+Artikolu 49 Informazzjoni għall-benefiċjarju wara l-esekuzzjoni

Artikolu 49 Informazzjoni għall-benefiċjarju wara l-esekuzzjoni

Artikolu 49

Informazzjoni għall-benefiċjarju wara l-esekuzzjoni

Immedjatament wara l-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament, il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-benefiċjarju, jew jagħmel disponibbli lill-benefiċjarju, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1), id-data kollha li ġejja fir-rigward tas-servizzi tiegħu:

(a) 

referenza li tippermetti lill-benefiċjarju jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn ikun xieraq, il-pagatur, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;

(b) 

l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta li fiha l-fondi jkunu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju;

(c) 

l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament pagabbli mill-benefiċjarju u, meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammont ta’ tali imposti;

(d) 

meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament qabel dak il-kambju tal-valuta;

(e) 

id-data tal-valur tal-kreditu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.