tal-pożizzjonijiet f’kull kategorija/diżaggregazzjoni rilevanti tal-NMDs (id-definizzjoni ta’ “flussi tal-flus nozzjonali soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid” u “data tal-ipprezzar mill-ġdid” kif stipulata fl-Artikolu 1, il-punti (1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857.

0120–0150

NMDs — Immudellar komportamentali – PTR Fuq medda ta’ żmien ta’ sena

Ir-rata pass-through (PTR, Pass-through rate) kif definita fl-Artikolu 1, il-punt (14) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857 għandha tiġi rrapportata għal kull kategorija tal-NMDs skont id-diżaggregazzjoni speċifikata fil-Parti III, it-Taqsima 2, ta’ dan l-Anness, u għal medda ta’ żmien ta’ sena.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw bħala l-PTR, il-perċentwal tal-medja ponderata tax-xokkijiet tar-rati tal-imgħax li jkun preżunt li ġie trasferit fl-NMDs tagħhom, taħt ix-xenarji regolatorji tar-rati tal-imgħax u l-metriċi tal-NII speċifikati fir-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0160–0220

Rata Fissa — Riskju ta’ prepagament — Dati tal-ipprezzar mill-ġdid medji qabel u wara l-immudellar

Id-dati tal-ipprezzar mill-ġdid medji, imkejla fi snin, għandhom jiġu kkalkulati għal kull kategorija rilevanti kif speċifikat fil-Parti III, it-Taqsima 2, ta’ dan l-Anness għal “self u avvanzi” b’rata fissa u “titoli ta’ dejn” b’rata fissa soġġetti għar-riskju ta’ prepagament.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw bħala pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju ta’ prepagament, dawk il-pożizzjonijiet biss li għalihom il-klijent ma jġarrabx il-kostijiet ekonomiċi sħaħ tal-prepagament qabel iż-żmien. Il-pożizzjonijiet li għalihom il-klijent iġarrab il-kost ekonomiku sħiħ tal-prepagament qabel iż-żmien ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala soġġetti għar-riskju ta’ prepagament għall-finijiet tal-kalkolu. Id-dati tal-ipprezzar mill-ġdid medji għandhom jiġu kkalkulati bħala medja ponderata tad-“dati tal-ipprezzar mill-ġdid” u l-ponderazzjoni assenjata abbażi tal-“flussi tal-flus nozzjonali soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid” tal-pożizzjonijiet f’kull kategorija/diżaggregazzjoni rilevanti ta’ “self u avvanzi” b’rata fissa u “titoli ta’ dejn” b’rata fissa (id-definizzjoni ta’ “flussi tal-flus nozzjonali soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid” u “data tal-ipprezzar mill-ġdid” kif stipulata fl-Artikolu 1, il-punti (1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857.

0230–0290

Rata Fissa — Riskju ta’ prepagament — Rati tal-prepagament kundizzjonali (medja annwalizzata)

Ir-rata medja annwalizzata tal-prepagament kundizzjonali għandha tiġi rrapportata f’termini annwalizzati, għal kull kategorija rilevanti kif speċifikat fil-Parti III, it-Taqsima 2, ta’ dan l-Anness, bħala r-rata medja annwali ponderata ta’ prepagament, skont l-ammont pendenti f’kull perjodu annwali, sal-waqfien naturali tal-portafoll, tal-portafolli ta’ “self u avvanzi” b’rata fissa u “titoli ta’ dejn” b’rata fissa soġġetti għar-riskju ta’ prepagament.

0300–0330

Rata Fissa — Riskju ta’ tifdija qabel iż-żmien — Dati tal-ipprezzar mill-ġdid medji qabel u wara l-immudellar

Id-dati tal-ipprezzar mill-ġdid medji, imkejla fi snin, għandhom jiġu kkalkulati għal kull kategorija rilevanti, kif speċifikat fil-Parti III, it-Taqsima 2, ta’ dan l-Anness għal “depożiti b’terminu” b’rata fissa soġġetti għar-riskju ta’ tifdija qabel iż-żmien.

