+Artikolu 66 Regoli dwar l-aċċess għall-kont ta’ pagament fil-każ ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament
---+Artikolu 66 1.
---+Artikolu 66 2.
---+Artikolu 66 3.
---+Artikolu 66 4.
---+Artikolu 66 5.
|
Artikolu 66 Regoli dwar l-aċċess għall-kont ta’ pagament fil-każ ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 66 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pagatur ikollu dritt juża fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament biex jikseb servizzi ta’ pagament kif imsemmi fil-punt (7) tal-Anness I. Id-dritt li jintuża fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ma għandux japplika meta l-kont tal-pagament ma jkunx aċċessibbli online.
|
|
Artikolu 66 2.
|
Meta l-pagatur jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu biex jiġi esegwit pagament skont l-Artikolu 64, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jwettaq l-azzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-pagatur li juża s-servizz ta’ bidu ta’ pagament.
|
|
Artikolu 66 3.
|
Il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu:
(a)
fl-ebda ħin ma jżomm il-fondi tal-pagatur b’rabta mal-għoti ta’ servizz ta’ bidu ta’ pagament;
(b)
jiżgura li l-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunux, bl-eċċezzjoni tal-utent u min joħroġ il-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà, aċċessibbli għal partijiet oħrajn u li jintbagħtu mill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament b’mezzi sikuri u effiċjenti;
(c)
jiżgura li kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-utent ta’ servizzi ta’ pagament, miksuba waqt l-għoti ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, tingħata biss lill-benefiċjarju u biss bil-kunsens espliċitu tal-utent tas-servizz ta’ pagament;
(d)
kull darba li jinbeda pagament, jidentifika lilu nnifsu mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur u jikkomunika mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, mal-pagatur u mal-benefiċjarju b’mod sikur, skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1);
(e)
ma jaħżinx data sensittiva dwar il-pagament tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament;
(f)
ma jitlob l-ebda data mingħand l-utent ta’ servizz ta’ pagament ħlief dik meħtieġa biex jingħata s-servizz ta’ bidu ta’ pagament;
(g)
ma juża, jaċċedi jew jaħżen l-ebda data għal finijiet oħra għajr għall-għoti tas-servizz ta’ bidu ta’ pagament kif mitlub b’mod espliċitu mill-pagatur;
(h)
ma jimmodifikax l-ammont, il-benefiċjarju jew xi karatteristika oħra tat-tranżazzjoni.
|
|
Artikolu 66 4.
|
Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu:
(a)
jikkomunika b’mod sikur mal-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1);
(b)
minnufih wara r-riċevuta tal-ordni tal-pagament mingħand fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, jagħti jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha dwar il-bidu tat-tranżazzjoni ta’ pagament u l-informazzjoni kollha aċċessibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont li tirrigwarda t-twettiq tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament;
(c)
jittratta l-ordnijiet ta’ pagament trażmessi permezz tas-servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament mingħajr ebda diskriminazzjoni ħlief għal raġunijiet oġġettivi, b’mod partikolari f’termini ta’ żmien, ta’ prijorità jew imposti fir-rigward ta’ ordnijiet ta’ pagament trażmessi direttament mill-pagatur.
|
|
Artikolu 66 5.
|
L-għoti ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ma għandux jiddependi mill-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għal dak il-għan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|