+Artikolu 42 Deroga minn rekwiżiti ta’ informazzjoni għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
|
Artikolu 42 Deroga minn rekwiżiti ta’ informazzjoni għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 42 1.
|
Fil-każijiet ta’ strumenti ta’ pagament li, skont il-kuntratt qafas rilevanti, jikkonċernaw biss tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali li ma jeċċedux EUR 30 jew li għandhom limitu ta’ nfiq ta’ EUR 150 jew li jaħżnu fondi li fl-ebda ħin ma jeċċedu EUR 150:
(a)
b’deroga mill-Artikoli 51, 52 u 56, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lil min iħallas biss b’informazzjoni dwar il-karatteristiċi prinċipali tas-servizz ta’ pagament, inkluż il-mod kif l-istrument ta’ pagament jista’ jintuża, ir-responsabbiltà, l-imposti mitluba u informazzjoni materjali oħra meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni informata kif ukoll indikazzjoni ta’ fejn isiru disponibbli b’mod faċilment aċċessibbli kwalunkwe informazzjoni u kundizzjonijiet oħrajn speċifikati fl-Artikolu 52;
(b)
jista’ jiġi maqbul li, b’deroga mill-Artikolu 54, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhuwiex rikjest li jipproponi tibdil għall-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 51(1);
(c)
jista’ jiġi maqbul li, b’deroga mill-Artikoli 57 u 58, wara l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament:
(i)
il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdi jew jagħmel disponibbli biss referenza li tippermetti lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament, l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament, kwalunkwe imposta u/jew, fil-każ ta’ bosta tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-istess tip magħmula lill-istess benefiċjarju, informazzjoni dwar l-ammont totali u l-imposti għal dawk it-tranżazzjonijiet ta’ pagament;
(ii)
il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhuwiex rikjest li jipprovdi jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-punt (i) jekk l-istrument ta’ pagament jintuża b’mod anonimu jew jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament altrimenti ma jkunx teknikament f’pożizzjoni li jipprovdiha. Madankollu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lill-pagatur bil-possibbiltà li jivverifika l-ammont tal-fondi maħżuna.
|
|
Artikolu 42 2.
|
Għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jnaqqsu jew jirdoppjaw l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jżidu dawk l-ammonti sa EUR 500 fil-każ ta’ strumenti ta’ pagament imħallsa minn qabel.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|