+Artikolu 30 Miżuri f’każ ta’ nonkonformità, inklużi miżuri prekawzjonarji
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
|
Artikolu 30 Miżuri f’każ ta’ nonkonformità, inklużi miżuri prekawzjonarji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti taċċerta li istituzzjoni ta’ pagament b’aġenti jew fergħat fit-territorju tiegħu ma tikkonformax ma’ dan it-Titolu jew mal-liġi nazzjonali li jittrasponu t-Titolu III jew IV, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, wara li tkun evalwat l-informazzjoni li tkun irċeviet f’konformità mal-ewwel subparagrafu, għandha, mingħajr dewmien żejjed, tieħu l-miżuri adegwati kollha biex tiżgura li l-istituzzjoni ta’ pagament ikkonċernata ttemm is-sitwazzjoni irregolari tagħha. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tikkomunika dawk il-miżuri mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat.
|
|
Artikolu 30 2.
|
F’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, meta tkun neċessarja azzjoni immedjata biex tiġi indirizzata theddida serja għall-interessi kollettivi tal-utenti ta’ servizz ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, b’mod parallel għall-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet kompetenti u sakemm jittieħdu miżuri mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju kif stabbilit fl-Artikolu 29, jieħdu miżuri prekawzjonarji.
|
|
Artikolu 30 3.
|
Kwalunkwe miżura prekawzjonarja taħt il-paragrafu 2 għandha tkun xierqa u proporzjonata għall-fini tagħha li tipproteġi kontra theddida serja għall-interessi kollettivi tal-utenti ta’ servizz ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti. Dawn ma għandhomx jirriżultaw fi preferenza għal utenti ta’ servizz ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament fl-Istat Membru ospitanti fuq utenti ta’ servizz ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament fi Stati Membri oħrajn. Il-miżuri prekawzjonarji għandhom ikunu temporanji u għandhom jintemmu meta jiġi indirizzat it-theddid serju identifikat, inkluż bl-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta’ domiċilju jew tal-EBA, jew f’kooperazzjoni magħhom, kif previst fl-Artikolu 27(1).
|
|
Artikolu 30 4.
|
Fejn ikun kompatibbli mas-sitwazzjoni ta’ emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitant għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ta’ domiċilju u dawk ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat, il-Kummissjoni u l-EBA u fi kwalunkwe każ mingħajr dewmien żejjed, bil-miżuri prekawzjonarji meħudin taħt il-paragrafu 2 u bil-ġustifikazzjoni tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|