+Artikolu 54 Bidliet fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.

Artikolu 54 Bidliet fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 54 1.
Kwalunkwe bidla fil-kuntratt qafas jew fl-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 52 għandhom ikunu proposti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 51(1) u mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data ta’ applikazzjoni proposta tagħhom. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jaċċetta jew jirrifjuta l-bidliet qabel id-data proposta għad-dħul fis-seħħ tagħhom.

Fejn applikabbli skont il-punt (6)(a) tal-Artikolu 52, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li huwa ser jitqies li aċċetta dawk il-bidliet jekk ma jgħarrafx lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ tagħhom li mhumiex aċċettati. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu wkoll jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li, fl-eventwalità li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jirrifjuta dawk il-bidliet, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikollu d-dritt jittermina l-kuntratt qafas mingħajr ħlas u b’effett fi kwalunkwe mument sad-data li fiha l-bidla kienet tapplika.

Artikolu 54 2.
Bidliet fir-rati ta’ imgħax jew tal-kambju jistgħu jiġu applikati immedjatament u mingħajr avviż, sakemm tali dritt ikun miftiehem fil-kuntratt qafas u sakemm il-bidliet fir-rati tal-imgħax jew tal-kambju jkunu bbażati fuq ir-rati ta’ imgħax jew ta’ kambju ta’ referenza miftehma skont il-punti (3)(b) u (c) tal-Artikolu 52. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkun infurmat bi kwalunkwe bidla fir-rata tal-imgħax mal-ewwel opportunità bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 51(1), sakemm il-partijiet ma jkunux ftehmu dwar frekwenza jew mod speċifiku li bih l-informazzjoni għandha tkun fornuta jew issir disponibbli. Madankollu, bidliet fir-rati tal-imgħax jew tal-kambju li huma aktar favorevoli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament, jistgħu jiġu applikati mingħajr avviż.
Artikolu 54 3.
Bidliet fir-rata tal-imgħax jew tal-kambju użata fi tranżazzjonijiet ta’ pagament għandhom jiġu implimentati u kkalkulati b’mod newtrali li ma jiddiskriminax kontra l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.