+Artikolu 35 Aċċess għas-sistemi ta’ pagament
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
|
Artikolu 35 Aċċess għas-sistemi ta’ pagament
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli dwar l-aċċess ta’ fornituri ta’ servizz ta’ pagament awtorizzati jew reġistrati li huma persuni ġuridiċi għal sistemi ta’ pagament huma oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati u li huma ma jxekklux l-aċċess aktar milli jkun meħtieġ għas-salvagwardja kontra riskji speċifiċi bħar-riskju ta’ saldu, ir-riskju operazzjonali u r-riskju tan-negozju u għall-protezzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u operazzjonali tas-sistema ta’ pagament. Is-sistemi ta’ pagament ma għandhom jimponu l-ebda waħda mir-rekwiżiti li ġejjin fuq fornituri tas-servizzi ta’ pagament, fuq utenti tas-servizzi ta’ pagament jew fuq sistemi oħra ta’ pagament:
(a)
regola restrittiva dwar parteċipazzjoni effettiva f’sistemi oħra ta’ pagament;
(b)
regola li tiddiskrimina bejn fornituri awtorizzati ta’ servizzi ta’ pagament jew bejn fornituri reġistrati ta’ servizzi ta’ pagament f’relazzjoni mad-drittijiet, l-obbligi u dak li jkunu intitolati għalih il-parteċipanti;
(c)
restrizzjoni abbażi tal-istatus istituzzjonali.
|
|
Artikolu 35 2.
|
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal sistemi ta’ pagament magħmula esklużivament minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jappartjenu għal grupp.
|
|
Artikolu 35 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta parteċipant f’sistema ta’ pagament maħtura skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
) jippermetti li fornitur awtorizzat jew reġistrat ta’ servizzi ta’ pagament li mhux parteċipant fis-sistema jgħaddi ordnijiet ta’ trasferiment permezz tas-sistema dak il-parteċipant għandu, meta jintalab, jagħti l-istess opportunità b’mod oġġettiv, proporzjonat u nondiskriminatorju lil fornituri awtorizzati jew reġistrati oħrajn ta’ servizzi ta’ pagament skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-parteċipant għandu jagħti r-raġunijiet sħaħ għal kwalunkwe ċaħda lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jkun qed jagħmel talba.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|