+Artikolu 74 1.

Artikolu 74 1.

B’deroga mill-Artikolu 73, il-pagatur jista’ jkun obbligat iġorr it-telf relatat ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, sa massimu ta’ EUR 50, li jirriżulta mill-użu ta’ strument ta’ pagament mitluf jew misruq jew mill-miżapproprjazzjoni ta’ strument ta’ pagament.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk:

(a) 

it-telf, is-serq jew il-miżapproprijazzjoni ta’ strument ta’ pagament ma setgħux jiġu identifikati mill-pagatur qabel pagament, għajr meta l-pagatur ikun aġixxa b’mod frodulenti; jew

(b) 

it-telf kien ikkawżat minn atti jew nuqqas ta’ azzjoni ta’ impjegat, aġent jew fergħa ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew ta’ xi entità li liha jkunu ġew esternalizzati l-attivitajiet.

Il-pagatur għandu jbati t-telf kollu marbut ma’ kwalunkwe tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jekk huma jkunu ġġarrbu mill-pagatur billi aġixxa b’mod frodulenti jew ikun naqas milli jissodisfa xi obbligu jew obbligi fl-Artikolu 69 b’intenzjoni jew b’negliġenza serja.

F’tali każijiet, l-ammont massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika.

Fejn il-pagatur la jkun aġixxa b’mod frodulenti u lanqas ma jkun naqas intenzjonalment milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 69, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu r-responsabbiltà msemmija f’dan il-paragrafu, billi jqisu, b’mod partikolari, in-natura tal-kredenzjali personalizzati ta’ sigurtà u ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom ikun intilef, insteraq jew ġie miżapproprjat l-istrument ta’ pagament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015L2366
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.