Id-dati tal-ipprezzar mill-ġdid medji għandhom jiġu kkalkulati bħala medja ponderata tad-“dati tal-ipprezzar mill-ġdid” u l-ponderazzjoni assenjata abbażi tal-“flussi tal-flus nozzjonali soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid” tal-pożizzjonijiet aggregati f’kull kategorija/diżaggregazzjoni rilevanti (id-definizzjoni ta’ “flussi tal-flus nozzjonali soġġetti għall-ipprezzar mill-ġdid” u “data tal-ipprezzar mill-ġdid” kif stipulata fl-Artikolu 1, il-punti (1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw bħala pożizzjonijiet soġġetti għar-riskju ta’ tifdija qabel iż-żmien, dawk il-pożizzjonijiet biss li għalihom il-klijent ma jġarrabx il-kostijiet ekonomiċi sħaħ tat-tifdija qabel iż-żmien. Il-pożizzjonijiet li għalihom il-klijent iġarrab il-kost ekonomiku sħiħ tat-tifdija qabel iż-żmien ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala soġġetti għar-riskju tat-tifdija qabel iż-żmien għall-finijiet tal-kalkolu.

0340–0370

Rata Fissa — Riskju ta’ tifdija qabel iż-żmien — Rati tat-tifdija qabel iż-żmien (medja kumulattiva)

Ir-rata medja kumulattiva għat-tifdija qabel iż-żmien kundizzjonali għandha tiġi rrapportata għal kull kategorija rilevanti, kif speċifikat fil-Parti III, it-Taqsima 2, ta’ dan l-Anness, bħala l-proporzjon bejn l-ammont mifdi qabel iż-żmien tal-pożizzjonijiet tad-“depożiti b’terminu” b’rata fissa soġġetti għar-riskju ta’ tifdija qabel iż-żmien (għal kull kategorija rilevanti), diviż bl-ammont pendenti kumplessiv tad-“Depożiti b’terminu” b’rata fissa soġġetti għar-riskju tifdija qabel iż-żmien (għal kull kategorija rilevanti).



Kolonni

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010

Ammont nozzjonali

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 05.00; c0010}.

0020

Soġġett għall-immudellar komportamentali (%)

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 05.00; c0040}.

0030

Xenarju ta’ referenza (kuntrattwali)

L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-parametri rilevanti (jiġifieri d-dati tal-ipprezzar mill-ġdid medji) skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali tal-istrumenti sottostanti għall-iskoperturi soġġetti għat-termini u l-karatteristiċi kuntrattwali, fix-xenarju ta’ referenza tar-rati tal-imgħax.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw id-data abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 98(5), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE u stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

Il-mudelli komportamentali jew il-mudelli kundizzjonali (kif speċifikati fl-Artikolu 3(2), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856, ma għandhomx jiġu kkunsidrati għall-finijiet tad-derivazzjoni tal-parametri.

0040

Xenarju ta’ referenza (komportamentali)

L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu l-parametri rilevanti (jiġifieri d-dati tal-ipprezzar mill-ġdid medji) użati għall-iskoperturi soġġetti għall-immudellar komportamentali, li t-twaqqit jew l-ammont tal-flussi tal-flus tagħhom jiddependi fuq il-komportament tal-klijenti, fix-xenarju ta’ referenza tar-rati tal-imgħax.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw id-data abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 98(5), il-punt (a), tad-Direttiva 2013/36/UE u stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856.

0050

Xokk parallel ’il fuq

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0040}.

0060

Xokk parallel ’l isfel

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0050}.

0070

Xokk ta’ żieda fil-kurva tar-rendiment

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0060}.

0080

Xokk ta’ tnaqqis fil-kurva tar-rendiment

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0070}.

0090

Xokk ’il fuq qasir tar-rati

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0080}.

0100

Xokk ’l isfel qasir tar-rati

L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-istess struzzjonijiet kif deskritti f’{J 01.00; r0090}.

PARTI VI

INFORMAZZJONI KWALITATTIVA (J 10.00 u J 11.00)

1.    Rimarki ġenerali

1.1. Il-formoli J 10.00 u J 11.00 fihom data kwalitattiva fuq il-metodoloġiji użati fil-valutazzjoni tal-IRRBB.

1.2. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni rilevanti abbażi ta’ lista predeterminata ta’ opzjonijiet. Ir-ringieli 0320 sa 0360 għandhom jiġu rrapportati għal kull munita b’mod separat li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet meta l-valur kontabilistiku tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji denominati f’munita jammonta għal 5 % jew aktar tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll bankarju, jew inqas minn 5 % jekk is-somma tal-assi jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji inklużi fil-kalkolu tkun inqas minn 90 % tal-assi (esklużi l-assi tanġibbli) jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji totali tal-portafoll bankarju. Ir-ringieli l-oħrajn (minn 0010 sa 0310) ma jiddependux mill-munita.

2.    Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi



Ringiela

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010

Approċċ użat għall-fini tal-SOT (NII/EVE)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw l-approċċ użat għall-fini tal-kalkolu tal-SOT (NII/EVE):

— SA simplifikat;

— SA;

— IMS.

