+Artikolu 35a Kundizzjonijiet għat-talba ta’ parteċipazzjoni f’sistemi ta’ pagament deżinjati
---+Artikolu 35a 1.
---+Artikolu 35a 2.
|
Artikolu 35a Kundizzjonijiet għat-talba ta’ parteċipazzjoni f’sistemi ta’ pagament deżinjati
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35a 1.
|
Bħala salvagwardja għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistemi ta’ pagament, l-istituzzjonijiet ta’ pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li jitolbu l-parteċipazzjoni u li jipparteċipaw f’sistemi deżinjati skont id-Direttiva 98/26/KE għandu jkollhom fis-seħħ dan li ġej:
(a)
deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għas-salvagwardja tal-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament;
(b)
deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern għas-servizzi ta’ pagament jew għas-servizzi tal-flus elettroniċi li jkun beħsiebu jipprovdi, inkluż il-proċeduri amministrattivi, tal-ġestjoni tar-riskju u kontabilistiċi, tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi u deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-użu ta’ servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, relatati mal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
); u
(c)
pjan ta’ stralċ f’każ ta’ falliment.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu:
(a)
meta l-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tissalvagwardja l-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament billi tiddepożita fondi f’kont separat f’istituzzjoni ta’ kreditu jew permezz ta’ investiment f’assi siguri, likwidi u b’riskju baxx kif definit mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, id-deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għal tali salvagwardja għandu jkun fiha, kif applikabbli:
(i)
deskrizzjoni tal-politika ta’ investiment biex jiġi żgurat li l-assi li jintgħażlu jkunu likwidi, siguri u b’riskju baxx;
(ii)
in-numru ta’ persuni li għandhom aċċess għall-kont ta’ salvagwardja u l-funzjonijiet tagħhom;
(iii)
deskrizzjoni tal-proċess amministrattiv u ta’ rikonċiljazzjoni biex jiġi żgurat li l-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament ikunu protetti fl-interess tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament kontra pretensjonijiet ta’ kredituri oħra tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, b’mod partikolari f’każ ta’ insolvenza;
(iv)
kopja tal-abbozz ta’ kuntratt mal-istituzzjoni ta’ kreditu;
(v)
dikjarazzjoni espliċita mill-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi ta’ konformità mal-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva;
(b)
meta l-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tissalvagwardja l-fondi tal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament permezz ta’ polza tal-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli minn kumpanija tal-assigurazzjoni jew istituzzjoni ta’ kreditu, id-deskrizzjoni tal-miżuri meħuda għal tali salvagwardja għandu jkun fiha dan li ġej:
(i)
konferma li l-polza tal-assigurazzjoni jew garanzija komparabbli minn kumpanija tal-assigurazzjoni jew istituzzjoni ta’ kreditu hija minn entità li mhijiex parti mill-istess grupp ta’ ditti bħall-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi;
(ii)
dettalji tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-polza tal-assigurazzjoni jew il-garanzija komparabbli tkun biżżejjed biex tissodisfa l-obbligi ta’ salvagwardja tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi f’kull ħin;
(iii)
it-tul ta’ żmien u t-termini tat-tiġdid tal-kopertura;
(iv)
kopja tal-ftehim ta’ assigurazzjoni jew tal-garanzija komparabbli, jew abbozzi tagħhom.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), id-deskrizzjoni għandha turi li l-arranġamenti ta’ governanza, il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-arranġamenti għall-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni kif imsemmi f’dak il-punt huma proporzjonati, xierqa, sodi u adegwati. Barra minn hekk, l-arranġamenti ta’ governanza u l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern għandhom jinkludu:
(a)
immappjar tar-riskji identifikati mill-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi, inkluż it-tip ta’ riskji u l-proċeduri li l-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi għandhom fis-seħħ jew ser jistabbilixxu biex jivvalutaw u jipprevjenu tali riskji;
(b)
il-proċeduri differenti sabiex jitwettqu kontrolli perjodiċi u permanenti, inkluż il-frekwenza u r-riżorsi umani allokati;
(c)
il-proċeduri kontabilistiċi li bihom l-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tirreġistra u tirrapporta l-informazzjoni finanzjarja tagħha;
(d)
l-identità tal-persuna jew tal-persuni responsabbli għall-funzjonijiet ta’ kontroll intern, inkluż għall-kontroll perjodiku, permanenti u tal-konformità, kif ukoll curriculum vitae aġġornata ta’ dik il-persuna jew dawk il-persuni;
(e)
l-identità ta’ kwalunkwe awditur li ma jkunx awditur statutorju kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 2, tad-Direttiva 2006/43/KE;
(f)
il-kompożizzjoni tal-korp maniġerjali u, jekk applikabbli, ta’ kwalunkwe korp jew kumitat ta’ sorveljanza ieħor;
(g)
deskrizzjoni tal-mod kif il-funzjonijiet esternalizzati jiġu mmonitorjati u kkontrollati sabiex jiġi evitat tfixkil fil-kwalità tal-kontrolli interni tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi;
(h)
deskrizzjoni tal-mod li bih kwalunkwe aġent u fergħa huma mmonitorjati u kkontrollati fi ħdan il-qafas tal-kontrolli interni tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi;
(i)
meta l-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi tkun is-sussidjarju ta’ entità regolata fi Stat Membru ieħor, deskrizzjoni tal-governanza tal-grupp.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), il-pjan ta’ stralċ għandu jiġi adattat għad-daqs u l-mudell tan-negozju previst tal-istituzzjoni ta’ pagament jew tal-istituzzjoni tal-flus elettroniċi u għandu jinkludi deskrizzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni li għandhom jiġu adottati mill-istituzzjoni ta’ pagament jew l-istituzzjoni tal-flus elettroniċi fil-każ tat-terminazzjoni tas-servizzi ta’ pagament tiegħu, li jiżguraw l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament pendenti u t-terminazzjoni ta’ kuntratti eżistenti.
|
|
Artikolu 35a 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-proċedura li biha tiġi vvalutata l-konformità mal-paragrafu 1. Dik il-proċedura tista’ tieħu l-forma ta’ awtovalutazzjoni, ta’ rekwiżit għal deċiżjoni espliċita mill-awtorità kompetenti, jew ta’ kwalunkwe proċedura oħra li għandha l-għan li tiżgura li l-istituzzjonijiet ta’ pagament u l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kkonċernati jikkonformaw mal-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|