+L-ANNESS

L-ANNESS

L-ANNESS

Responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru għall-passiġġieri u l-bagalji tagħhom

Dan l-avviż ta' informazzjoni jġib fil-qosor ir-regoli ta' responsabbiltà applikati mit-trasportaturi bl-ajru Komunitarji kif meħtieġ mid-dritt Komunitarju u mill-Konvenzjoni ta' Montreal.

Kumpens fil-każ ta' mewt jew korriment

M'hemmx limiti finanzjarji għar-responsabbiltà f'każta' korriment jew mewt tal-passiġġieri. Għal ħsarat sa 100 000 SDR (ammont approssimattiv f'munita lokali) it-trasportatur bl-ajru ma jistax jikkontesta t-talbiet għal kumpens. Għal ammont akbar minn dak, it-trasportatur bl-ajru jista' jiddefendi ruħu kontra talba billi jipprova li ma kienx negliġenti jew inkella b'mod ieħor bi ħtija.

Pagamenti bil-quddiem

Jekk passiġġier imut jew ikorri, it-trasportatur bl-ajru għandu jagħmel pagament bil-quddiem, biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati, fi żmien 15-il ġurnata mill-identifikazzjoni tal-persuna ntitolata għal kumpens. Fil-każ ta' mewt, dan il-pagament bil-quddiem m'għandux ikun anqas minn 16 000 SDR (ammont approssimattiv f'munita lokali).

Dewmien lill-passiġġier

Fil-każ ta' dewmien lill-passiġġier, it-trasportatur bl-ajru huwa responsabbli għall-ħsara sakemm ma jkunx ħa l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jevita l-ħsara jew kien impossibbli jieħu tali miżuri. Ir-responsabbiltà għad-dewmien lill-passiġġieri hi limitata għal 4 150 SDR (ammont approssimattiv f'munita lokali).

Dewmien tal-bagalji

Fil-każ ta' dewmien tal-bagalji, it-trasportatur bl-ajru hu responsabbli għall-ħsara sakemm ma jkunx ħa l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jevita l-ħsara jew kien impossibbli li jieħu tali miżuri. Ir-responsabbiltà għad-dewmien tal-bagalji hi limitata għal 1 000 SDR (ammont approssimattiv f'munita lokali).

Qerda, telf jew ħsara tal-bagalji

It-trasportatur bl-ajru hu responsabbli għall-qerda, telf jew ħsara tal-bagalji sa 1 000 SDR (ammont approssimattiv f'munita lokali). Fil-każ ta' bagalji reġistrati, hu responsabbli anki jekk ma jkollux ħtija, sakemm il-bagalji ma jkunux difettużi. Fil-każ ta' bagalji mhux reġistrati, it-trasportatur ikun responsabbli biss jekk ikollu ħtija.

Limiti ogħla għall-bagalji

Passiġġier jista' jibbenefika minn limitu ta' responsabbiltà ogħla billi jagħmel dikjarazzjoni speċjali mhux aktar tard miċ-check in u jħallas dritt supplementari.

Ilmenti fuq bagalji

F'każ ta' ħsara, dewmien, telf jew qerda tal-bagalji, il-passiġġier għandu jilmenta bil-miktub mal-linja ta' l-ajru malajr kemm jista' jkun. Fil-każ ta' ħsara f'bagalji reġistrati, il-passiġġier għandu jilmenta bil-miktub fi żmien sebat ijiem, u fil-każ ta' dewmien fi żmien 21 ġurnata, fiż-żewġ każijiet mid-data li fiha l-bagalji jiġu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-passiġġier.

Responsabbilità tat-trasportaturi kontraenti u dawk effettivi

Jekk it-trasportatur bl-ajru li fil-fatt jagħmel it-titjira ma jkunx it-trasportatur bl-ajru kontraenti, il-passiġġier ikollu d-dritt jindirizza l-ilment jew jagħmel it-talba għal ħsarat kontra kull wieħed minnhom. Jekk l-isem jew il-kodiċi ta' trasportatur bl-ajru jkun indikat fuq il-biljett, dak it-trasportatur bl-ajru jkun it-trasportatur bl-ajru kontraenti.

Żmien limitu għall-azzjoni

Kull azzjoni bil-qorti għad-danni għandha tiġi magħmula fi żmien sentejn mid-data tal-wasla ta' l-ajruplan, jew mid-data li fiha l-ajruplan kellu jasal.

Bażi ta' l-informazzjoni

Il-bażi tar-regoli imsemmija hawn fuq hija l-Konvenzjoni ta' Montreal tat-28 ta' Mejju 1999, li ġiet implimentata mill-Komunità bir-Regolament (KE) Nru 2027/97 (kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 889/2002) u mil-leġislazzjoni nazzjonali tal-Pajjiżi Membri.


( 1 ) ĠU C 104, ta' l-10.4.1996, p. 18 u ĠU C 29, tat-30.1.1997, p. 10.

( 2 ) ĠU C 212, tat-22.7.1996, p. 38.

( 3 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Settembru 1996 (ĠU C 320, tat-28.10.1996, p. 30), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Frar 1997 (ĠU C 123, tal-21.4.1997, p. 89) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 1997 (ĠU C 182, tas-16.6.1997).

( 4 ) ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.

( 5 ) ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 2.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.05.2002 00:00:00 -Doknr: CELEX:31997R2027
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.