+Artikolu 65 Konferma dwar id-disponibbiltà tal-fondi
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
---+Artikolu 65 4.
---+Artikolu 65 5.
---+Artikolu 65 6.
|
Artikolu 65 Konferma dwar id-disponibbiltà tal-fondi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 65 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu, fuq it-talba ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li joħroġ strumenti ta’ pagament permezz ta’ kard, jikkonferma minnufih jekk l-ammont meħtieġ biex isir pagament permezz ta’ kard ikunx disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-pagatur, sakemm jitħarsu l-kundizzjonijiet kollha mniżżla hawn taħt:
(a)
il-kont ta’ pagament tal-pagatur ikun aċċessibbli online fil-ħin tat-talba;
(b)
il-pagatur ikun ta kunsens espliċitu biex il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont iwieġeb għal talbiet minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament speċifiku biex jikkonferma li l-ammont korrispondenti għal ċerta tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ kard ikun disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-pagatur;
(c)
il-kunsens imsemmi fil-punt (b) jeħtieġ li jingħata qabel issir l-ewwel talba għal konferma.
|
|
Artikolu 65 2.
|
Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jitlob il-konferma msemmija fil-paragrafu 1 meta jitħarsu l-kundizzjonijiet kollha mniżżla hawn taħt:
(a)
il-pagatur ikun ta kunsens espliċitu lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament biex dan jitlob il-konferma msemmija fil-paragrafu 1;
(b)
il-pagatur ikun beda t-tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ kard għall-ammont inkwistjoni bl-użu ta’ strument ta’ pagament permezz ta’ kard maħruġ mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.
(c)
il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jawtentika lilu nnifsu mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont qabel kull talba għal konferma, u jikkomunika b’mod sikur mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1);
|
|
Artikolu 65 3.
|
Bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE il-konferma msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti biss fi tweġiba sempliċi ta’ “iva” jew “le” u mhux f’dikjarazzjoni tal-bilanċ fil-kont. Dik it-tweġiba ma għandhiex tinħażen jew tintuża għal finijiet għajr biex issir it-tranżazzjoni ta’ pagament permezz ta’ kard.
|
|
Artikolu 65 4.
|
Il-konferma msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tippermetti lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jimblokka fondi fil-kont ta’ pagament tal-pagatur.
|
|
Artikolu 65 5.
|
Il-pagatur jista’ jitlob lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont jikkomunika lill-pagatur l-identifikazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u t-tweġiba mogħtija.
|
|
Artikolu 65 6.
|
Dan l-Artikolu ma japplikax għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdijin permezz ta’ strumenti ta’ pagament permezz ta’ kard li fuqhom hemm maħżuna flus elettroniċi kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|