+Artikolu 5 1.

Artikolu 5 1.

Għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament, għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, flimkien ma’ dan li ġej:

(a) 

programm ta’ operazzjonijiet li jispeċifika b’mod partikolari t-tip ta’ servizzi ta’ pagament previsti;

(b) 

pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, inkluż kalkolu ta’ tbassir ta’ baġit għall-ewwel tliet snin finanzjarji li juru li l-applikant jista’ juża s-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri xierqa u proporzjonati biex jopera sew;

(c) 

evidenza li l-istituzzjoni ta’ pagament għandha l-ammont ta’ kapital inizjali previst fl-Artikolu 7;

(d) 

għall-istituzzjonijiet ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 10(1), deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għas-salvagwardja tal-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament f’konformità mal-Artikolu 10;

▼M1

(e) 

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza u tal-mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-applikant, inklużi proċeduri amministrattivi, ta' ġestjoni tar-riskju u ta' kontabbiltà kif ukoll arranġamenti għall-użu tas-servizzi tal-ICT f’konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), li turi li dawk l-arranġamenti ta' governanza u mekkaniżmi ta' kontroll intern huma proporzjonati, adatti, sodi u adegwati;

(f) 

deskrizzjoni tal-proċedura fis-seħħ biex jiġu mmonitorjati, ittrattati u jingħata segwitu għal inċident ta' sigurtà u ilmenti minn konsumaturi marbuta ma' inċidenti ta' sigurtà, inkluż mekkaniżmu ta' rappurtar ta' inċidenti li jqis l-obbligi tan-notifika tal-istituzzjoni ta' pagament stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022/2554;

▼B

(g) 

deskrizzjoni tal-proċess fis-seħħ sabiex jigi ffajljat, immonitorjat, ittrekkjat u ristrett l-aċċess għal data ta’ pagament sensittiva;

▼M1

(h) 

deskrizzjoni ta' arranġamenti tal-kontinwità tal-operat inkluż identifikazzjoni ċara tal-operazzjonijiet kritiċi, politika u pjanijiet ta' kontinwità tal-operat tal-ICT u pjanijiet ta' rispons u ta' rkupru tal-ICT effettivi u proċedura biex b'mod regolari jiġu ttestjati u rieżaminati l-adegwatezza u l-effiċjenza ta' dawn il-pjanijiet f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554;

▼B

(i) 

deskrizzjoni tal-prinċipji u d-definizzjonijiet applikati għall-ġbir ta’ data ta’ statistika dwar prestazzjoni, tranżazzjonijiet u frodi;

(j) 

dokument ta’ politika ta’ sigurtà, inkluża valutazzjoni dettaljata tar-riskju fir-rigward tas-servizzi ta’ pagament tagħha u deskrizzjoni tal-miżuri ta’ kontroll u ta’ mitigazzjoni fir-rigward ta’ sigurtà meħuda biex jipproteġu b’mod xieraq l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kontra r-riskji identifikati, inklużi frodi u użu illegali ta’ data sensittiva u personali;

(k) 

għall-istituzzjonijiet ta’ pagament soġġetti għall-obbligi fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu taħt id-Direttiva (UE) 2015/849/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u r-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll li l-applikant ikun stabbilixxa sabiex jikkonforma ma’ dawk l-obbligi;

(l) 

deskrizzjoni tal-organizzazzjoni strutturali tal-applikant, inkluża, meta applikabbli, deskrizzjoni tal-użu intenzjonat tal-aġenti u tal-fergħat u tal-verifiki mhux fuq is-sit u fuq is-sit li l-applikant jintrabat li jwettaq fuqhom mill-anqas kull sena, kif ukoll deskrizzjoni ta’ arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni, u l-parteċipazzjoni tagħha f’sistema ta’ pagament nazzjonali jew internazzjonali;

(m) 

l-identità ta’ persuni li għandhom fil-kapital tal-applikant, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni kwalifikata fis-sens tal-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, id-daqs tal-holdings tagħhom u evidenza tal-adegwatezza tagħhom b’kont meħud tal-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti ta’ istituzzjoni ta’ pagament;

(n) 

l-identità tad-diretturi u tal-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-istituzzjoni ta’ pagament u, fejn rilevanti, il-persuni responsabbli għall-amministrazzjoni tal-attivitajiet ta’ servizzi ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament, kif ukoll prova li huma ta’ fama tajba u għandhom l-għarfien u l-esperjenza adegwata biex iwettqu servizzi ta’ pagament kif determinat mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-istituzzjoni ta’ pagament;

(o) 

meta applikabbli, l-identità tal-awdituri statutorji u tal-kumpaniji tal-awditjar kif definit fid-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );

(p) 

l-istatus legali tal-applikant u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni;

(q) 

l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-applikant.

Għall-finijiet tal-punti (d), (e) (f) u (l) tal-ewwel subparagrafu, l-applikant jagħti deskrizzjoni tal-arranġamenti tiegħu ta’ awditjar u l-arranġamenti organizzattivi li jkun stabbilixxa bil-ħsieb li jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jitħarsu l-interessi tal-utenti tiegħu u biex jiżgura kontinwità u kredibbiltà fil-prestazzjoni ta’ servizzi ta’ pagament.

Il-kontroll tas-sigurtà u l-miżuri ta' mitigazzjoni msemmija fil-punt (j) tal-ewwel subparagrafu, għandhom jindikaw kif dawn jiżguraw livell għoli ta' reżiljenza operazzjonali diġitali f'konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/2554, b'mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà teknika u protezzjoni tad-data, inkluż għas-software u għas-sistemi tal-ICT użati mill-applikant jew l-impriżi li lilhom jesternalizza l-operazzjonijiet kollha tiegħu jew parti minnhom. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu wkoll il-miżuri ta' sigurtà stabbiliti fl-Artikolu 95(1) ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri għandhom iqisu l-linji gwida tal-EBA dwar miżuri ta' sigurtà kif imsemmija fl-Artikolu 95(3) ta' din id-Direttiva, meta fis-seħħ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.