+Artikolu 67 Regoli dwar l-aċċess għal u l-użu ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet ta’ pagament fil-każ ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
|
Artikolu 67 Regoli dwar l-aċċess għal u l-użu ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet ta’ pagament fil-każ ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li utent ta’ servizz ta’ pagament ikollu d-dritt juża servizzi li jippermettu l-aċċess għal servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kont kif imsemmi fil-punt (8) tal-Anness I. Dak id-dritt ma għandux japplika meta l-kont ta’ pagament ma jkunx aċċessibbli online.
|
|
Artikolu 67 2.
|
Il-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet għandu:
(a)
jipprovdi servizzi unikament meta jkunu bbażati fuq il-kunsens espliċitu tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament;
(b)
jiżgura li l-kredenzjali ta’ sigurtà personalizzati tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunux, bl-eċċezzjoni tal-utent u min joħroġ il-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà, aċċessibbli għal partijiet oħrajn u li meta jintbagħtu mill-fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, dan isir b’mezzi sikuri u effiċjenti;
(c)
għal kull sessjoni ta’ komunikazzjoni, jidentifika lilu nnifsu mal-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi(u) l-kont tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament u jikkomunika b’mod sikur mal-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi(u) l-kont u mal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1);
(d)
jaċċedi biss l-informazzjoni mill-kontijiet ta’ pagament imsemmija u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament assoċjati;
(e)
ma jitlobx data sensittiva dwar il-pagament marbuta mal-kontijiet ta’ pagament;
(f)
ma juża, jaċċedi jew jaħżen ebda data għal finijiet oħra għajr biex iwettaq is-servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet mitlub b’mod espliċitu mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament, skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.
|
|
Artikolu 67 3.
|
Fir-rigward tal-kontijiet ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu:
(a)
jikkomunika b’mod sikur mal-fornituri ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet skont il-punt (d) tal-Artikolu 98(1); u
(b)
jittratta talbiet għal data trażmessi permezz ta’ servizzi ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, ħlief għal raġunijiet oġġettivi.
|
|
Artikolu 67 4.
|
L-għoti ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet ma għandux jiddependi mill-eżistenza ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxu l-kont għal dak il-għan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|