+Artikolu 9 Kalkolu ta’ Fondi proprji
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
|
Artikolu 9 Kalkolu ta’ Fondi proprji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Minkejja r-rekwiżiti ta’ kapital inizjali stabbiliti fl-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament, ħlief dawk li joffru biss is-servizzi kif imsemmija fil-punti (7) jew (8), jew it-tnejn li huma, tal-Anness I, ikollhom, fi kwalunkwe ħin, fondi proprji kkalkolati skont wieħed mit-tliet metodi li ġejjin, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali:
Metodu A
Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas 10 % tal-ispejjeż ġenerali fissi tagħha tas-sena preċedenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dik il-ħtieġa fil-każ ta’ bidla materjali fin-negozju tal-istituzzjoni ta’ pagament mis-sena preċedenti ‘l hawn. Fejn istituzzjoni ta’ pagament ma tkunx ikkompletat sena sħiħa ta’ negozju fid-data tal-kalkolu, ir-rekwiżit għandu jkun li l-fondi proprji jammontaw għal mill-inqas 10 % tal-ispejjeż ġenerali fissi korrispondenti kif previst fil-pjan tan-negozju tagħha, sakemm ma jkunx rikjest mill-awtoritajiet kompetenti aġġustament għal dak il-pjan.
Metodu B
Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas is-somma tal-elementi li ġejjin multiplikata bil-fattur ta’ skalar k iddefinit fil-paragrafu 2, fejn il-volum ta’ pagament (PV) jirrappreżenta parti waħda minn tnax tal-ammont totali tat-tranżazzjonjiet ta’ pagament imwettqa mill-istituzzjoni ta’ pagament fis-sena preċedenti:
(a)
4,0 % tal-porzjon ta’ PV sa EUR 5 miljun,
magħdud ma’
(b)
2,5 % tal-porzjon ta’ PV ‘il fuq minn EUR 5 miljun sa EUR 10 miljun,
magħdud ma’
(c)
1 % tal-porzjon ta’ PV ‘il fuq minn EUR 10 miljun sa EUR 100 miljun,
magħdud ma’
(d)
0,5 % tal-porzjon ta’ PV ‘il fuq minn EUR 100 miljun sa EUR 250 miljun,
magħdud ma’
(e)
0,25 % tal-porzjon ta’ PV ‘il fuq minn EUR 250 miljun.
Metodu C
Il-fondi proprji tal-istituzzjoni ta’ pagament għandhom jammontaw għal mill-inqas l-indikatur rilevanti definit fil-punt (a), immultiplikat bil-fattur multiplikatur iddefinit fil-punt (b) u bil-fattur ta’ skalar k iddefinit fil-paragrafu 2.
(a)
L-indikatur rilevanti huwa s-somma ta’ dan li ġej:
(iii)
kummissjonijiet u tariffi riċevuti; u
(iv)
introjtu operattiv ieħor.
Kull element għandu jiġi inkluż fis-somma bis-sinjal pożittiv jew negattiv tiegħu. Introjtu minn elementi straordinarji jew irregolari ma għandux jintuża fil-kalkolu tal-indikatur rilevanti. In-nefqa tal-esternalizzazzjoni ta’ servizzi li jingħataw minn partijiet terzi tista’ tnaqqas l-indikatur rilevanti jekk in-nefqa tiġġarrab minn impriża soġġetta għal superviżjoni skont din id-Direttiva. L-indikatur rilevanti huwa kkalkolat abbażi tal-aħħar 12-il osservazzjoni mensili fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti. L-indikatur rilevanti jiġi kkalkolat fuq is-sena finanzjarja preċedenti. Madankollu fondi proprji kkalkolati skont il-Metodu C ma għandhomx jaqgħu taħt it-80 % tal-medja tat-tliet snin finanzjarji preċedenti għall-indikatur rilevanti. Meta ċ-ċifri awditjati ma jkunux disponibbli, jistgħu jintużaw stimi tan-negozju.
(b)
Il-fattur ta’ multiplikatur għandu jkun:
(i)
10 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti sa EUR 2,5 miljun;
(ii)
8 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 2,5 miljun sa EUR 5 miljun;
(iii)
6 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 5 miljun sa EUR 25 miljun;
(iv)
3 % tal-porzjon tal-indikatur rilevanti minn EUR 25 miljun sa EUR 50 miljun;
(v)
1,5 % ‘il fuq minn EUR 50 miljun.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Il-fattur ta’ skalar k li għandu jintuża fil-Metodi B u C għandu jkun:
(a)
0,5 meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi biss is-servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (6) tal-Anness I;
(b)
1 meta l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi kwalunkwe wieħed mis-servizzi ta’ pagament kif imsemmijin fil-punti (1) sa (5) tal-Anness I.
|
|
Artikolu 9 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, abbażi ta’ evalwazzjoni tal-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju, tal-bażi tad-data dwar ir-riskji ta’ telf u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni ta’ pagament, jesiġu li l-istituzzjoni ta’ pagament ikollha ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % ogħla mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu magħżul skont il-paragrafu 1, jew jippermettu li l-istituzzjoni ta’ pagament ikollha ammont ta’ fondi proprji li jkun sa 20 % aktar baxx mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-metodu magħżul skont il-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|