+Artikolu 10 Salvagwardja tar-rekwiżiti
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
|
Artikolu 10 Salvagwardja tar-rekwiżiti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament li jipprovdu servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punti (1) sa (6) tal-Anness I ta’ din id-Direttiva u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE jissalvagwardjaw il-fondi kollha li ġew riċevuti mill-utenti ta’ servizzi ta’ pagament jew permezz ta’ fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ pagament għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, b’wieħed mill-modi li ġejjin:
(a)
fl-ebda ħin il-fondi ma għandhom jitħalltu mal-fondi ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minbarra l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament li f’isimhom ikunu miżmuma l-fondi u, meta jkunu għadhom miżmuma mill-istituzzjoni ta’ pagament jew mill-istituzzjoni tal-flus elettroniċi u jkunu għadhom ma ngħatawx lill-benefiċjarju jew trasferiti lil fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor sa tmiem il-jum ta’ negozju wara l-jum meta l-fondi jkun ġew riċevuti, għandhom jiġu depożitati f’kont separat f’istituzzjoni ta’ kreditu jew f’bank ċentrali fid-diskrezzjoni ta’ dak il-bank ċentrali, jew investiti f’assi likwidi siguri u b’riskju baxx kif definit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju; u għandhom jiġu protetti f’konformità mal-liġi nazzjonali fl-interess tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kontra pretensjonijiet ta’ kredituri oħra tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, b’mod partikolari f’każ ta’ insolvenza;
(b)
il-fondi għandhom ikunu koperti minn polza ta’ assigurazzjoni jew minn xi garanzija komparabbli oħra minn kumpanija tal-assigurazzjoni jew istituzzjoni tal-kreditu, li ma tagħmilx parti mill-istess grupp bħall-istituzzjoni ta’ pagament jew istituzzjoni tal-flus elettroniċi innifisha, għal ammont ekwivalenti għal dak li jkun ġie segregat fin-nuqqas ta’ polza tal-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli oħra, pagabbli fil-każ li l-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Fejn istituzzjoni ta’ pagament tkun meħtieġa tissalvagwardja fondi taħt il-paragrafu 1 u porzjon ta’ dawk il-fondi ser jintuża għal tranżazzjonjiet ta’ ħlas futuri fejn l-ammont li jifdal ser jintuża għal servizzi mhux ta’ pagament, dik il-parti tal-fondi li ser tintuża għal tranżazzjonjiet ta’ pagament futuri għandha tkun soġġetta wkoll għar-rekwiżiti tal-paragrafu 1. Meta dak il-porzjon ikun varjabbli jew mhux magħruf minn qabel, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament japplikaw dan il-paragrafu abbażi ta’ porzjon rappreżentattiv li hu preżunt li jintuża għal servizzi ta’ pagament dment li tali porzjon rappreżentattiv jista’ jiġi stmat b’mod raġonevoli abbażi tad-data storika b’mod li jissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|