0020

Rekwiżit mill-Awtorità Kompetenti (NII/EVE)

L-Artikolu 84(3) u (4) tad-Direttiva 2013/36/UE. Meta l-metodu tal-istituzzjoni għall-kalkolu tal-EVE/NII jkun ibbażat fuq SA, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw jekk dan kienx rekwiżit mill-awtorità kompetenti:

— iva;

— le;

— mhux applikabbli.

0030

Metodoloġija (NII)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk ġiex ikkunsidrat approċċ ta’ differenza fl-ipprezzar mill-ġdid, rivalwazzjoni sħiħa jew imħallat fil-komputazzjoni tal-SOT fuq l-NII:

— differenza fl-ipprezzar mill-ġdid;

— rivalwazzjoni sħiħa;

— imħallat;

— oħrajn.

0040

Flussi tal-Flus Kundizzjonali (NII)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk il-flussi tal-flus kundizzjonali ġewx ikkunsidrati fil-komputazzjoni tal-SOT fuq l-NII:

— l-entrati materjali kollha;

— xi entrati materjali;

— mhux ikkunsidrati.

0050

Riskju tal-Opzjoni (NII)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk ir-riskju tal-opzjoni ġiex ikkunsidrat fil-komputazzjoni tal-SOT fuq l-NII:

— ikkunsidrat;

— mhux ikkunsidrat.

0060

Riskju ta’ Bażi (NII)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk ir-riskju ta’ bażi ġiex ikkunsidrat fil-komputazzjoni tal-SOT fuq l-NII:

— ikkunsidrat;

— mhux ikkunsidrat.

0070

Metodoloġija (EVE)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk ġiex ikkunsidrat approċċ ta’ differenza fid-durata jew rivalwazzjoni sħiħa fil-komputazzjoni tal-SOT fuq l-EVE:

— differenza fid-durata;

— rivalwazzjoni sħiħa;

— imħallat;

— oħrajn.

0080

Flussi tal-Flus Kundizzjonali (EVE)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk il-flussi tal-flus kundizzjonali ġewx ikkunsidrati fil-komputazzjoni tal-SOT fuq l-EVE:

— l-entrati materjali kollha;

— xi entrati materjali;

— mhux ikkunsidrati.

0090

Riskju tal-Opzjoni (EVE)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk ir-riskju tal-opzjoni ġiex ikkunsidrat fil-komputazzjoni tal-SOT fuq l-EVE.

— ikkunsidrat;

— mhux ikkunsidrat.

0100

Riskju ta’ Bażi (EVE)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk ir-riskju ta’ bażi ġiex ikkunsidrat fil-komputazzjoni tal-SOT fuq l-EVE:

— ikkunsidrat;

— mhux ikkunsidrat.

0110

Marġnijiet kummerċjali/komponenti oħra tal-firxa (EVE)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk il-marġnijiet kummerċjali u l-komponenti l-oħra tal-firxa ġewx inklużi fil-komputazzjoni tal-kejl tar-riskju tal-SOT fuq l-EVE:

— inklużi;

— esklużi.

0120

Tariffi tal-penali mill-prepagamenti tas-self

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk it-tariffi tal-penali mill-prepagamenti tas-self ġewx inklużi bħala parti mill-SOT fuq l-EVE/NII:

— inklużi;

— esklużi.

0130

Obbligi tal-pensjoni/assi ta’ pjanijiet tal-pensjoni

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk l-obbligi tal-pensjoni u l-assi ta’ pjanijiet tal-pensjoni ġewx inklużi fil-kalkolu tal-SOT fuq l-EVE/NII:

— inklużi;

— esklużi.

0140

Skoperturi improduttivi

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk l-iskoperturi improduttivi ġewx inklużi fl-SOT fuq l-EVE/NII:

— inklużi;

— esklużi.

0150

Impenji ta’ self b’rata fissa

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk l-impenji ta’ self b’rata fissa ġewx inklużi fl-SOT fuq l-EVE/NII:

— inklużi;

— esklużi.

0160

Riskju ta’ prepagament

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk ir-riskju ta’ prepagament fil-livell tal-konsumatur ġiex inkluż fil-kalkoli tal-SOT fuq l-EVE/NII:

— inkluż;

— eskluż.

0170

Riskju ta’ tifdija qabel iż-żmien

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk ir-riskju ta’ tifdija qabel iż-żmien fil-livell tal-konsumatur ġiex inkluż fil-kalkolu tal-SOT fuq l-EVE/NII:

— inkluż;

— eskluż.

