+Artikolu 48 Informazzjoni għall-pagatur wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament

Artikolu 48 Informazzjoni għall-pagatur wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament

Artikolu 48

Informazzjoni għall-pagatur wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament

Immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament, il-fornitur tas-servizzi tal-pagament tal-pagatur għandu jipprovdi jew jagħmel disponibbli lill-pagatur, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1), id-data kollha li ġejja fir-rigward tas-servizzi tiegħu:

(a) 

referenza li tippermetti lill-pagatur jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u, meta jkun xieraq, informazzjoni dwar il-benefiċjarju;

(b) 

l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta użata fl-ordni ta’ pagament;

(c) 

l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament pagabbli mill-pagatur u, meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammonti ta’ tali imposti;

(d) 

fejn applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew referenza għal din, meta tkun differenti mir-rata prevista skont il-punt (d) tal-Artikolu 45(1), u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament wara l-kambju f’dik il-valuta;

(e) 

id-data tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.