+Artikolu 23 Superviżjoni
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
|
Artikolu 23 Superviżjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontrolli li jeżerċitaw l-awtoritajiet kompetenti biex jikkontrollaw il-konformità kontinwa ma’ dan it-Titolu jkunu proporzjonati, adegwati u responsivi għar-riskji li għalihom ikunu esposti l-istituzzjonijiet ta’ pagament. Biex tkun ikkontrollata l-konformità ma’ dan it-Titolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, ikunu intitolati jieħdu l-passi li ġejjin:
(a)
jesiġu li l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex tkun monitorjata l-konformità filwaqt li tispeċifika l-iskop tat-talba, kif adatt, u l-limitu taż-żmien sa meta għandha tingħata l-informazzjoni;
(b)
iwettqu spezzjonijiet fil-post tal-istituzzjoni ta’ pagament, ta’ kwalunkwe aġent jew fergħa li tforni servizzi ta’ pagament taħt ir-responsabbiltà tal-istituzzjoni ta’ pagament, jew ta’ kwalunkwe entità li lilha jiġu esternalizzati l-attivitajiet;
(c)
joħorġu rakkomandazzjonijiet, linji gwida u, jekk applikabbli, dispożizzjonijiet amministrattivi vinkolanti;
(d)
jissospendu jew jirtiraw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 13.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri għall-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom, jistgħu, bħal kontra l-istituzzjonijiet ta’ pagament jew dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament li jiksru liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw is-superviżjoni jew is-segwitu tan-negozju tagħhom ta’ servizzi ta’ pagament, jadottaw jew jimponu fir-rigward tagħhom penali jew miżuri mmirati b’mod speċifiku biex itemmu l-ksur osservat jew il-kawżi ta’ tali ksur.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Minkejja r-rekwiżiti tal-Artikolu 7, l-Artikolu 8(1) u (2) u l-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu intitolati jieħdu l-passi deskritti taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex jiżguraw kapital suffiċjenti għas-servizzi ta’ pagament, b’mod partikolari fejn l-attivitajiet ta’ servizzi mhux ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament jagħmlu ħsara jew x’aktarx li jagħmlu ħsara lis-solidità finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ pagament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|