0180

Approċċ ġenerali għall-immudellar tal-NMDs

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw il-metodu użat biex jiġi ddeterminat il-ħin tal-ipprezzar mill-ġdid komportamentali tal-NMDs:

— il-mudell tas-serje kronoloġika (approċċ PTR/mhux stabbli/EBA Stabbli/Basel);

— il-portafoll tar-replikazzjoni;

— il-mudelli ekonomiċi (l-immudellar tal-allokazzjoni tal-ġid finanzjarju għall-NMDs jew għal investimenti alternattivi skont ix-xenarji tas-suq/il-fatturi ekonomiċi differenti);

— il-ġudizzju espert;

— oħrajn.

0190

Identifikazzjoni tal-bilanċi tal-komponenti ewlenin tal-NMDs

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk jiltaqgħux ma’ xi sfidi fl-identifikar tal-bilanċi ewlenin tal-NMDs mingħajr kundizzjoni għax-xenarju tar-rata tal-interess:

— iva;

— le;

— mhux applikabbli.

0200

Motivaturi rilevanti għall-bilanċi tal-NMDs

L-istituzzjonijiet għandhom jelenkaw l-isem/ismijiet tal-motivatur(i) rilevanti użat(i) biex jidentifikaw il-bilanċi ewlenin.

0210

Bilanċi tal-komponenti ewlenin tal-NMDs (il-klassifikar prudenzjali tal-bilanċi tal-komponenti ewlenin)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw kif jallokaw il-bilanċi ewlenin tal-NMDs:

— il-bilanċi ewlenin kollha allokati f’terminu wieħed biss ta’ pprezzar mill-ġdid;

— il-bilanċi ewlenin allokati f’termini differenti ta’ pprezzar mill-ġdid.

0220

Il-limitu massimu ta’ 5 snin fuq l-ipprezzar mill-ġdid tal-NMDs għall-ġestjoni tar-riskju tal-IRRBB

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk jiġix osservat xi impatt mhux intenzjonat f’termini ta’ ġestjoni tar-riskju u strateġiji tal-iħħeġġjar tal-IRRBB, minħabba l-limitu massimu ta’ 5 snin fuq l-ipprezzar mill-ġdid fl-IMS IRRBB:

— iva;

— le;

— mhux applikabbli.

0230

Eżenzjonijiet għal-limitu massimu ta’ 5 snin fuq l-ipprezzar mill-ġdid tal-NMDs

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk jużawx l-eżenzjonijiet għal-limitu massimu ta’ 5 snin fuq l-ipprezzar mill-ġdid għal kwalunkwe wieħed mill-prodotti tagħhom tal-IRRBB:

— iva;

— le;

— mhux applikabbli.

0240

Immudellar tal-NMDs operazzjonali mill-klijenti finanzjarji

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk l-NMDs mill-klijenti finanzjarji kklassifikati bħala depożiti operazzjonali, li għalihom japplika l-Artikolu 27(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, humiex soġġetti għall-immudellar komportamentali:

— iva;

— le;

— mhux applikabbli.

0250

Bidliet fl-istruttura tal-karta bilanċjali minħabba r-rati tal-imgħax

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw il-bidliet li jkunu saru fl-istruttura tal-karta bilanċjali tagħhom minn mindu sar l-aktar rapportar riċenti dwar l-IRRBB:

— tnaqqis fid-differenza fid-durata bejn l-assi/obbligazzjonijiet permezz ta’ tnaqqis fid-durata tal-assi;

— tnaqqis fid-differenza fid-durata bejn l-assi/obbligazzjonijiet permezz ta’ żieda fid-durata tal-obbligazzjonijiet;

— tnaqqis fid-differenza fid-durata bejn l-assi/obbligazzjonijiet permezz ta’ tnaqqis fid-durata tal-assi u żieda fid-durata tal-obbligazzjonijiet;

— żieda fid-differenza fid-durata permezz ta’ żieda fid-durata tal-assi;

— żieda fid-differenza fid-durata permezz ta’ tnaqqis fid-durata tal-obbligazzjonijiet;

— żieda fid-differenza fid-durata permezz ta’ żieda fid-durata tal-assi u tnaqqis fid-durata tal-obbligazzjonijiet.

0260

Strateġiji tal-mitigazzjoni u tal-iħħeġġjar tal-IRRBB (EVE)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk humiex qegħdin jistennew li jiżviluppaw bidliet fl-istrateġiji tagħhom tal-mitigazzjoni u tal-iħħeġġjar tal-IRR fi kwalunkwe xenarju previst fir-Regolament Delegat (UE) 2024/856 għall-EVE:

— xokk parallel ’il fuq:

— xokk parallel ’l isfel;

— xokk ta’ żieda fil-kurva tar-rendiment;

— xokk ta’ tnaqqis fil-kurva tar-rendiment;

— xokk ’il fuq qasir tar-rati;

— xokk ’l isfel qasir tar-rati.

0270

Strateġiji tal-mitigazzjoni u tal-iħħeġġjar tal-IRRBB (NII)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk humiex qegħdin jistennew li jiżviluppaw bidliet fl-istrateġiji tagħhom tal-mitigazzjoni u tal-iħħeġġjar tal-IRR fi kwalunkwe xenarju previst fir-Regolament Delegat (UE) 2024/856 għall-NII:

— xokk parallel ’il fuq;

— xokk parallel ’l isfel.

0280

SOT fuq il-kejl tar-riskju tal-NII taħt l-Approċċ IMS — PTR tad-Depożiti b’terminu fil-livell tal-konsumatur

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk iwettqux pass-through ta’ 100 % tal-bidliet fir-rati tal-imgħax tas-suq fl-ipprezzar mill-ġdid tad-depożiti b’terminu fil-livell tal-konsumatur wara l-maturità tagħhom fix-xenarju tar-rata tal-interess parallel ta’ +200:

— iva;

— le;

— mhux applikabbli.

0290

SOT fuq il-kejl tar-riskju tal-NII taħt l-Approċċ IMS — PTR tas-Self b’rata fissa fil-livell tal-konsumatur

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk iwettqux pass-through ta’ 100 % tal-bidliet fir-rati tal-imgħax tas-suq fl-ipprezzar mill-ġdid tas-self b’rata fissa fil-livell tal-konsumatur wara l-maturità tiegħu fix-xenarju tar-rata tal-interess parallel ta’ +200:

— iva;

— le;

— mhux applikabbli.

0300

Riskju ta’ bażi

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk iqisux ir-riskju ta’ bażi bħala wieħed materjali:

— iva;

— le;

— mhux applikabbli.

0310

Riskju ta’ kreditu fil-portafoll bankarju (CSRBB, Credit Spread Risk in the Banking Book)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk ikkunsidrawx perimetru ta’ strumenti differenti soġġetti għas-CSRBB, kif imsemmi fl-Artikolu 84(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, għall-metriċi tal-NII u l-EVE:

— iva;

— le;

— mhux applikabbli.

0320

Kurva tar-rendiment mingħajr riskju (skontar fl-SOT fuq l-EVE)

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-kurva tar-rendiment mingħajr riskju li ntużat għall-iskontar f’konformità mal-Artikolu 3(10) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856:

— self interbankarju garantit;

— self interbankarju mil-lum għall-għada mhux garantit;

— self interbankarju b’terminu mhux garantit;

— kurva sovrana;

— kurva speċifika tal-prodott;

— kurva speċifika tal-entità;

— oħrajn.

0330

Kurva tar-rendiment mingħajr riskju (kejl tar-riskju intern tal-EVE)

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-kurva tar-rendiment mingħajr riskju li ntużaw għall-finijiet interni għall-iskontar tal-kejl tar-riskju intern tal-EVE:

— self interbankarju garantit;

— self interbankarju mil-lum għall-għada mhux garantit;

— self interbankarju b’terminu mhux garantit;

— kurva sovrana;

— kurva speċifika tal-prodott;

— kurva speċifika tal-entità;

— oħrajn.

0340

Bidla fis-suppożizzjonijiet materjali (EVE)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk inbidlitx xi suppożizzjoni materjali sottostanti għall-kalkolu tax-xokk superviżorju standard fil-metriċi tal-SOT fuq l-EVE minn mindu sar l-aktar rapportar riċenti:

— iva;

— le;

— mhux applikabbli.

0350

Bidla fis-suppożizzjonijiet materjali (NII)

L-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk inbidlitx xi suppożizzjoni materjali sottostanti għall-kalkolu tax-xokk superviżorju standard fil-metriċi tal-SOT fuq l-NII minn mindu sar l-aktar rapportar riċenti:

— iva;

— le;

— mhux applikabbli.

0360

Rata tal-imgħax minima wara x-xokk (NII/EVE)

F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2024/856, l-istituzzjonijiet għandhom jindikaw jekk ir-rata tal-imgħax minima wara x-xokk li tiddependi mill-maturità hijiex vinkolanti għal xi waħda mill-muniti speċifiċi rrapportati:

— iva;

— le;

— mhux applikabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.